Trasport Pubbliku – rapport dwar l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jieħu l-Ministeru tiegħu kontra l-kumpanija tat-trasport pubbliku partikolarment meta passiġġieri jirrappurtaw li l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja ta’ xi ġurnata lejn xi lokalità, ma jkunx sar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Malta Public Transport f’Jannar 2015, fir-rigward tal-proviżjoni tat-trasport pubbliku ġewwa Malta jistipula “thresholds” fix-xahar għal kull rotta ta’ kemm huwa permissibli li jinqabżu vjaġġi qabel ma jiġu applikati il-multi ikkontemplati. Dan mingħajr distinzjoni tal-ġurnata jew il-ħin li dawn il-vjaġġi ma jsirux.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi u li jidhru hawn taħt għall-Belt fin-nofsinhar ta’ filgħodu tal-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2018:
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk; u
v) 88 mill-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi u li jidhru hawn taħt għall-Belt fin-nofsinhar ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2017;
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk; u
v) 88 mill-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Dipartiment tal-Artijiet – request for proposals għal sit fl-Imtarfa, fl-Imġarr, fil-Mosta u l-Marfa
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex waslu l-proċessi ta’ evalwazzjoni ta’ proċessi ta’ request for proposals ta’ erba’ siti li kienu nħarġu mid-Dipartiment tal-Artijiet għal sit fl-Imtarfa, fl-Imġarr, fil-Mosta u l-Marfa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-evalwazzjoni ta’ proċessi ta’ request for proposals ta’ erba’ siti li kienu nħarġu mid-Dipartiment tal-Artijiet għal sit fl-Imtarfa, fl-Imġarr, fil-Mosta u l-Marfa waslu fi stadju finali u se jgħaddu għand il-Bord tal-Gvernanza fil-jiem li ġejjin.
Studenti tal-MCAST Għawdxin – dewmien fuq l-istage għall-tal linja
Question
Studenti tal-MCAST Għawdxin stqarrew miegħi li kull filgħodu jaħlu mill-inqas sagħtejn fuq l-istage biex jistennew xarabank minħabba li xarabanks li jgħaddu, ikunu mimlija daqs bajda u l-passiġġieri jkunu mgħaffġin bħas-sardin. Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel sabiex din l-istennija tonqos?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema stage jew stages qiegħed jirreferi sabiex Transport Malta tkun tista’ twettaq l-istħarrig li hemm bżonn fuq is-sitwazzjoni deskritta minnu.
Awtorità tal-Ippjanar – tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex – ħruġ ta’ permess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex isir it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex ħariġx? Jekk le, meta saret l-applikazzjoni quddiem il-PA? Ġiet ippublikata din l-applikazzjoni u meta? Meta hu ppjanat li joħroġ il-permess? Jista’ jgħid jekk it-triq li tagħti għal Għajn Tuffieħa ġewwa l-Imġarr Malta li reċentement ġiet asfaltata, hux ser ikollha titqatta’ mill-ġdid biex tiġi mgħoddija t-trinka ta' dan it-tieni fibre optic cable?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorita ta’ l-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bin-numru PA8209/17 – “Submarine Fibre Optic Cable from Xewkija to Il-Fessej to Golden Bay to Iż-Żebbiegħ including POP room at Xewkija, laying of cable in walk-through tunnel, laying of PVC ducts in trench with regular manholes, construction of beach manhole at il-Fessej, lining of existing disused drainage outflow including HDD, laying of submarine cable to Golden Bay, construction of beach manhole at Golden Bay car park, laying of PVC ducts in trench with regular manholes to iż-Żebbiegħ, demolition of existing toilets and construction of POP room and new toilets and bus shelter at iż-Żebbiegħ”.
Din l-applikazzjoni sarilha l-proċess ta’ l-is
creening
u bħalissa l-applikazzjoni qiegħdha fil-proċess biex tiġi vvalidata.
Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għandha toħroġ fi żmien mitt ġurnata mid-data tal-validazzjoni.
Il-
cable
għandha tgħaddi mit-triq imsemmija. Il-permess meħtieg għat-
trenching
tat-triq għandu jiġi pproċessat minn Tranport Malta u ma jifformax parti mill-applikazzjoni PA8209/17. Id-Direttorat tal-Ippjanar huwa nfurmat illi t-trinka meħtieġa ġo din it-triq għandha issir fil-ġenb, mingħajr ma jkun maqluh it-tarmac ġdid u il-wiċċ tat-trinka ser jingħalaq bil-konkrit.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3000 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-uffiċċju konġunt meta se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li nfetħet din l-iskema, kien taħt Gvern Nazzjonalista fl-2013?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema għal fidi ta’ ċens temporanju ser tiġi fis-seħħ fi ftit gimgħat oħra.
Birżebbuga – Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – xogħol ta’ surfacing
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa humiex se jsirulhom xogħol ta’ surfacing minn Transport Malta matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jara min huwa s-sid tal-post abbandunat peress li jinsab ma’ ġenb ir-residenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-Awtorità tal-Artijiet ma għandha l-ebda informazzjoni rigward ir-residenza msemmija, kif ukoll dawk li jmissu ma’ din ir-residenza.
Il-Mosta — Triq il-Kbira - Traffic Calming Measures
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3676, jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, f’ħidma b’risq aktar sigurtà fit-toroq tagħna, jieħu l-passi neċessarji biex jara li dawk ir-road humps li rrefera għalihom fl-istess mistoqsija parlamentari jkunu fit-triq imsemmija, għaliex illum, fi Triq il-Kbira mill-pjazza lejn id-direzzjoni tan-Naxxar ma baqa’ xejn minn dawk il-calming measures?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Awtorità tal-Artijiet u Awtorità tal-Ippjanar – Direct Orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 535, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u/jew il-kumpaniji għal kull direct order li ngħatat mill-Awtorità tal-Artijiet u mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni : Ara PL 1257 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 86 tat-Tnejn 26 ta' Frar 2018.)
