Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10177 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — overtime wara 46 siegħa

Question

B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 3437, jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija li jkunu għamlu dan ix-xogħol humiex attwalment jitħallsu, meta kif ġie mwieġeb fil-mistoqsija li qed nagħmel referenza għaliha, il-pulizija huma ntitolati li jitħallsu overtime? Dan il-ħlas qed isir jew hemm xi ħlasijiet b'lura li għadhom ma sarux? Kemm huwa l-ħlas li jinsab b'lura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas tal-overtimelill-membri tal-Korp tal-Pulizija isir ġeneralement xahrejn b’lura minħabba raġunijiet amministrattivi. Infurmat ukoll illi l-overtime li nħadem f’Mejju ta’ din is-sena u li jammonta għal €61,606, ser jitħallas mal-paga ta’ Lulju, dak li nħadem f’Ġunju u dak konness mal-elezzjoniet tas-6 ta’ Gunju, mistenni li jitħallas f'Awwissu u f'Settembru. Matul din is-sena l-Korp tal-Pulizija ħallas is-somma ta’ €508,250 li tkopri l-overtime li nħadem bejn is-xhur ta’ Ottubru 2008 u Mejju 2009.
Leg 11 PQ #10194 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

numru ta' serq minn fabbriki, djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena x’kien in-numru totali ta’serq li ġie rapportat f’Malta u f’Għawdex separatament? Kemm kien hemm serqiet minn djar u kemm minn fabbriki jew stabbilimenti kummerċjali oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' serq li ġie rrapurtat fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien kif ġej:- Malta Għawdex Total Serq minn djar 365 20 385 Serq minn fabbriki 13 0 13 Serq minn stabbilimenti kummerċjali 247 2 249 Total 625 22 647
Leg 11 PQ #10196 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kważi Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-Imħallef li ismu qed jintbagħat separatament u li minħabba li jinsab indispost ilu ma jattendi il-Qorti għal żmien twil? Jista’ jgħid jekk il-kawżi li hemm quddiemu għandhomx jiġu trasferiti lil imħallef ieħor peress li hemm minnhom li ilhom is-snin jistennew is-sentenza biss?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-lmħallef li dwaru qed issir din l-interpellanza, wara żmien ta' indisposizzjoni reġgħa qiegħed jattendi għax-xogħol u jżomm seduti regolarment. Għaldaqstant mhux maħsub li jiġu trasferiti kawżi lil Imħallef ieħor peress li qiegħed jieħu konjizzjoni tagħhom huwa stess. Ninsab infurmat illi l-Imħallef in kwistjoni għandu dawn il-kawżi pendenti:- Quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili:- Għas-sentenza 101 Għall-provvediment 4 L-ewwel dehera 6 Għall-kontinwazzjoni 37 148 Quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali):- Għar-rapport 1 Għas-sentenza 3 Għall-kontinwazzjoni 11 Mhux appuntati 1 (ġiet irreġistrata riċentement) 16
Leg 11 PQ #9828 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — areas fejn seħħew serqiet

