B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1127, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li kienet taħdem maċ-Ċivil, kienet professjonista u taqa’ taħt il-Ftehim Kollettiv, tirtira bil-pensjoni wara snin ta’ servizz, il-pensjoni tagħha hijiex aġġustata skont il-Ftehim Kollettiv ġdid?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Special Olympics: ċerimonja tal-ftuħ – rendikont tal-infiq
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1100 u 1413, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-infiq kollu li sar għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-iSpecial Olympics mill-entitajiet u Ministeri konċernati, lil min sar il-ħlas u b'liema proċedura ingħata (direct order, tender, etc.)?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 274 u 773 u jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Segretarji Permanenti impjegati fil-preżent u ċjoè fis-6 ta’ Ġunju, 2022 u kemm minn dawn ġew ingaġġati wara sejħa fis-servizz pubbliku? Dawk li ma ġewx maħtura wara sejħa, kif ġew ingaġġati?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 19-il Segretarju Permamenti u dawn jiġu maħtura skont il-provedimenti tal- Kostituzzjoni ta’Malta.
Direttiva 2010/13/UE – liġi u entità pubblika responsabbli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid taħt liema liġi u/jew azzjoni amministrattiva ġiet implimentata d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)? Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-entità pubblika kompetenti fil-ħarsien tan-normi a tenur ta’ din id-Direttiva? Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri leġiżlattivi ttieħdu biex entità kwalifikata a tenur tad-Direttiva 2009/22/KE tkun tista’ titlob il-ħruġ ta’ inġunzjoni jekk ikun ksur tan-normi a tenur tad-Direttiva 2010/13/UE?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li d-Direttiva 2010/13/UE li tittratta l-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva taqa’ taħt il-Kap. 350 tal-Liġijiet Maltin (l-Att dwar ix-Xandir) u għaldaqstant l-implimentazzjoni tagħha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorità tax-Xandir hija l-entità pubblika kompetenti fil-ħarsien a tenur ta’ din id-Direttiva. Id-Direttiva 2009/22/KE hija d-Direttiva tal-Inġunzjoni li l-għan tagħha huwa li tara l-ħarsien tal-konsumatur. Biex jitħares dan il-punt fl-ambitu tar-responsabbilitajiet tal-Awtorità tax-Xandir hemm il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.12 – Regolamenti dwar il-Poteri ta’ Infurzar li għandha l-Awtorità tax-Xandir u li huma maħsuba li fost tibdiliet oħra, jkun hemm ukoll l-emendi neċessarji biex tinkorpora emendi neċessarji biex tirrifletti provvedimenti Ewropej.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' impjegati li huma mqabbda ma' kuntratturi privati li għandhom kuntratti għal servizzi mal-Gvern ta Malta li jaqa' taħt il-Ministeru? Għal kull post, jista' l-Ministru jagħti n-numru rispettiv ta’ ħaddiema? Jista' jagħti l-grad u l-paga tal-ħaddiema rispettivi skont il-kuntratt? Jista' jagħti l-lista ta' gradi ekwivalenti ta' ħaddiema ċivili li għandhom l-istess job description u l-paga tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mhux fil-kompitù tal-Gvern li jidħol f’kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji privati.
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u li ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil, diġà ngħatawx post – u dan filwaqt li hemm ħaddiema taċ-Ċivil li ġabu aktar marki minnhom u għadhom jistennew?
B’referenza għall-eżami tal-Executive Officer (EO) li r-riżultati tiegħu ħareġ f’Settembru, 2021, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni għaddew mill-eżami; kemm minn dawn kienu ħaddiema diġà taċ-Ċivil; kemm għaddew minn barra s-servizz kif ukoll kemm m’għaddewx?
Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm-il-persuna minn dawk li għaddew mill-eżami bagħtu għaliha u jekk dawn bagħtux għalihom strettament fl-ordni tal-mertu li għaddew u jekk le, għaliex? Xi kriterji ntużaw biex jiġu assenjati fid-dipartimenti rispettivi u għalhekk jistax jindika kemm hemm persuni minn barra li diġà ġew assenjati fil-post u kemm hemm persuni jaħdmu maċ-Ċivil li diġà ntbagħtu fejn talbu li jiġu hekk assenjati? Kemm hemm persuni miċ-Ċivil li xtaqu jibqgħu fejn kienu u kemm hemm li għadhom mhux assenjati? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi raġuni partikolari li qed ikun ta’ impediment sabiex jiġu assenjati l-EOs kollha fil-postijiet tagħhom?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li taw l-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u kemm minn dawn għaddew? Kemm minn dawn li għaddew kienu diġà ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm minn dawn li għaddew ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm kien hemm persuni li m'għaddewx minn dawn l-eżamijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li rigward l-eżami għall-grad ta’ Principal, 504 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 264 kandidat. Minn dawk li għaddew, 247 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-17 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil.
