Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-korsa taż-żwiemel baqgħetx bil-problemi anke sal-ewwel tiġrijiet wara l-waqfa tas-sajf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiġrijiet taż-żwiemel saru kif kien programmat. Infurmat li jekk ikun hemm bżonn jittieħdu xi providementi sabiex il-korsa tkun f'kundizzjoni xierqa, dawn jittieħdu minnufih mill-istakeholders neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li fl-ewwel tiġrijiet wara l-waqfa tas-sajf reġa' għal darb'oħra kien hemm ġebel fir-ramel tal-korsa taż-żwiemel?
Korsa tal-Marsa – speakers taħt it-tinda u paddock li ma kinux qed jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx infurmat bil-fatt li l-ispeakers taħt it-tinda u fil-paddock tal-korsa tal-Marsa ma kinux qed jaħdmu u jiffunzjonaw u b’kaġun ta’ dan, xekkel il-komunikazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispeakers ta' taħt it-tinda huma parti mill-ispettaklu u mhux mezz ta' komunikazzjoni, madanakollu ġejt infurmat li l-operatur ordna set ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jattendu tfal u żgħażagħ f'kull wieħed mir-resource centres għal din is-sena skolastika u x'inhi l-età ta' dawn l-istudenti għal kull skola separatament? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-massimu ta' studenti li jista' jkun hemm f'kull resource centre?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux mistenni li jiftaħ iktar resource centres (jew kif kienu msemmija qabel, special schools)? Jekk iva, f'liema lokalitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-massimu ta' studenti li jista' jkollu kull wieħed minn dawn iċ-ċentri li hemm ħsieb li jinfetaħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Ministeru qed jistenna r-riżultat tar-re audit li qed isir mill-European Agency for Special Needs and Inclusive Educationsabiex jinħarġu r-rakomandazzjonijiet neċessarji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Ministeru qed jinvesti f’Reach Units li jaħdmu fuq l-istess kunċett tar-Resource Centres.
Mapping the Sector: Towards the Formation of the Academy of the Performing and Visual Arts — Fondi allokati
Question
Wara s-seminar bl-isem “Mapping the Sector: Towards the Formation of the Academy of the Performing and Visual Arts”, jista’ l-Ministru jgħid x'fondi hemm allokati għal din l-akkademja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Ministeru talab li jiġu allokati l-fondi, liema talba għadha qed tiġi analizzata.
Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakkomdazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21533 u jgħid liema mir-rakomandazzjonijiet li ngħataw fir-rapport tal-Fact Finding Board dwar l-Iskola Guardian Angel ġew attwati, kif ġew attawati u meta ġew attwati?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klassi għandha l-arja kkundizzjonata fl-iskejjel kollha tal-Gvern u kemm-il klassi m’għandhiex u jaqsam din l-informazzjoni skola skola u klassi klassi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ACs li ma kenux qed jaħdmu, kemm damu bil-ħsara u kemm għad hemm bil-ħsara, mill-bidu tas-sena skolastika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19652 fejn kien diġà beda l-proċess ta' installar, ittestjar, u kkumissjonar ta’ units tal-arja kkundizzjonata. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li minn dakinhar 'l hawn, mal-577 unit ġdid żdiedu 40 unit oħra tal-arja kkundizzjonata, għal total ta’ 617-il unit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħ'Attard li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Nikola? Kemm hemm studenti f'kull klassi? Jista’ jgħid ukoll jekk kull klassi f'din l-iskola għandhiex saqaf tal-ġebel jew jekk hux qed jintużaw containers jew mobile classrooms biex fihom ikollhom il-lezzjonijiet it-tfal f'din l-iskola? Jekk iva, hu l-pjan li tibqa’ hekk? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-iskola titkabbar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika d-data eżatt ta' meta beda l-kors ta' Veterinarju ġewwa pajjiżna u f'liema istitut qed isiru l-lezzjonijiet għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors ser jibda’ f’Novembru u ser isir fl-Istitut tax-Xjenza Applikata li jinkludi ċ-Ċentru tal-Agrikoltura, l-Akwatika, u x-Xjenza tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ser ikun akkreditat il-kors ta' Veterinarju u jekk hux ser ikollu l-istess tip ta' warrant ta' veterinarji li diġà gradwaw snin qabel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Master of Science in Veterinary Medicine huwa mfassal fuq il-kors diġà hu stabbilit u offrut mill-Universitat Autònoma de Barcelonau li huwa akkreditat mill-awtoritajiet Spanjoli.
Meta jingħata l-warrant lill-gradwati ta' dan il-kors, dan ikun l-istess tip ta’ warrant li ngħataw studenti li s'issa użaw entitajiet edukattivi oħra fl-Unjoni Ewropea sabiex jilħqu veterinarji.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-isptar tal-annimali ġewwa Ta' Qali kemm għall-pubbliku biex jingħata servizz għall-annimali tiegħu, għall-annimali li jinġabru mill-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kif ukoll biex l-istudenti li qed jattendu l-kors ta' Veterinarju jibdew parti mill-istudju tagħhom hekk kif kien ġie mħabbar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proċess amministrattiv biex ikun jista’ jinfetaħ l-isptar.
Ix-Xewkija Għawdex – Estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex intefqu? Jista’ jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir fuq din l-estensjoni matul din is-sena u kemm hu l-baġit allokat għal din l-estensjoni għal-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li s’issa intefqu €287,745 fuq l-estensjoni tal-binja nnifisha. Infurmat li mistennija jintefqu madwar €130,000 oħra li jikkonsistu f’xogħol ta’ rinnovar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex tiġi utilizzata d-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadda din id-dgħajsa kif ukoll approva fondi biex din tiġi utilizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar. Infurmat li l-pjanijiet proposti huma li wara perjodu ta' taħriġ id-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta tiġi użata waqt tlielaq offshore internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont finanzjarju dettaljat tal-Aġenzija tal-Litteriżmu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-pjan finanzjarju dettaljat biex l-Aġenzija jkollha biżżejjed finanzjament biex topera għat-tliet snin li ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rendikont finanzjarju tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena, filwaqt li l-Pjan Finanzjarju għat-tlett snin li ġejjin qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19071 u 19363 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-medjazzjoni mmexxija mill-Perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bejn SportMalta u l-kuntrattur li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, inkluż u mhux limitat għad-deċiżjoni u/jew rakkomandazzjoni tal-istess Perit, liema medjazzjoni wasslet għaċ-ċessjoni tal-kawżi bejn SportMalta u l-istess kuntrattur quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?
Jista' l-Ministru jgħid dawk il-persuni li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Lifelong Learning u fil-Part-Time Adult Education hux ser ikompli jkunu eleġibbli għas-Sick Leave u l-Leave bħalma kienu qabel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat ingaġġat fuq bażi full-time jew part-time adult educator bħala impjieg ewlieni tagħhom fid-Dipartiment imsemmi jkunu ntitolati kemm għas-sick leave u kif ukoll għall-leave.