kuntratti ta' kumpaniji li jużaw ix-xandir pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tippubblika l-kuntratti li għandha ma' kull kumpanija privata u li permezz ta' dawn il-kuntratti din il-kumpanija qed tagħmel użu mix-xandir pubbliku bħala l-mezz tax-xogħol tagħha biex itella' l-programmi fuq dan l-istazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru kull sena jippubblika l-lista tal-programmi li jikkwalifikaw għall-fondi Extended Public Service Obligations Programmes (EPSO). Dan isir għax dawn huma fondi pubbliċi. Il-kuntratti li l-PBS għandha ma’ kull kumpanija ma jistgħux jkunu ppublikati minħabba li huma ta’ natura kummerċjali.
xandir pubbliku — programmi minn kumpaniji privati
Question
Tista' l-Ministru tgħid ix-xandir pubbliku ma' kemm-il kumpanija privata għandu kuntratti differenti u allura kemm hemm kumpaniji privati li għandhom programmi fuq ix-xandir tal-istat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS għandha 104 kuntratti għall-programmi li jsiru fuq l-istazzjonijiet tagħha. Preżentament għandha 50 kuntratt għal programmi televizi, mil-liema 25 huma ma’ kumpaniji privati, filwaqt li l-oħrajn huma ma’ persuni individwali. Hemm 14-il kumpanija privata li għandhom programmi fuq ix-Xandir tal-Istat u dawn jirrigwardjaw l-25 programm fuq imsemmija. Rigward il-programmi tar-Radju, hemm 54 programm b’kuntratti ma' persuni individwali.
xandir tal-istat — ħin ta' xandir għall-kumpaniji privati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kull kumpanija privata li għandha kuntratt max-xandir tal-istat jew ma' min imexxi dan l-istazzjoni kemm kellha ħin ta' xandir għad-dispożizzjoni tagħha kull ġimgħa matul ix-xahar ta' Ottubru u Novembru 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — survey fuq partijiet komuni tal-bini tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għamlitx survey tax-xogħol li jrid isir vis-a-vis upgrade tal-partijiet komuni fuq kull binja tal-postijiet tal-gvern? Jekk iva, tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' kull binja u r-rapport ta' kull binja ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma għamlitx
survey
tax-xogħlijiet vis a via
upgrades
tal-partijiet komuni fuq kull binja tal-postijiet tal-gvern. Dan ix-xogħol irid jsir flimkien mal-kunsilli lokali darba li l-iskema li tħabbret ftit tal-ġimgħat ilu tidħol fis-seħħ.
Tista' l-Ministru tara jekk jistax issir lift fi blokka flats, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn fi flat fuq hemm familja li wieħed mill-membri għadnu slip disk u membru oħra tbati bl-ażma? Tista' tara jekk jistax isir lift u jekk iva, x'għandu jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant rigward it-talba għal lift fl-indirizz imsemmi li dan is-sit ma setax jiġi ddentifikat billi Blokk C jinsab fi Triq iċ-Ċikwejra u matul Triq il-Ġnien jinsabu biss blokki innumerati u mhux indikati b’ittri. Madankollu l-Awtorità tad-Djar xorta m’għandiex applikazzjoni minn dawn iż-żewġ postijiet fir-records tagħha taħt Skema E, jiġifieri l-iskema uffiċċjali tal-lifts. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tistieden lil min hu interessat li jiġbor, jimla u jissottometti l-formola tal-iskema lill-Awtorità ħalli jkun jista’ jinbeda l-ipproċessar tal-file u tiġi ddeterminata l-eliġibilità tal-applikazzjoni.