Rigward l-eżami għall-grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv ninsab infurmat li 334 persuna qagħdu għall-proċess tal-għażla għal dan il-grad li minnhom għaddew 228 kandidat. Minn dawk li għaddew, 202 kandidat kienu ħaddiema taċ-Ċivil waqt li s-26 l-oħra kienu applikanti minn barra ċ-Ċivil.
Ninsab infurmat ukoll li hekk kif stipulat fiż-żewg sejħiet, ir-riżultati finali tal-proċessi tal-għażla kienu esibiti fid-Diviżjoni dwar Nies u Standards u fil-Ministeru għal Għawdex u l-kandidati kollha li attendew għall-intervista għall-gradi ta’ Principal u Uffiċjal Eżekuttiv ġew notifikati dwar dan permezz ta’ email u sms.
Il-Hatriet, skont l-ordni tal-mertu miksub fir-riżultat ippubblikat, u l-assenjazzjoni ta’ uffiċjali fis-Servizz Pubbliku jsiru skont l-esigenzi tas-Servizz.
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u kif ġew infurmati l-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u jekk hux kull min għadda ġie infurmat bir-riżultat tal-eżami?
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ġewx infurmati strettament fl-ordni li kklassifikaw? Jekk le għalfejn, u xi kriterji ntużaw biex ikklassifikaw lill-persuni?
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li għaddew mill-eżamijiet għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, ma kinux ħaddiema taċ-Ċivil u li diġà ġew assenjati fil-post? Kemm hemm minn dawk il-ħaddiema li kienu maċ-Ċivil li ntbagħtu u ġew trasferiti fejn talbu? Kemm kien hemm ħaddiema maċ-Ċivil li xtaqu jibqgħu fejn kienu? U kemm hemm li għadhom ma ġewx assenjati?
Persuni li għaddew mill-eżamijiet għal Principal u Uffiċjal Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’qiegħed iżomm lill-Gvern milli dawk il-persuni li għaddew mill-eżami għall-Principal u Uffiċjal Eżekuttiv li saru s-sena li għaddiet, u ċjoè fl-2021, u għaddew, jiġu assenjati uffiċjalment fil-postijiet tagħhom, u dan wara li għaddew aktar minn disa’ xhur li nħarġu r-riżultati?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex tnejn biss mit-23 rakkomandazzjoni magħmula mill-GRECO ġew implimentati bi sħiħ, filwaqt li 11 mit-23 rakkomandazzjoni ġew implimentati parzjalment u disgħa mit-23 rakkomandazzjoni ma ġew implimentati xejn?
Meta se jiġu implimentati bi sħiħ il-11-il rakkomandazzjoni li ġew implimentati parzjalment? Meta se jiġu implimentati d-disa' rakkomandazzjonijiet li ma ġew implimentati xejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħala fatt din hi l-iktar amministrazzjoni li għamlet bidliet, inkluż leġiżlattivi, biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-governanza f’pajjiżna. Bidliet li kienu rikonoxxuti minn entitajiet jew awtoritajiet awtorevoli bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni Venezja, fost oħrajn.
Kif jirriżulta mir-rapport li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, hemm 14-il rakkomandazzjoni li jew twettqu b’mod sħiħ, jew inkella skont l-analisi tal-GRECO, qed ikunu implimentati.
Dan differenti ħafna minn rapporti ta’ żminijiet oħra, bħal dak tal-2011, fejn mit-total tar-rakkomandazzjonijiet ma kien twettaq xejn. Eventwalment dawk ir-rakkomandazzjonijiet kienu twettqu wara li nbidel il-gvern.
Dwar l-aħħar rapport, li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant, l-awtoritajiet jibqgħu jżommu proċess ta’ konsultazzjoni u djalogu mal-GRECO.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 274 u jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil u ma’ awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali mill-ġurnata li ġie xolt il-Parlament tat-13-il Leġiżlatura, u ċjoè mill-20 ta’ Frar tas-sena 2022, sal-ġurnata tal-elezzjoni ġenerali, u ċjoè sas-26 ta’ Marzu 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas għas-spejjeż, kif mitluba minnu, kien bħalma jidher fit-tabella annessa:
2017
2018
2019
2020
2021
2022
Safar
€6,305.79
€1,022.39
€3,457.53
/
/
€839.62
Mobile
€3,085.00
€3,621.00
€3,287.00
€2,730.00
€2,687.00
€1,952.00
Fuel
€3,084.8
€3,620.46
€3,287.1
€2,810.02
€2,607.22
€1,951.8