Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid f' Ħal Farruġ, Ħal Luqa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarju Parlamentari għax-Xogħljiet Pubbliċi - Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-istess Segretarjat Parlamentari fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra din l-istand kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt l-istess Segretarjat Parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19997.
B'referenza għat-Tender IM006/2020 (Tender for High Voltage Shore Connection System in the Grand Harbour), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-ispejjeż li saru f'dan il-proġett fuq il-fażijiet differenti u fuq kull parti tal-equipment li ġiet installata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infiq fuq kuntratt IM006/2020, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tal-ispejjeż fuq l-equipment (transformers, switchgear, frequency converters, quayside cable management equipment, cables & containment, miscellaneous equipment)
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20660 u jgħid kemm hi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx għal kull eżaminatur tat-test tas-sewqan (mingħajr ma jiżvela l-isem tal-eżaminatur), għal kull kategorija ta' vetturi, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20658 u jgħid kemm kienet ir-rata ta’ persuni li m’għaddewx it-test tas-sewqan ta' kull kategorija (B, D, eċċ.), bejn l-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ persuni li m’għaddewx mit-test tas-sewqan f’kull kategorija (A, B, Ċ u D), bejn l-2019 sal-ġurnata ta’ llum, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18488 dwar il-petizzjoni ‘Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr’, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie deċiż li jkun il-pass li jmiss?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda tqis is-sitwazzjoni kurrenti, filwaqt li tinstab f’diskussjonijiet mal-Kunsill lokali sabiex tevalwa alternattivi siguri għaċ-ċirkostanza.
Ir-Rabat Malta – Triq Borg Olivier – Traffic Management ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet ġodda għal traffic management aħjar fi Triq Borg Olivier Rabat Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta fasslet pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku aħjar f’parti minn Triq Borg Olivier ir-Rabat Malta, liema pjan jinvolvi wkoll xogħol fis-Saqqajja. Dan il-pjan qed jiġi dettaljat u ser issir konsultazzjoni pubblika u perjodu ta’ prova. Barra minn hekk, tali pjan ġie diskuss fit-Traffic Management Committee fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W318.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin ta’ Triq tal-Ħlas, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol fi Triq tal-Ħlas, f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew impjegati/ingaġġati f'Infrastructure Malta mill-15 ta’ Lulju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-kariga ta’ kull persuna hekk impjegata/ingaġġata f'dan iż-żmien, x'inhu l-ħlas li qed jirċievu kull wieħed/waħda għall-ħidma tagħhom, x’allowances u perkaċċi oħra għandhom u kemm minn dawn il-persuni ingaġġati/impjegati huma irġiel u kemm nisa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjonijiet kollha huma fi ħdan (u mħallsa) skont il-Ftehim Kollettiv tal-Aġenzija.
1 Field Officer CA_2
1 Executive (Procurement & Finance) CA_1
3 Managers (Grade 2)
2 Managers (Grade 1)
Minn dawn 4 kienu nisa u 3 kienu rġiel.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Birżebbuġa ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità taż-Żurrieq ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-aħħar sitt snin fil-lokalità tal-Imqabba ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt inbnew mill-ġdid snin fil-lokalità tal-Qrendi ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Light Passenger Transport System (LPTS) — Eżamijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21589 u jgħid għalfejn ma jeżistix revision of paper għall-eżamijiet li qed isiru biex xufiera jġibu tag biex isuqu karozza ta' servizz għal passiġġieri (LPTS), biex wieħed ikun jaf x’għamel ħażin fl-eżami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma dejjem finali u mhux disputabbli, u li hija r-responsabbiltà tal-istudenti li jitlob kopja tas-sillabu relatat mill-iskejjel awtorizzati, li jinkludi t-tagħrif meħtieġ sabiex ikunu preparati għall-eżami.
Fid-dawl li ftit ġimgħat oħra se jittella’ avveniment annwali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jattira lejh eluf ta' persuni, jista' l-Ministru jikkunsidra li jkun hemm pjan ta' kontinġenza matul dawn il-ġranet, filwaqt li jiġu varati inizjattivi biex kemm ħaddiema tal-Gvern kif ukoll tal-privat jingħataw il-possibilità biex jaħdmu mid-dar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew determinati żoni speċifiċi kemm għall-parkeġġ kif ukoll bħala pick-up u drop-off points ta’ passiġġieri esklussivament għat-taxis, vetturi Y-plate, coaches u vetturi misjuqa minn xufiera. Dan ser jgħin sabiex ikun hemm aċċess aktar faċilitat u biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku fl-inħawi tal-avveniment.
Sabiex tkompli titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku u jiġu evitati bottlenecks, partikolarment fl-inħawi t’Aldo Moro, is-sezzjoni tal-infurzar ser tiddevja l-vetturi permezz ta’ rotot alternattivi. Dan ser jgħin sabiex it-traffiku jkun imqassam b’mod aktar uniformi u jitnaqqas il-piż fuq triq prinċipali waħda.