Kulleġġ Santa Margerita Bormla — popolazzjoni ta' studenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-popolazzjoni ta' studenti li jattendu l-Kulleġġ St. Margerita Bormla? Tista' tgħid kemm huma subien u kemm huma bniet? Tista' taqsamhom ukoll skont il-klassi li huma jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema li talbu għal trasferiment mill-iskola li fiha jgħallmu għal skola oħra? Tista' tgħid f'liema skola attwalment jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li kienu assenti għall-aktar minn tlett ijiem konsekuttivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi matul is-sena 2010, xahar b'xahar u skont minn liema kulleġġ kienu ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L- Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex rapporti ta' tfal taħt is-16-il sena li ma jattendux skola? Tista' tgħid x'qed isir sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' studenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm numru ta’ tfal taħt is-sittax il-sena li ma jattendux skola u li s-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi Għall-Istudent jaspiraw li jilħqu lil dawn it-tfal permezz ta’ dawn il-miżuri:
1. Wieħed irid isemmi li bit-twaqqif tas-sistema tal-kulleġġi flimkien mad-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudent saret ħidma b’mod holistiku biex jitnaqqas l-assentejizmu fl-iskejjel. Is-servizzi f’ħdan id-Dipartiment Servizzi Għall-Istudent jingħataw lill-istudenti kemm fil-primarja kif ukoll fis-sekondarja.
Minn Ġunju 2010 it-tim ta’ ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi żdid b’għaxar ħaddiem soċjali flimkien ma’
Principal Social Worker
. Wara li saret revizzjoni ta’ l-attendenza ta’ l-istudenti kollha minn fuq is-SIS, sar pjan ta’ hidma li beda matul ix-xhur tas-sajf. Fi ħdan il-pjan l-assentejizmu ser ikun ix-xogħol ewlieni tal-ħaddiema socjali matul din is-sena skolastika u s-snin li ġejjien b’mod partikolari ma’ l-istudenti tal-primarja. Mill-bidu ta’ din is-sena skolastika il-ħaddiema soċjali bdew ikunu b’mod regolari fl-iskejjel skond il-Kulleġġ li qegħdin jaħdmu fihom bil-għan li malli l-iskola tinfurmahom li hemm student li mhux qiegħed jattendi l-iskola regolarment dawn jagħmlu l-interventi tagħhom. Dan qiegħed iseħħ fl-iskejjel kollha tal-primarja u ukoll beda ħidma ma’ l-istudenti tas-sekondarja.
Dan il-proġett beda b’mod regolari mix-xahar ta’ Lulju u sa’ Settembru ibbenifikaw
187
student mill-Primarja u
23
studenti tal-Form 1. Sar kuntatt ma’ dawn it-tfal u l-familji tagħhom sabiex b’hekk ikunu ppreparati għall-bidu tas-sena skolastika. Il-ħaddiema soċjali qegħdin jgħinu lill-familji u l-istudenti jgħelbu d-diffikultajiet li qed iżommuhom ‘il bogħod mill-iskola. Sar kuntatt ma’ dawn il-familji b’ittri, ‘home visits’, telefonati u ħafna laqgħat fl-Iskejjel rispettivi tat-tfal. F’
119
il-każ fil-primarja u fi
22
każ fis-sekondarja, it-tfal qegħdin jattendu l-iskola regolarment. Il-Ħaddiema Soċjali qegħdin ikomplu jaħdmu mal-kumplament tal-każijiet u ma’ oħrajn li qed jiġu referruti direttament mill-iskejjel. Sa Diċembru ġew riferuti
45
student mill-primarja u
128
student oħra mis-sekondarja u dawn qed jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali.
2. Fil-ġranet li ġejjin, id-Direttorat għas-Servizz Edukattivi ser jilqa’ applikazzjonijiet għal-post ta’
Social Support Workers
. Dawn il-ħaddiema ser jassistu lil-ħaddiema soċjali fil-ħidma tagħhom mal-familji biex jikkombattu l-assentejizmu.
3. Qiegħed isir ukoll proġett bejn il-ħaddiema soċjali u
t-trainee career advisors
ma’ l-istudenti tal-ħames sena fl-iskejjel sekondarji li qegħdin ifallu b’mod regolari. Dawn il-professjonisti flimkien joħolqu
tailor-made programme
li jassisti lill-istudent li għandu xi tfixkil fl-ambjent tal-familja.
Tista' l-Ministru tgħid kif se jintgħażlu t-tfal fi klassijiet differenti fl-iskejjel sekondarji wara t-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum? B'liema kriterji se jiġu mqassma fi klassijiet differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 21554.
