Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq Triq iż-Żewwieqa fil-Qala, Għawdex? Jista' jgħid liema Perit iċċertifika x-xogħol u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjiegħ f'din it-triq inbediex, jekk le meta ser jinbeda u meta hu mistenni li jkun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ġie ċċertifikat minn rapreżentant tal-Ministeru għal Għawdex. Il-pagamenti qed jiġu pproċessati biex l-informazzjoni tkun disponibbli fil-ġimgħat li ġejjin. Fir-rigward tax-xogħol fuq il-ħitan tas-sejjieħ, dan ser jibda aktar il-quddiem.
Ministeru għal Għawdex — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 14328 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi f'pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ żewġ Security Guards, Customer Care Assistant, ħames Coordinators, Driver, Support Officer u Personal Assistant, bi spiża ta’ €229,520.50 fis-sena.
B’referenza għax-xogħol li għaddej fil-Menqa f'Marsalforn u t-triq li twassal għall-Menqa jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta huwa mistenni li jitlesta dan ix-xogħol;
b. ser jingħata kumpens lill-ħwienet li jinsabu magħluqa minħabba dan ix-xogħol u li ma jistgħux joperaw lanqas bit-take away f'dan iż-żmien li huma magħluqa wkoll b'direttiva tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika;
c. x'ser jiġri minn dawn il-ħwienet jekk ir-restaurants ikunu jistgħu jiftħu fil-ġimgħat li ġejjin u dawk tal-Menqa ma jkunux jistgħu joperaw minħabba x-xogħol li jkun għadu għaddej; u
d. it-triq li twassal għal Menqa ser tibqa' tal-istess wisa' jew qed titwessa’ u ser tittieħed parti mill-Bajja ta' Marsalforn? Jekk iva kemm se titwessa’ u kemm ser tittieħed mill-bajja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħwienet li jinsabu f’din iż-żona ma kinux kollha magħluqin u setgħu joperaw b’servizzi ta’ take-away skont d-direttivi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Il-parti ta’ quddiem dawn ir-restaurants sal-linja tat-triq hija kompluta bil-
porfido
, u sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa t-triq ser tkun lesta bil-
concrete
sabiex jinfetaħ l-aċċess għall-perjodu tas-sajf, fejn l-istess ristoranti ser ikunu jistgħu joperaw mingħar xkiel. It-triq li twassal għal Menqa ser tibqa’ l-istess wisa’.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bordijiet li jidhru hawn taħt u li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll meta ġew appuntati dawn il-membri, u kemm hi r-remunerazzjoni tal-membri f'kull Bord fejn hemm remunerazzjoni:
a. Dwejra Opportunity Fund Committee;
b. Gozo Agricultural, Cultural and Industrial Society;
c. Gozo Committee for National and Regional Celebrations;
d. Gozo Cultural Committee;
e. ITS Advisory Board (Gozo);
f. ORNIS Committee;
g. Sports Board – Gozo;
h. Street Naming Committee;
i. Gozo Wild Bird Regulation Unit;
j. Gozo Channel (Operations) Ltd; u
k. Gozo Heliport?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Il-Qala: Triq San Ġużepp; Ix-Xagħra: Triq tal-Qaċċa - tarmak
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13950, u ż-żewġ Press Releases maħruġa mill-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ta' tarmak ingħata fix-xogħol li sar fuq parti minn Triq San Ġużepp fil-Qala u fuq parti minn Triq tal-Qaċċa fix-Xagħra u f'kull każ jgħid kemm fiha metri kwadri b'kollox Triq San Ġużepp u allura x'persentaġġ ta' tarmak ingħata minnha u kemm fiha metri kwadri b'kollox Triq tal-Qaċċa u kemm persentaġġ minnha ngħata tarmak?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti minn triq San Ġużepp ġewwa il-Qala ġiet mibnija mill-ġdid peress li din kienet sfrondat, fejn l-użu tat-tarmac kien madwar 140m2.
