L-Istitut ta' l-Informatika u Teknoloġija tal-Komunakazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena akkademika l-Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST se jkun jista' jibda joffri korsijiet f'livell ta' first degree universitarja u f'livell ta' degree post graduate?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hu mistenni li t-top-up degree fl-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u l-Komunikazzjoni tibda tiġi offruta minn Ottubru 2010, sena akkademika 2010/2011.
S’issa ma saru l-ebda pjanijiet għal korsijiet
postgraduate
.
Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni — Drop outs
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-bidu tas-sena akkademika 2007-2008 kemm kien hemm studenti li bdew jew komplew kemm fl-Istitut ta' l-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni fl-MCAST u kemm kien kemm drop outs minn dawn l-istudenti kors b'kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlametari 1028 u cioe' b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 531, fost is-651 student li fallew l-iskola mingħajr raġuni valida, tista' tagħti aktar informazzjoni dwar:
i) l-eta'
ii)is-sess
iii)kemm minhom ġa rrepetew sena skolastika
iv)kemm minnhom huma aħwa
v) kemm mill-ġenituri tagħhom ġew avviċinati mis-servizzi tas-social work u kemm fil-fatt attendew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.
Reġistru għall-Akkreditazzjoni — Taħriġ ta' l-Arti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1354, tista' l-Ministru ġentilment tgħid liema organizzazzjonijiet ġew akkreditati f'dan ir-reġistru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-organizazzjonijiet li ġew akkreditati fir-reġistru huma dawn:
The DanceWorkshop
Drama Troupe St. Martin’s College
The Olivia Dow School of Russian Ballet
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 735, minħabba li jidher li saret talba formali mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, taħseb il-Ministru li jista' jkun hemm xi oġġezzjoni biex dawn il-faċilitajiet jiġu devoluti lill-istess Kunsill?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport huwa kommess u diġa’ qiegħed f’diskussjonijiet biex it-tmexxija tal-faċilitatjiet sportivi msemmija tiġi mgħoddija lill-Għaqdiet Sportivi tal-Lokal.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-każ ta' persuna li hija nieqsa mid-dawl u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ma tibqax tirċievi kontijiet tat-televiżjoni, meta hi diġa' nfurmat lill-entita' relattiva li t-televiżjonijiet ma jiffunzjonawx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Segretarjat Privat tal-Ministeru — Prinċipali tal-Kulleġġi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 733, filwaqt li nifhem u naqbel li għandu jkun hemm sinerġija sħiħa għall-ġid ta' kulħadd, tista' l-Ministru tagħti tweġiba għall-mistoqsija oriġinali dwar jekk il-Prinċipali tal-Kulleggi għandhomx jieħdu ordnijiet mingħand impjegati fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhix prassi li mpjegati fis-Segretarjat Privat jagħtu ordnijiet lill-Prinċipali tal-Kulleġġi u ma jirriżultax li ingħataw ordnijiet lill-Prinċipali tal-Kulleġġi minn membri tas-Segretarjat Privat tal -Ministeru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 730,tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li jiġi ppubblikat ir-riżultat? F'hiex wasal il-proċess dwar l-għażla ta' l-Uffiċjali Edukattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-pubblikazzjoni tar-riżultat huwa f’idejn il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 731, tista' l-Ministru tara li l-prassi u/jew is-sistema li qed tiġi addottata f'ċertu skejjel titwaqqaf u ma jibqgħux jesiġu li ċerti affarijiet jixtruhom bilfors mingħand ċertu ħwienet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-politika dwar l-uniformijiet hija li toħroġ tender pubblika b’mod uffiċjali u min jirbaħ it-tender ikun hu li jissuplixxi.
Dwar affarijiet oħra meħtieġa għall-iskola, m’inix infurmata li hawn xi skejjel li jiddettaw mingħand min jinxtraw.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 732, tista' l-Ministru twieġeb l-aħħar mistoqsija u cioe' jekk il-policy addottata hijiex konformi ma' dik li qed tiġi addottata mill-bqija tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-prattika tal-Gvern hija li tinvestiga rapporti anonimi meta dan ikun prudenti u neċessarju. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jsegwi l-istess prassi.
Tista' l-Ministru tindika x'pożizzjoni se jieħu l-gvern in vista tal-protesta massiċċa li beħsiebhom jagħmlu l-istudenti li qed jistennew ir-riżultati ta' l-eżamijiet tagħhom? X'inhu jipprospetta li jagħmel il-gvern f'każ li t-tilwima industrijali tissokta u jkun qrib wisq tas-sena skolastika l-ġdida biex wieħed jagħmel resit f'każ li dan ir-resit ikun meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-direttivi tal-Unions ġew sospiżi l-ġimgħa l-oħra, u r-riżultati ta’ l-eżamijiet qegħdin jiġu pproċessati u ppublikati. In-negozjati qed ikomplu biex il-kwestjoni tiġi riżolta fl-iqsar żmien possibli.
Universita' ta' Malta — Science Communication Diploma/Degree
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Universita' ta' Malta toffrix korsijiet ta' Diploma jew Degree fis-suġġett Science Communication? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx l-intenzjoni li tali korsijiet jibdew jiġu offruti mill-Universita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita’ ma tipprovdix la Diploma u lanqas Degree fis-suġġett tas-Science Communication. Dawn huma meqjusa bħala korsijiet speċjalizzati.
Preżentement l-Universita' m’għandiex ippjanat biex tali korsijiet speċjaliżżati jibdew jiġu offruti.
