Sptarijiet pubbliċi – Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu fl-isptarijiet pubbliċi, f’numru u persentaġġ (ratio) meta mqabbel ma’ infermiera Maltin jew mill-Unjoni Ewropea?
L-Isptar Mater Dei — Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu f-Isptar Mater Dei, f’numru u persentaġġ meta mqabbel ma’ infermiera Maltin jew mill-Unjoni Ewropea?
Is-settur pubbliku — Infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn infermiera minn pajjiżi terzi li qed jaħdmu fis-settur pubbliku, f’numru u persentaġġ mill-pajjiż li ġejjin minnu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-Dipartiment tas-Saħħa jista’ jagħti informazzjoni dwar infermiera li jaħdmu fis-servizz pubbliku u ingaġġati mad-dipartimenti tas-saħħa u tal-anzjani.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12050 u 18997 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19996, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19996 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel biex jassigura li l-Kunsill Mediku jiffunzjona filwaqt li tkun irrispettata d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ngħatat fit-13 ta’ Ġunju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Memberu li l-Kunsill Mediku għandu l-poter u d-dmir li jiffunzjona u jieħu deċiżjonijiet b’mod independenti skont il-liġi (Kap 464).
Pero ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sentenza li qegħda ssir referenza għaliha ġiet studjata bir-reqqa u mill-ewwel beda’ proċess ta’ evalwazzjoni tal-provedimenti legali li hemm bżonn sabiex tiġi emendata l-liġi li tirregola l-proċess ta’ passi dixxiplinarji li l-Kunsill Mediku u bordijiet oħra jsegwu.
Il-ħidma tal-Kunsill għal dak li huwa reġistrazzjoni ta’ tobba u dentisti u funzjonijiet oħra ma ġietx effetwata bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u għadha għaddejja normali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu bla psikjatra l-Gender Clinic? Jista’ jgħid ukoll għal liema raġuni s-sejħa għall-applikazzjonijiet għal servizz ta’ psikjatra damet ix-xhur biex ħarġet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret sejħa pubblika imma ħadd ma nstab eleġibbli. Komplew jsiru tentattivi li ma kellhomx riżultat pożittiv.
Għaddejin diskussjonijiet biex naraw x’mudelli oħra ta’ kuntratti ma’ professjonisti huma possibli biex ikun jista’ jingħata dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tiegħu biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Klinika tas-Saħħa tal-Fgura għandhiex linja tat-telefon sabiex il-pubbliku jkun jista’ jċempel? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru konċernat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Primary HealthCare huwa mgħammar b’sistema ċentralizzata ta’ telefonija. Il-klijent għandu jċempel 21231231/21222444 u jaqbad mal-Client Support Centre fejn jiġi mgħoddi ma kull post li hemm bżonn fil-Primary HealthCare. Il-Klinka tal-Fgura tgħamel parti min din is-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u meta kienet out of stock matul din is-sena, il-mediċina Rasagiline 1mg tabs liema mediċina tinsab fuq il-formolarju tal-Gvern għall-Parkinson’s Disease?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina Rasagiline 1mg tabs hija disponibbli fil-mument.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Bereġ tas-Saħħa f'Għawdex li fil-mument qegħdin jiffunzjonaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinfetħu Bereġ tas-Saħħa oħrajn ġewwa Għawdex matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li, l-irwol il-ġdid tal-Kliniċi tal-Komunità jmur ferm lil hinn mill-funzjoni li kellhom il-bereġ sa ftit żmien ilu.
Il-Kliniċi tal-Kommunità saru kliniċi moderni f’dik li hija dehra u mgħammra bl-aħjar apparat mediku biex jiġi offrut servizz ta’ kura primarja multidixxiplinaru tal-ogħla livell. Il-Kliniċi tal-Kommunità huma ukoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin reali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
L-għan prinċipali hu lis-servizzi tal-kura primarja jersqu aktar qrib il-post tar-residenza tal-pazjenti u l-post tax-xogħol tagħhom. Għaldaqtant, il-Kliniċi tal-Kommunità jinfetħu f’postijiet strateġiċi.
Filwaqt liċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria jkopri l-Għawdex kollu, bħalissa hemm il-Klinika tal-Kommunità fix-Xewkija li tkopri l-lokalitajiet tan-naħa tal-Grigal, il-Klinika tal-Kommunità tal-Għarb li tkopri dawk tan-naħa tal-Majjistral, u l-Klinika tal-Kommunità tal-Qala li tkopri dawk tan-naħa tax-Xlokk.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23226 u jgħid x’azzjonijiet ser ikunu qed jittieħdu fil-konfront ta’ Chief Nursing Manager fil-Faċilità San Vincenz de Paul minħabba l-attitudini ta’ theddid u abbuż li din il-persuna qed tuża fil-konfront tan-nurses li jaħdmu fl-istess faċilità u li l-MUMN irreġistrat tilwima f’dawn l-aħħar jiem?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-maniġment ta’ SVP jieħu l-azzjoni neċessarja ġaladarba ssir investigazzjoni u jkun hemm lok għal azzjoni ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm bugħaddasa li ddaħħlu l-isptar minħabba problema ta’ dekompressjoni kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-2019 ’l hawn, daħlu 375 għaddas u kellhom bżonn jingħataw il-kura permezz tal Hyperbaric Unit kemm f’Mater Dei kif ukoll fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dawn iċ-ċifri juru sena b’sena kemm iddaħħlu għaddasa fil-Hyperbaric Unit:
2019 = 45
2020 = 51
2021 = 74
2022 = 69
2023 = 66
2024 = 70
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22256.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Kura titkompla fi sptarijiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex imma l-kura tiegħu kellha f'xi ħin titkompla fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor pubbliku f'Malta matul is-sena 2024, u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar snin, ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ittieħdu diversi inizjattivi, fosthom fil-kirurġija innovattiva, kardjoloġija u newroloġija. Dan kollu sabiex aktar Għawdxin ikunu jistgħu jieħdu l-kura kollha tagħhom ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Mater Dei jibqa’ l-lok ta’ super-speċjalizzazzjoni għall-kura terzjarja, permezz ta’ proċeduri tal-ERCP u EUS; servizzi avvanzati fil-kardjoloġija u anġjografiċi; operazzjonijiet tal-kardjo-vaskulari; servizzi avvanzati ta’ pedjatrija; kirurġija avvanzata fl-esofagu u fil-frixa; eċċ.
Kif dejjem jisħaq il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, iċ-ċentru ta’ super-specjalizzazzjoni jibqa’ l-Isptar Mater Dei u dan sabiex l-kura tibqa’ tal-ogħla kwalità minħabba konċentrazzjoni ta’ esperjenza (high intensity case-load volume).
Għal dik li hi informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru, din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ drenaġġ fil-baħar matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? F’liema żoni kienu u kemm għadda żmien biex is-sitwazzjoni ġiet rimedjata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21083 u 21893.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.