Question

Jista ' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema areas ta' San Pawl il-Baħar kienu rappurtati s-serqiet li seħħew matul l-2007 u l-2008 u dan fis-sens ta' liema nħawi seħħew, Xemxija, Wardija, Burmarrad, Qawra Buġibba u San Pawl il-Baħar? Hemm ċans li l-Ministru jgħin fit-twaqqif ta' neighbour hood watches f'dawn l-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward in-Neighbourhood Watch ser jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 11 PQ #9918 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għasses tal-Pulizija — Spettur Inkarigat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom għassa tal-Pulizija fejn hemm spettur inkarigat mill-għassa u li din l-għassa tkun miftuħa l-ħin kollu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm kull Għassa tal-Pulizija għandha Spettur inkarigat minnha, dan ma jfissirx illi ġo kull Għassa jkun hemm Spettur. F' Għassa prinċipali tad-Diviżjoni jkun hemm Spettur wieħed jew aktar, jiddependi mill-lokalita', bħal ma huma l-Belt u San Ġiljan, fejn minħabba l-volum ta’ xogħol hemm stazzjonat aktar minn Spettur wieħed. Dawn l-Għasses huma: Valletta Qormi Żebbuġ Paola Bormla Żabbar Żejtun B’Buġia Żurrieq Sliema Msida San Ġiljan Ħamrun Rabat B’kara Naxxar Mosta Qawra Victoria Ajruport Dawn huma Għasses prinċipali u jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista’ jkun li jingħalqu temporanjament meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor barra mill-Għassa.
Leg 11 PQ #10060 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — sorsi alternattivi ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni: 1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament? 2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi? 3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order? 4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order? 5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order? Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9969 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — compliment tal-gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost li għandu jkun il-complement tal-gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm persuni jaħdmu bħala gwardjani f'din il-faċilità fil-preżent?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ma hemm l-ebda numru pre-stabbilit ta' kemm għandu jkun il-complement tal-gwardjani. Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' ħaddiema huwa kif ġej:- Assistant Managers: 3 Correctional Supervisors: 4 Senior Correctional Officers: 18 Acting Sen. Correctional Officers: 13 Correctional Officers: 160
Leg 11 PQ #10000 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' reati ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' reati ta' stupru f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienu s-sentenzi li ngħataw mill-ġudikatura? Kemm kienu s-sentenzi ta' ħabs għal dawk l-aggressuri li wettqu dan ir-reat tant serju u kemm hemm sentenzi f'dan il-perijodu li għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali f’Malta bejn is-sena 2004 u Ġunju, 2009 tressqu 66 kawża b’akkużi ta’ stupru jew attentat ta’ stupru. Is-sentenzi li ngħataw kienu jvarjaw minn conditional discharge u/jew probation għal perjodu ta’ snin għal sentenzi ta’ ħabs effettivi u/jew sospiżi. B’kollox ingħataw 10 sentenzi ta’ ħabs effettivi u 8 oħra sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Infurmat ukoll li għad hemm 37 kawża li għadhom pendenti. Rigward il-Qorti tal-Maġistratura Għawdex, ninsab infurmat illi kien hemm 5 persuni fi tlett 3 każijiet separati, u (ċioé akkuża bi tlett 3 imputati u żewġ akkużi b’imputat kull waħda) akkużati b’reat ta’ stupru f’dawn l-aħħar 5 snin, liema każijiet kollha bdew fis-sena 2008 u li llum għadhom kollha pendenti.
Leg 11 PQ #10044 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — każijiet fuq moħqrija tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti u x'weħlu fuq każi ta' moħqrija fuq annimali din is-sena? X'kien ir-reat u l-annimal involut?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija ressqet 5 persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali, liema annimali kienu jinkludi 2 klieb, għasfur, qattus u żiemel. Infurmat ukoll dawn il-każijiet għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #10045 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Community Service — persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq community service illum? Kemm kien hawn minn mindu ddaħħlet din is-sistema?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn meta ddaħlet is-sistema ingħataw 38 Ordni ta' Xogħol fil-Komunita' b'total ta' 4,110 siegħa. Minn dawn it-38 Ordni, 13-il Ordni huma atttivi.

Persuna li titpoġġa bħala security

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jitpoġġa mas-security meta dan impjegat mad-Dipartiment responsabbli mill-Qrati u mhux ma' xi kumpannija privata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma tagħmilx xogħol tas-sigurta’ iżda tieħu ħsieb il-containers li jitpoġġew fihom l-affarijiet wara li jgħaddu mill-iscanner machine u tagħmel ġbir ta’ karti mill-uffiċini tal-Qorti.