Transport Malta – fondi allokati għal toroq f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm allokat fondi Transport Malta biex isiru toroq f'Għawdex matul is-sena 2017 u fejn saru dawn it-toroq? Jista' jgħid kemm inġabu fondi tal-Unjoni Ewropea tramite Transport Malta matul l-2017 biex isiru toroq f'Għawdex? Għal liema toroq inġabu dawn il-flus?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Żona ta’ akwakultura tas-Sikka l-Bajda – screening process
Question
Nirreferi għaż-żona ta’ akwakultura tas-Sikka l-Bajda fin-nofstanhar ta’ Malta li hija żona ODZ marittima u post temporarju li qed jiġi segwit b’monitoraġġ mill-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Agrikoltura qed iħejji analiżi xjentifika f’rapport. Hu fatt li n-numru ta’ gaġeġ tat-ton ilhom li żdiedu ferm aktar minn dak li hu stipulat fil-permess (12) tal-operat u jirriżulta wkoll li ddaħlet pre-screening application biex il-gaġeġ jiżdiedu għal 24 gaġġa. Jista’ l-Ministru jgħid għalkemm dan is-sit hu temporarju? Jista’ jgħid meta kienet l-aħħar darba li sar monitoraġġ f’din iż-żona mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid kif ser jiġi affettwat l-iscreening process ta’ din l-entità fl-ambitu ta’ dan ix-xenarju? L-Awtorità tal-Ippjanar tieħu inkonsiderazzjoni li l-applikant hu reċidiv f’dan ir-rigward?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm ħarġu żewġt permessi temporanji mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fiż-żona msemmija, kull tip ta’ monitoraġġ u nfurzar fuq installazjonijiet ta’ akwakultura qed isir mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, għalhekk nistiednek titlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct ordersingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
(Korrezzjoni : Ara PL 1257 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 86 tat-Tnejn 26 ta' Frar 2018.)
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Propjetà - direct orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Propjetà, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Jista’ jgħid hux se jkun hemm inkluż car park għall-karozzi u kemm se jkun jesa’ karozzi? Meta hu maħsub li jiġi approvat dan il-master plan? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja li għadu ma ġiex approvat il-master plan tal-grounds tal-Isptar ta’ Għawdex, xorta saru applikazzjonijiet ġodda quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni numru PA 07491/16 li tipproponi “master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.”
Din l-applikazzjoni sarilha il-proċess ta’ screening u bħalissa l-Awtorità qiegħdha tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-iscreening letter sabiex tkun tista’ tivvalida u tibda tiproċessa din l-applikazzjoni.
Skond il-pjanti li ġew sottomessi, hemm maħsub numru ta’ surface carparks li jesgħu total ta’ 521 karozza.
Id-deċiżjoni fuq il-master plan għandha tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skond Regolament 12(1) ta’ l-Avviż Legali 162/16.
Apparti l-applikazzjoni għall-“master plan”, l-Awtorita ta’ l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni bin-numru PA 09895/17 li tipproponi “Demolition of part of existing hospital and erection of proposed stores”. Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni għadha pendenti. Il-lok u l-iskala tax-xogħol propost mhux meqjusa li jippreġudikaw il-“master plan”.
Tender għar-ristrutturar tad-Deep Water Quay fil-Marsa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li t-tender “CT2039/2017 Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) at Deep Water Quay Marsa Malta” ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid jekk reġgħetx ħarġet it-tender mill-ġdid u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk le, x’kienet ir-raġuni li ma reġgħetx ħarġet it-tender? Jista’ jgħid kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan ix-xogħol u mil-liema fondi ser ikun iffinanzjat il-proġett u meta hu maħsub li jibda x-xogħol infrastrutturali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mgħotija lili minn Transport Malta, l-evalwazzjoni tat-tender CT2039/2017 reġa’ infetaħ u għadu għaddej. Dan wara li ntrebaħ Appell fuq ir-rakkomandazzjoni oriġinali biex il-proċess jigi kkanċellat. Ix-xogħol ikun jista’ jibda wara li jinħatar kuntrattur skont l-eżitu tal-evalwazzjoni ta’ dan it-tender jew inkella wara li jintemm proċess ieħor jekk tal-ewwel jerġa’ jiġi kkanċellat.
Skont it-tabella tal-ftuħ tat-tender CT2039/2017 il-prezz ivarja bejn it-€18,545,567.80 u l- €31,649,564.08. L-iffinanzjar ta’ dan il-proġett ser isir mill-Gvern Centrali u għaldaqstant il-proċess tat-tender jaqa taħt id-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol fuq Triq Għar u Casa fil-Mellieħa peress li l-ilma tax-xita qiegħed jiskula minn din it-triq u jmur fuq wara ta’ blokok ta’ appartamenti li jinsabu fi Triq il-Wied ta' Ruman il-Mellieħa? Peress li din it-triq (Triq Għar u Casa) hi ffurmata minn tafal, jista’ jara li din it-triq ma tkomplix iċċedi u tkompli toħloq ħsarat strutturali fil-blokok tal-appartamenti msemmija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Periti ta' Transport Malta se jkunu qed jagħmlu spezzjoni fit-triq imsemmija fil-ġranet li ġejjin
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ toroq saru f’Għawdex mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum permezz tal-framework agreement CT2003/2013? Jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq li saru ġewwa Għawdex u kemm kienet l-ispiża globali fuq kull triq?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.