Fi triq ta’ Ħamet fiż-żona magħrufa tal-Qaċċa, intuża madwar 600m2 ta’
tarmac
filwaqt li fi triq iż-Żewwieqa ġewwa il-Qala, intuża madwar 7085m2.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għall-Korsa taż-Żwiemel għal Għawdex? Jista’ jgħid x’manutenzjoni saret fil-Korsa taż-Żwiemel għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan il-quddiem rigward il-korsa ta’ Ta’ Xħajma huwa li jissoktaw it-tiġrijiet taż-żwiemel. Min-naħa l-oħra, fil-preżent, fil-Korsa qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, fosthom; fit-toilets pubbliċi u fl-uffiċini, fejn ix-xogħol jinkludi tibdil fis-sistema tad-dranaġġ, ilma u dawl, madum tal-ħajt u tal-art u l-aċċessorji sanitarji. Sar ukoll tindif tal-water culverts kif ukoll manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq sabiex jibqa’ jsir it-taħriġ taż-żwiemel.
Qed issir ukoll tikħil u tibjid tal-ħitan li jdawwru l-korsa, xogħol ta’ manutenzjoni fl-istallel,
up-keep
tal-korsa bi tfiegħ ta’ aktar ramel u kif ukoll xiri ta’
tractor
ġdid għax-xogħol tal-korsa.
Jista' l-Ministru jgħid meta r-raba' vapur - il-vapur Nikolaus - twaqqaf mis-servizz bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid ghal kemm żmien twaqqaf u meta ser jgħaddi dan iż-żmien hux ser jerga' jiddaħħal fis-servizz? Fejn qed jinżamm dan il-vapur meta mhux qed jaħdem bejn Malta u Għawdex? Kemm hu l-ħlas li qed jingħata lis-sidien tal-vapur għal kull ġurnata li huwa wieqaf mis-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur M.V Nikolaos se jerġgħa jiddaħħal fis-servizz fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija Gozo Channel huma kommessi li jkomplu jagħtu l-aħjar servizz ta’ konnettivita’ bejn iż-żewġ gżejjer.
Għawdex — Santa Luċija - konservazzjoni ta' Għajn Abdul
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar snin x'passi ttieħdu biex jiġu konservati l-għerien ta' Għajn Abdul f'Santa Luċija Għawdex, liema għerien hemm indikazzjonijiet li kienu l-post fejn għammru l-ewwel nies li qatt ġew fil-gżejjer Maltin u liema għerien huma eqdem mill-Ġgantija u Għar Dalam? Jista' jgħid x'hemm ippjanat biex jiġu konservati dawn l-għerien storiċi min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li ż-żona ndikata hija proprjeta' privata. Madankollu, il-Ministeru qed jikkunsidra l-possibilitajiet kollha biex fil-futur dan is-sit jiġi kkonservat.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 13901, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm ser jiswa l-blokk ta' appartamenti għal skop ta'
housing
soċjali li ser jinbena f'Taċ-Ċawla;
b) kemm-il appartament se jkun fih dan il-blokk;
c) kemm area li llum hija spazju pubbliku ser tittieħed biex jinbnew dawn l-appartamenti;
d) kemm hemm appatamenti f'Għawdex mikrija mingħand il-privat li qed jintuzaw għal skopijiet ta' housing soċjali; u
e) meta kien l-aħħar li nkrew appartamenti mingħand il-privat għal dan l-iskop?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-blokk ta’ appartamenti se jkun jiswa s-somma ta’ madwar miljun ewro, liema prezz jinkludi l-bini, il-finishing tal-blokk tal-appartamenti u kif ukoll l-open area tal-madwar. Se jkun hemm 8 appartamenti b’kollox u l-footprint area tal-blokk se tkun ta’ madwar 220 metru kwadru. Kiri ta’ appartamenti mingħand il-privat għal dan l-iskop qed isir mill-Ministeru ikkonċernat.