Flotta tal-mobile squad tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-mobile squad tal-pulizija bħalissa? Jista' jgħid huwiex ikkonsidrat li dan in-numru huwa suffiċjenti għall-bżonnijiet tal-pajjiż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Mobile Squad tal-Pulizija għandha 20 vettura għad-dispozizzjoni tagħha u dawn huma preżentement kkunsidrati biżżejjed sabiex jaqdu d-doveri ta' din l-Iskwadra.
Leg 11 PQ #9799 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

OIWAS — nuqqas ta' finanzi

Question

Stante li l-OIWAS għadha sal-lum mhux dikjarata bħala enti uffiċjali u anke li hemm nuqqas serju ta' finanzi u problemi biex wieħed jingaġġa security officers waqt il-qadi ta' dmirijiet tal-ħaddiema tal-OIWAS, u stante li l-ħaddiema qed jiġu kontinwament esposti għal agressjoni u qed jaħdmu fi stat pjetuż bħal ilma l-ħin kollu nieżel fuq l-elettriku u ħmieg enormi f'ċertu ċentri, u stante li l-ħaddiema mhux qed jiġu offruti protezzjoni kontra l-mard potenzjali jew reali infettiv u stante li l-ħaddiema ta' l-OIWAS qed jaħdmu f'kuntest fejn ir-regolamenti tas-Saħħa u s-Sigurtà (bħal fire escapes eċċ.) assolutament m'humiex qed jiġu rispettati, u stante li kull darba qed jintqal lill-ħaddiema li ma jista' jsir xejn qabel ma l-OIWAS tiġi rikonoxxuta bħala enti uffiċjali, jista' l-Ministru: 1) Jiddikjara kemm hu n-numru ta' ħaddiema li qed jaħdmu ma' l-OIWAS; 2) Jiddikjara meta l-OIWAS se tiġi rikonoxxuta bħala enti uffiċjali 3) Jispjega xi pjani, jekk hemm, għandu l-Gvern biex il-problemi kollha suelenkati jiġu risolti u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li okkorrendo saru dwar l-istess? 4) Jiddikjara jekk il-Gvern applikax jew irċevix fondi mill-Unjoni Ewropea dwar dan? Jekk iva, liema? F'liema stadju wasal il-proċess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi preżentement in-numru ta’ ħaddiema li qed jaħdmu mal-OIWAS huwa ta’ 70. Rigward it-tieni domanda nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9605. Dwar is-sigurta' fuq ix-xogħol ninsab infurmat illi l-OIWAS qed tagħmel kull ma tista’ biex, fejn hu possibbli, ikun hemm aktar sigurta’ fiċ-Ċentri Miftuħa. Teżisti kollaborazzjoni sħiħa mal-Korp tal-Pulizija flimkien mal-Uffiċjali tad-Detenzjoni sabiex fil-ġranet fejn jinġabru l-folol fiċ-Ċentri minħabba r-reġistrazzjoni, ikun hemm preżenza adekwata tagħhom. Infurmat ukoll li mhuwiex minnu li l-ħaddiema mhux qed jiġu offruti protezzjoni kontra l-mard potenzjali jew reali infettiv. B’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, kull impjegat għandu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ tabib espert f’dan il-kamp, u ittieħed parir dwar x’miżuri jinħtieġu f’kull Ċentru kontra perikli potenzjali, inluż ix-xiri ta’ materjali protettivi. Flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema ġew risolti ukoll xi issues oħra li kienu ilhom pendenti, bħall-involviment tat-teħid tal-mediċini minn residenti li jintħieġu għajnuna speċjali. Rigward l-ilma nieżel fuq l-elettriku u kwantita' ħmieġ nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Ċentri Miftuħa qed jirreferi. Ninsab infurmat ukoll li dwar ir-regolamenti tas- Saħħa u s-Sigruta', qed isiru kuntatti mal-entitajiet konċernati u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema sabiex fejn jiġu identifikati problem areas , dawn jiġu risolti. Tajjeb li jingħad li l-bini tal-OIWAS mhux ta' livel inferjuri għal bini ieħor tas-settur pubbliku, li joffri problemi teknici biex isiru tibdiliet strutturali bħal fire escape . Madanakollu is-sigurta' tal-ħaddiema u l-klienti akkommodati f'dawn iċ-Ċentri tibqa' dejjem ta' prijorita għall- management . Rigward ir-raba' domanda ninsab infurmat illi l-OIWAS gawdiet minn fondi Ewropej, l-aktar il- European Refugee Fund (ERF). Minn dawn il-fondi saru żviluppi f’Dar is-Sliem, Dar il-Liedna, u fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa. Mill-istess fond qed jitwettaq ukoll proġett amministrattiv biex jiġu eliminati il-kjuwijiet ta’ residenti għar-reġistrazzjoni, permezz ta’ sistema bijometrika. Qed jitħejjew sottomissjonijiet għal proġetti oħra taħt l-istess fond u kif ukoll taħt l- Emergency Measures tal-istess ERF. L-OIWAS hi ukoll il- Project Leader tal-proġett ta’ ħarsien soċjali fiċ-Ċentri Magħluqa, co-finanzjat mis- Solidarity in Action Fund .
Leg 11 PQ #9653 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Postijiet tad-divertiment — Tfal taħt is-16-il sena