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex l-għalliema tal-iskejjel sekondarji jiġu preparati sew għar-realtà ġdida ta' kif se jkunu l-iskejjel sekondarji wara t-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum? Tista' tagħti dettalji ta' kemm taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu se jsir mal-għalliema? F'liema oqsma? F'liema ħinijiet? U min se jmexxi dan it-taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħriġ li se jsir ser jitratta numru ta’ aspetti.
1. L-għalliema, speċjalment tal-Junior Lyceum, se jkollhom
awareness raising
tat-tip ta’ studenti li se jkollhom. Dan se jsir b’inizjattiva tal-Prinċipali tal-Kulleġġi u tal-Kapijiet ta’ l-iskejjel Sekondarji.
2. Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning se jkompli bil-programm ta’ taħriġ fit-tagħlim differenzjat kif ilu jagħmel għal dawn l-aħħar snin.
3. Il-korsijiet ta’ taħriġ (
Inset
) li se jagħmlu l-Uffiċjali Edukattivi din is-sena se jiffukaw fuq is-sillabi tal-Form I. Se jkun hemm ukoll taħriġ mill-Prinċipali.
4.
Professional Development Sessions
dwar tagħlim differenzjat qegħdin isiru skont it-talbiet li jagħmlu l-iskejjel.
5. Huwa ppjanat li jsiru Professional Development Sessions fit-tieni u t-tielet
terms
dwar l-użu ta’
Interactive Boards
u tagħmir elettroniku/informatiku ieħor li wkoll jgħinu biex it-tagħlim ikun aktar attraenti u differenzjat.
6. Huwa maħsub li s-
Subject Meetings
fl-iskejjel jiġu utilizzati biex il-
Heads of Department
u l-Uffiċjali Edukattivi jlaqqgħu l-għalliema u jagħtu taħriġ fuq tagħlim differenzjat.
Karti tal-eżami ġodda għal tmiem l-edukazzjoni primarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif se jkunu mfassla l-karti tal-eżami l-ġdid nazzjonali fi tmiem l-edukazzjoni primarja minflok dak tal-Junior Lyceum? Tista' tgħid f'liema suġġetti se jsir? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li anki s-suġġetti tar-Reliġjon u tal-Istudji Soċjali jsiru l-eżamijiet għalihom? Fiex se jkunu differenti dawn iż-żewġ suġġetti meta mqabbla mas-suġġetti tal-Ingliz, Malti u Matematika għal skop ta' eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi tmiem l-edukazzjoni Primarja se jkun hemm eżamijiet nazzjonali (Benchmark End of Primary Examinations) li se jikkonsistu minn eżamijiet fi tliet suġġetti: Malti, Ingliż u Matematika. Fil-Malti u l-Ingliż l-eżami se jkun maqsum f’erba’ komponenti: Taħdit, Smiegħ, Taħriġ il-Fehem u Kitba Kreattiva (Oral, Listening, Reading with Understanding, Creative Writing). Fil-Matematika l-eżami se jinqasam f’żewġ komponenti: Mental Mathematics u Written Mathematics.
Din is-sena ser ikun hemm eżamijiet tal-aħħar tas-sena tar-Reliġjon u l-iStudji Soċjali għall-istudenti ta’ l-iskejjel ta’ l-iStat. Dawn isiru fil-perjodu tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena (nofs Ġunju) u mhux meta jsiru l-eżamijiet tal-
benchmark
(bidu ta’ Ġunju).
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanjiet hemm biex l-iskejjel sekondarji statali li se jinżammu jiġu riabilitati tassew bħala bini u jingħataw l-attrezzatura li se jkollhom l-iskejjel il-ġodda li se jinbnew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, flimkien mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada, għandu pjan ta’ refurbishment għal dawk l-iskejjel sekondarji statali li se jibqgħu joperaw bħala skejjel sekondarji tal-kulleġġ.
Id-Direttorat irid jassigura li kull skola għandha l-faċilitajiet sabiex toffri firxa wiesgħa ta’ Programmi Edukattivi lill-istudenti.
F’dawn il-pjani hemm inkluż estenzjoni tal-bini preżenti, ħolqien ta’ spazji ġodda għal laboratorji u
refurbishment
ġenerali.