Għawdex — servizz ta' helper lill-anzjani fi djarhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jergġa' jibda jingħata s-servizz ta' helper lill-anzjani fi djarhom u dan peress li hemm numru kbir ta' anzjani f'Għawdex li ilhom xahrejn ma jingħataw dan is-servizz u dan qed jikkreja problemi kbar lil dawn l-anzjani tant li wħud minnhom ma jistgħux jibqghu jgħixu fil-komunità mingħajr dan is-servizz? Jista' jara li dan jibda jingħata bil-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. lnterpellant li l-Ministeru għal Għawdex dejjem mexa mal-istruzzjonijiet maħruġin mill-Awtorita’ tas-Saħħa Pubblika. Hekk kif nhar it-13 ta’ Marzu 2020, kienet saret miżura fejn il-kuntatt personali tal-anzjani kellu jkun minimu għall-aħħar, issa billi l-istess Awtorita’ tat direttiva li s-servizz jista’ jerġa jibda jingħata bħal qabel, mill-lum stess, dan il-Ministeru reġa’ beda jagħti dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'qed jikkawża r-riħa tinten li fl-aħħar ħmistax-il jum kienet tinxtamm fil-bajja ta' Marsalforn, eżattament fl-inħawi tal-wied? Jista' jgħid x'qed jagħmel biex jelimina din ir-riħa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta daħal l-ilment fuq din ir-riħa ġew ikkuntatjati l-WSC li marru fuq il-post. Irriżulta li din ir-riħa kienet ġejja minn ilma qiegħed li jinġabar taħt il-bridges li hemm, kemm dak faċċata tal-bus terminal u kif ukoll dak faċċata tal-parkeġġ. Infurmat ukoll li fl-istess intervent il-WSC għamlet preventive maintenance fuq is-servizzi li hemm mal-front ta’ Marsalforn. Għalkemm ir-riħa ma għadhiex hemm, il-Ministeru se jieħu il-passi li jkun hemm bżonn jekk din ir-riħa terġa’ titfaċċa.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm Għawdxin kienu u għad qed jagħmlu teleworking sa minn meta bdiet l-imxija tal-Coronavirus? Jista' jippreżenta tabella li turi:
a) kemm ħaddiema huma impjegati f'Għawdex;
b) kemm ħaddiema huma impjegati f'Malta;
c) kemm ħaddiema huma impjegati fis-settur pubbliku;
d) kemm ħaddiema huma impjegati fil-privat; u
e) il-kategoriji tal-impjieg ta' kull wieħed jew waħda mill-ħaddiema?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ġabar l-informazzjoni li tirrigwardja l-impjegati fi ħdanu, kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:PQ 14999 Għawdxin li jaħdmu bit-teleworking (002).pdf
Hotel – akkomodazzjoni lill-anzjani li kienu fil-ward Sant Anna, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji estensivi li saru qabel ma ntgħażel il-hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jakkomoda l-anzjani li kienu fil-ward Sant Anna fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu u li għadhom qed jittieħdu fl-ambitu tal-isfida kontra l-Covid-19 , dejjem ittieħdu in konsultazzjoni ma’ u skont is-suġġerimenti tal-Awtoritajiet kollha kkonċernati.
F’dan il-każ konkret, il-Covid-19 Task Force kienet ippreparat pjan ta’ kontinġenza f’każ li l-Isptar Mater Dei ma jkunx f’pożizzjoni li jaċċetta aktar pazzjenti Għawdxin bil-Covid 19. Skont il-
projections
li kienu ġew ippreparati u studjati mill-istess Task Force dan ix-xenarju seta’ jsir realta f’każ illi l-każijiet f’pajjiżna komplew jizdiedu.
Steward Malta ikkonfermat li madwar 120 sodda setgħu jsiru disponnibli għall-pazzjenti Għawdxin milquta’ bil-Covid 19 kemm il-darba ssir rilokazzjoni tar-residenti anzjani li kienu ġewwa d-Dar Sant’Anna fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn madwar 80 resident anzjan kienu jokkupaw dan l-ispazju.
Il-Gvern kien iffaċċjat b’numru ta’ sfidi li riedu deċiżjonijiet ikkalkolati, iżda fil-pront.
Il-faċilita’ li ġiet identifikata u li ġiet mikrija, kienet toffri soluzzjoni immedjata għas-segwenti sfidi:
1) Spazju ta’ madwar 80 sodda f’faċilita waħda u li seta jintu¿a b’effett immedjat.