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9142, jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal taħt is-16–il sena hux xorta se jibqgħu jitħallew jidħlu f’postijiet ta’divertiment, bars eċċ. fejn jiġi servut l-alkoħol għalkemm ma jistgħux jikkonsmawh? Ma jaħsibx li din mhix ħaġa flokha u aktar tagħti lok għal abbuż? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu passi kontra sidien li fil-post tagħhom tħallew li jsir it-tipjip?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Preżentament qed issir evalwazzjoni tal-posizzjoni legali fid-diversi disposizzjonijiet li jeżistu fuq s-suġġett ai termini ta' dak li ngħad fid-domanda numru 9142. Kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9654, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 3 sidien ta' stabbilimenti fejn ħallew li jsir it-tipjip.
Leg 11 PQ #9654 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nies li nqabdu jpejpu f'postijiet tad-divertiment

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9136, jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il post ta’ divertiment inqabdu jpejpu l-1387 persuna u kontra kemm–il sid ittieħdu proċeduri fil-Qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diga' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9136, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 3 sidien ta' stabbilimenti f'diversi lokalitajiet. Ninsab infurmat illi t-tagħrif daqshekk dettaljat dwar in-numru ta' dawn l-istabbilimenti, mitlub mill-Onorevoli Membru, ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #9655 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati konnessi ma' pedofelija

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) Kemm ittellgħu persuni l-Qorti fuq reati konnessi ma' pedofelija fis-snin 2006, 2007 u 2008? 2) X'weħlu f'kull każ il-kriminali li ttellgħu l-Qorti u nstabu ħatja? 3) Meta se jiġi ippubblikat (jew le) il- Paedophile Register wara li issa ilhom snin sħaħ jiġu eżaminati mill-esperti tal-Gvern rapporti li jindagaw x'isir f'pajjiżi oħra f'dan ir-rigward?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2006 kien hemm 38 persuna li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ abbuż sesswali fuq minorenni, filwaqt li matul l-2007 u l-2008 tressqu l-Qorti 45 u 42 persuna rispettivament . Dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż u s-sentenzi mogħtija kienu kif ġej: Sentenza 2006 2007 2008 Priġunerija 5 3 1 Sentenza sospiża 7 2 2 Probation 1 - 1 Liberati 1 - - Proċediment eżawrit (l-imputat miet) 1 1 - Il-kumplament tal-każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Għar-rigward it-tielet domanda l-preparazzjoni tal-abbozz ta' Liġi relattiva għar-reġistru ta' reati gravi, ninsab infurmat li waslu fl-aħħar stadji.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Għawdxin maħtrua f'bordijiet

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9731 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Bini ta' websites

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru uża proċess tal-Gvern imsemmi “Alliance Agreement” biex jiġi pprovdut servizz sabiex tiżviluppa l-website tal-Ministeru, www.mjha.gov.mt. L-ispiża għal dan il-proġett kienet ta' € 16,305. Il-kumpanija magħżula kienet 2i Ltd wara sejħa għall-offerti li hija parti minn dan l-agreement.
Leg 11 PQ #9189 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Karozzi bla liċenzja mitluqin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu biex karozzi bla liċenzja li hemm mitluqin fil-housing estate, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jitneħħew minnufih?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet il-proċedura skont kif previst fir-Regolamenti dwar Klampjar u Tneħħija ta' Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta' Ingombru, sabiex il-vetturi msemmija jitneħħew.