Tista' l-Ministru tgħid kif id-Direttorat ta' l-Edukazzjoni qed jgħin biex dawk mizmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u jkunu jridu jistudjaw, ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jgħin fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin billi jalloka għalliem sabiex:
(a) jibni pjan ta’ edukazzjoni għall-priġunieri li huma interessati li jiżviluppaw l-edukazzjoni tagħhom. Dan ikun jinvolvi studju tal-ħtiġijiet edukattivi, pariri u superviżjoni tal-progress tal-priġunieri waqt l-istudji tagħhom;
(b) li jikkordina ma’ l-għalliema l-oħra
full-time
jew
part-time
l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan;
(c) li jgħallem lill-priġunieri fil-Faċilita’ Korretttiva ta’ Kordin, partikolarment il-ħila li jiktbu u jaqraw;
(d) li jżomm
record
dettaljat tal-proġetti u l-progress edukattiv tal-priġunieri;
(e) li jippreżenta rapporti dettaljati lill-Bord dwar Programm Edukattiv, u li jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta’ l-eżerċizzji;
(f) li jiżviluppa u jżomm Ċentru Edukattiv fil-faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin;
(g) li jiżviluppa materjal ta’ tagħlim speċjalment għall-adulti;
(h) li jżomm rabta mill-viċin ma’ l-istituzzjonijiet edukattivi (Direttorat għal Servizzi Edukattivi, Universita’ ta’ Malta eċċ) u oħrajn li huma interessati li jaħdmu mal-priġunieri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm subien u bniet separatament li bħalissa qed joqogħdu għall-eżamijiet fil-livell ordinarju tal-MATSEC ? Tista’ tgħid ukoll kemm jattendu l-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti? Liema huma s-suġġetti li qed joqogħodu għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-numru ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2008 huwa 7,879, li minnhom 3,633 huma subien u 4,246 huma bniet.
Infurmata ukoll hekk:
Tip ta' Skola Numru ta' Studenti
Statali 2,739
Tal-Knisja 1,501
Indipendenti 411
Post-sekondarji 905
Studenti privati 2,323
Is-Suġġetti li qagħdu għalihom:
Accounting, Għarbi, Arti, Bioloġija, Business Studies, Kimika, Kummerċ, Studji tal-Kompjuter, Ekonomija, Ingliż, Letteratura Ingliża, Studji Ambjentali, Studji Ewropej, Franċiż, Ġografija, Ġermaniż, Graphical Communication, Storja, Home Economics, Taljan, Latin, Malti, Matematika, Edukazzjoni Fiżika, Fiżika, Reliġjon, Russu, Studju Soċjali, Spanjol, Disinn u Teknoloġija, Textiles & Design.
Tista’ l-Ministru tgħid hemmx applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta’skejjel li jgħallmu l-Ingliz lill-barranin? Jekk iva, min għamel l-applikazzjoni, meta saret kull waħda u f’liema lokalitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għall-ftuħ ta’ skejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema lokalitajiet għandhom ftehim mal-Kunsill Malti Għall-iSport biex permezz tal-Kooperazzjoni mal-clubs tal-football f'dawn il-lokalitajiet isiru grounds b'turf sintetiku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li sal-lum il-KMS kellu total ta’ seba’ talbiet minn entitajiet sportivi biex jgħinhom fl-iżvilupp ta’ faċilitajiet sportivi fil-każ tad-dixxiplina tal-futbol. Dawn it-talbiet, li daħlu taħt l-iskema relattiva t’assistenza għall-Għaqdiet Sportivi, ġew approvati kollha. Il-lokalitajiet konċernati huma: Fgura, Pembroke, Raħal Ġdid, Tarxien u Żabbar, filwaqt li l-għaqdiet li kollhom it-talba tagħhom approvata huma: Fgura Utd FC - Melita FC (darbtejn) – Mosta FC - Pembroke Athleta SC - St. Patrick’s FC – Tarxien Rainbows FC.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli student, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi provdut b'facilitator fil-klassi peress li dan huwa każ ċar ta' slow learning? Hemm rapporti sħaħ fuq dan l-istudent u saħansitra f'dan il-perjodu ta' l-eżamijiet ingħata facilitator.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-tifel kien statemented fi Frar 2006 meta kien fil-Year 3. Jekk il-ġenituri ma qablux mad-deċiżjoni tal-bord, kellhom jappellaw il-każ quddiem l-iStatementing Appeals Board. Madankollu, it-tifel dejjem kellu support mill-Learning Support Assistant preżenti fil-klassi, anke matul il-Year 4, tant hu hekk, li anke waqt l-eżamijiet ingħata support. Reviżjoni tal-każ ser isir matul is-sajf.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b'lokal? Tista' tgħid kemm għaddew lokal b'lokal u skond is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni fuq in-numru ta’ tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b’lokal .
Tagħrif dwar in-numru ta’ kemm għaddew lokal b’lokal u skond is-suġġetti jingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li hemm, lokal b'lokal fl-iskejjel tal-Kottonera u Zabbar, sena b'sena (klassi)? Kemm hu n-numru ta' għalliema f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-possibilita' li r-rokna tal-ground ta' l-iSkola Primarja ta' Bormla li hemm imkissra, tkun tista' timtela'? X'kienet ir-raġuni għaliex din kienet tkissret?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-rokna tal-ground li għaliha hemm referenza fil-mistoqsija ma tiffurmax parti mill-iskola Primarja ta’ Bormla. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi permezz tal-Kulleġġ Santa Margerita m’għandhom mibdi l-ebda proġett f’din il-parti li qed issir referenza għaliha.