2) Fil-viċinanza immedjata tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
3) Idealment tkun tisab ukoll fiċ-ċentru tal-g¿ira
4) Tkun binja i¿olata minn bini ieħor
5) Toffri livell tajjeb ta’ kumdita u servizz
6) Toffri servizz simili għal dak provdut f’Sant Anna ward
7) Ikollha
isolated waste area
u servizzi u faċilitiajiet oħrajn li jkunu meħtiega f’faċilita’simili
Infakkar ukoll illi dan il-pass ġie deskritt mill-Oppozizzjoni bħala wieħed “importanti” u l-unika kritika li l-istess Oppozizzjoni sabet fiż-żmien meta kienet qed tittieħed id-deċiżjoni kienet illi dan il-pass kien messu ttieħed qabel.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Ministeru ta' Għawdex għamel mal-proprjetarji tal-hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva, ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji prinċipali ta’ dan il-kuntratt diġa ġew mwieġba fil-mistqosija parlamentari 13581.
Akkomodazzjoni ta’ Anzjani f’Hotel – standards ta’ emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istandards ta' emerġenza li ħarġu speċifikament għal dan il-każ ta’ akkomodazzjoni ta’ anzjani mill-ward Sant Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet fi pjazez f'Għawdex hemm ippjanati minbarra x-xogħol fuq Pjazza San Franġisk fir-Rabat, għall-kumplament tas-sena 2020? Jista' jgħid dan ix-xogħol fuq pjazez li hemm ippjanat, fiex ser ikun jikkonsisti u kemm mistennija tkun l-ispiża għalih?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm xogħlijiet ippjanati għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Sannat, għar-riġenerazzjoni ta’ parti mill-Pjazza tal-Munxar u kif ukoll tibdil tad-dwal għal sistemi aktar eco-friendly fi Vjal 8 ta’ Settembru li tagħti għall-Pjazza tax-Xagħra.
B’referenza għar-risposta tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 13843, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jagħmel it-talba b’mod uffiċjali biex l-Għar tal-Mixta, għar ta’ importanza kbira storika u naturali, jittieħed lura mill-Gvern u ssir l-konservazzjoni li hemm bżonn u dan peress li dan l-għar oriġinarjament kien mikri lill-privat biex jinżammu l-annimali fih u llum ma hemm l-ebda annimali fih u ilu snin ma jintuża għal dan l-iskop? Jaħsibx il-Ministru li dan l-għar li tant jintuża biex jiġu reklamati Malta u Għawdex jerġa’ jgħaddi f’idejn il-Gvern issa li ġie stabbilit li huwa proprjetà pubblika imma huwa mikri lill-privat, u dan billi l-Ministeru jagħmel it-talba biex tiġi terminata l-kirja għal skopijiet pubbliċi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-aċċess għal dan l-għar huwa diġa miftuħ għall-pubbliku u diġa iżuruh mijiet ta’ persuni. Il-Ministeru qed jikkunsidra t-talba msemmiegħa.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat biex ikollu l-Gozo Channel Travelling Card biex jagħmel użu mill-Gozo Channel? Jista' jgħid x' benefiċċji għandha din it-Travelling Card (Gozo Channel Card)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li għandhom il-free pass, u għalhekk ma jħalsux in-noll għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel, ivarjaw minn żmien għal żmien, fosthom membri parlamentari, korp diplomatiku u uffiċjali pubbliċi.
Peress li f’dawn l-aħħar xhur il-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex inqalgħet minn postha, jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab bħalissa din il-funtana u fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-funtana tinsab fit-taqsima tar-restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Meta tneħħiet minn posta, ħaddiema mill-istess taqsima rrestawraw u ħażnu l-funtana sakemm din terġa titpoġġa f’post alternattiv.
Xewkija Għawdex – proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm kien hemm periti jew kumpaniji ta' periti li ħadmu mill-fażi tad-disinni sa meta tlesta, fil-Proġett li sar mill-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tal-Pjazza prinċipali tax-Xewkija, kif ukoll kif intgħażlu u kemm tħallsu kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit li ħadem fuq il-Pjazza tax-Xewkija hu l-Perit Frank Muscat li ġie mħallas €37,628.80 (excl VAT) mill-EOI. Il-ħlas jinkludi disinn, kunsultazzjoni pubblika, preparamenti ta’ BOQ’s, drawings u specifications, supervizjoni tax-xogħol u kif ukoll certification.