Naturalment l-Onor. Interpellant jifhem li dan ix-xogħol kollu jsir fuq medda ta’ snin.
Precincts Officers tal-Kulleggi — riżorsi mogħtija biex jaħdmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi qed jingħataw il-Precincts Officers tal-Kulleggi biex jaħdmu? Meta se jingħataw in-nies tas-snajja li ġew imwiegħda? Meta se jingħataw l-għodda li ġew imwiegħda? Meta se jingħataw it-trasport li ġew imwiegħda biex ikun jista' jsir ix-xogħol fl-iskejjel għall-ġarr ta' għodda, materjal u nies?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Precincts Officers mill-ewwel ingħataw l-inkarigu li jorganizzaw ir-riżorsi tekniċi li hemm fl-iskejjel. Riżorsi materjali oħra komplew jingħataw f’kull każ skont il-ħtieġa. F’numru ta’ każi żdiedu nies tas-snajja mill-IPSL fil-Kulleġġi; dawn ħadu post oħrajn li spiċċaw bl-età, jew li se jispiċċaw. In-nies tas-snajja, uħud stazzjonati fl-iskejjel, u oħrajn stazzjonati fiċ-Ċentru, kollha jaħdmu fl-iskejjel taħt ir-responsabbilità tal-Precincts officers. Bis-saħħa t’hekk sar ħafna titjib matul l-aħħar sena. Il-proċess ta’ deċentralizzazjoni jkun jista’ jsir meta jkun żgurat li jkun se jkompli jiġi reġistrat progress fuq ix-xogħlijiet li saru s’issa. Ix-xiri tal-għodda għaddej mill-proċess normali ta’ tendering li għandu jkun komplut fil-futur qrib. Bħalissa t-trasport għadu jiġi organizzat min-naħa tad-Dipartiment għall-Immaniġjar ta’ Riżorsi fl-Iskejjel. Dan ukoll se jkun deċentraliżżat meta jkun opportun, u jkun ukoll parti mir-responsabbiltajiet tal-Precincts Officers.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li l-istudenti se jkunu jistgħu jibdew isegwu korsijiet f'suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji? L-istudenti kollha se jkunu jistgħu jsegwu dawn is-suġġetti? Kemm se jkun jiswa kull suġġett kull sena lil kull student biex jirreġistra għall-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett pilota ser jibda mis-sena skolastika 2011-2012. Dan se jdum sentejn. Fl-iskejjel magħżula se jkun hemm suġġett wieħed biss u se jkun hemm grupp ta’ sittax-il student/a.
Is-suġġetti vokazzjonali se jiġu offruti bħala
Option
lill-istudenti tal-Form 3. Mis-sena 2013 se jkunu jistgħu jagħżlu wieħed mill-erba’ suġġetti vokazzjonali, flimkien ma’ suġġett ieħor li diġà jeżisti u li jwassal għas-SEC.
Biex isir l-assessjar kull suġġett se jiswa 110 liri sterlini fuq medda ta’ tliet snin.
Għawdex — Skola tas-subien fir-Rabat - ħlas lill-kuntrattur fuq il-bini tal-iskola
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas s’issa kull kuntrattur fuq il-bini tal-iskola sekondarja tas-subien fir-Rabat Għawdex? Kemm hemm flus konnessi ma' xogħol/servizz/apparat eċċ li għadhom ma tħallsux? Fiex jikkonsistu? Kemm ingħataw kuntratti s’issa, lil min u għalxiex? Kemm hu l-valur ta’ kull kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-sussidju biex tirranġa d-dar taħt skema A u peress li l-post jiswa aktar min €80,000 qalulha li ma tistax tapplika taħt din l-iskema? Peress li hemm ħsarat fl-appoġġ, għandha s-saqaf iqattar u hemm xi soqfa mxaqqin, jista' jgħid jekk hemmx xi skema oħra li din il-koppja tista' tapplika għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sabiex sidien ta’ darhom jikkwalifikaw taħt Skema A, il-valur tad-dar ma jridx jaċċedi t-€80,000. F’dan il-każ, id-dar tas-sinjuri ġiet valutata €120,000 u għalhekk ma jistgħux jingħataw għajnuna taħt l-ebda skema fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.