Short lets u appartamenti Airbnb – skeda tal-ġbir tal-iskart
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tiegħu biex ix-short lets u appartamenti mikrijin bħala Airbnb josservaw l-iskeda tal-ġbir tal-iskart, fid-dawl li wħud minnhom dan ma jagħmluhx u fix-xhur li ġejjin din se tkun problema kbira?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħala parti minn kampanja nazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart, dan il-Ministeru qed iqassam stickers u materjal informattiv f’diversi lingwi lis-sidien kollha reġistrati tal-kondominji u dan fost għadd ta’ miżuri oħrajn.
Intant ser inkunu qed nikkordinaw ukoll mal-Ministeru kkonċernat sabiex jintlaħqu wkoll l-operaturi tal-Airbnb u, fost oħrajn, jintbagħtulhom ukoll l-istickers u l-materjal informattiv imsemmi.
Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett Elettorali – żvilupp ta’ bini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7002 dwar xiri jew żvilupp ta' proprjetà minn kunsilli lokali jew kumitati reġjonali, billi fit-tweġiba ngħad li l-informazzjoni mitluba teħtieġ eżerċizzju li jieħu żmien twil u ħafna riżorsi, jista' l-Ministu jgħid liema kunsilli lokali fit-12-il Distrett Elettorali għandhom pjan li jwettqu żvilupp ta' bini matul is-sena 2023 jew is-snin ta' wara? Jista' jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali, xi żvilupp għandhom ippjanat u meta hu maħsub li jitwettaq dan l-iżvilupp?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika eżatt dwar x’tip ta’ żvilupp qed tirreferi għalih.
San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju kantuniera ma’ Triq San Franġisk – żbir ta’ siġar
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm fi Triq San Publiju kantuniera ma' Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, jinżabru hekk kif diġà saru rapporti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar biex isir dan iż-żbir iżda dan baqa' ma sarx? Jista' jgħid meta mistenni jsir dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi ż-żbir tas-siġar isir sabiex is-siġar jissaħħu u dan sakemm ma jkunx hemm xi periklu. Infurmat ukoll li l-istess Kunsill ma rriżultalux xi waħda minn dawn il-kriterji fil-każ tas-siġar imsemmija mill-Onor. Interpellanta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena ġewx ippreżentati bye-laws mill-kunsilli lokali sabiex dawn jiġu approvati ħalli eventwalment jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi? Jekk iva, liema huma dawn il-bye-laws, meta ġew preżentati u minn liema kunsill lokali? Fiex wasal il-proċess tal-approvazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din is-sena, s’issa, ġew ippreżentati żewġ proposti ta’ Bye-Laws li huma:
a. Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Marsa), ippreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, fil-11 ta’ Jannar 2023 u li ġiet approvata fit-8 ta’ Frar 2023.
b. Bye Laws dwar Użu ta’ Faċilità u Amministrazzjoni ta’ Parking f’Kulleġġ Marija Reġina, Qawra (Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar), ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, nhar il-21 ta’ Frar 2023. Din qed tiġi analizzata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena ġewx approvati bye-laws li kienu ġew preżentati mill-kunsilli lokali u dan sabiex eventwalment jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi? Jekk iva, liema huma dawn il-bye-laws, meta ġew approvati u minn liema kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din is-sena, s’issa, ġiet approvata proposta ta’ bye-laws waħda li hija Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem, ippreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, u din ġiet approvata nhar it-8 ta’ Frar 2023.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4243 u 5979, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur rispettivament, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa ta’ Raħal Ġdid – vertical garden
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid min hu responsabbli għaż-żamma tal-vertical garden fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid? X'qed isir biex wieħed jara li dan qed jinżamm fl-istandard mixtieq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid li, b’referenza għall-vertical garden fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid, irriżulta li l-materjal u s-sistema li permezz tagħha saru l-green wall ma kinux sostenibbli biżżejjed.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid qed jaħdem ma diversi entitajiet sabiex il-green wall preżenti jinbidel b’wieħed ġdid.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7117, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7117.
Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett Elettorali – xiri ta’ proprjetà jew art
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7002 dwar xiri jew żvilupp ta' proprjetà minn kunsilli lokali jew kumitati reġjonali, billi fit-tweġiba ngħad li l-informazzjoni mitluba teħtieġ eżerċizzju li jieħu żmien twil u ħafna riżorsi, jista' l-Ministu jgħid liema kunsilli lokali fit-12-il Distrett Elettorali xtraw proprjetà jew art matul is-snin 2022 u 2023? Liema kunsilli lokali għandhom il-ħsieb li jixtru proprjetà jew art matul is-sena 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni rikjesta tinsab hawn taħt:
Kunsill Lokali
Xiri u Żviluppi ta' Proprjet
à fil-Lokalitajiet
2022
2023
In-Naxxar
NIL
Xiri ta’ art biswit il-Mitħna tal-Għaqba Triq Giuseppe Stivala
Data tal-kuntratt:
26/1/2023
In oltre, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet l-oħrajn tat-12-il Distrett ċjoè l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar issottomettew NIL reply.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6193, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hi l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx rapport tal-istat li tinsab fiha l-Kappella tas-Sanċier ir-Rabat Malta u hemmx pjan biex isir restawr immedjat u meta ħa jibda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għaqda non-governattiva ‘Din l-Art Ħelwa’ ssottomettiet rapport dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-Kappella tas-Sanċir bħala parti mid-dokumenti meta saret it-talba għal kustodja tal-istess kappella. F’dan l-isfond, infurmat li fondi għar-restawr jistgħu jingħataw ladarba it-talba għal kustodja tal-binja tiġi milqugħa.
Intant infurmat li t-talba qiegħda tiġi pproċessata mill-awtorità kkonċernata.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru (2022) u mistenni nattendi għall-istess Kunsill li jsir bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6936, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-archaeological drawing tal-permess PA/07155/19 li jinsab fi Triq tax-Xemx u l-Qamar kantuniera ma’ Triq il-Karmnu, side road ta’ Triq id-Dejma, Fgura? Jista’ jgħid kemm instabu features b’kollox fuq dan is-sit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista deskrittiva ta’ features li nstabu fuq dan is-sit (cross-referenced mal-archaeological drawing ta’ PA/07155/19), il-valur kulturali mogħti għal kull feature u d-deċiżjoni li ttieħdet għal kull feature hekk kif indikat fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista' jgħid ukoll jekk instabux special funds fuq dan is-sit u jagħti informazzjoni dwar xi nstab u fejn instabu fis-sit? Peress li diġà għaddiet sena minn mindu nħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm ħsieb li xi fdalijiet li nstabu fuq dan is-sit jiġu skedati? Jekk iva, liema u f’liema livell?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-fdalijiet misjuba fis-sit in kwistjoni ġew skoperti waqt evalwazzjoni arkeoloġika li saret waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni u li ntemmet qabel ma nħareġ il-permess.
Infurmat li ladarba s-Sovrintendenza kellha d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha dwar is-sejbiet, iddeterminat liema minn dawn kienu ta’ importanza u li kellhom jinżammu.
F’dan l-isfond infurmat li s-Sovrintendenza tat istruzzjonijiet lill-applikant u lill-perit sabiex jinbidlu l-pjanti sottomessi ħalli l-fdalijiet jinżammu u jiġu ppreservati. Fil-fatt, infurmat li l-pjanti ġew mibdula u parti mill-kantina u l-pjan terran ma sarux sabiex dawn il-fdalijiet jibqgħu ppreservati u esposti b’mod permanenti.
Intant infurmat li s’issa ma saret l-ebda talba għal iskedar ta’ dawn il-fdalijiet minħabba li ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji għall-protezzjoni tagħhom.
Finalment, qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-archaeological drawing kif ukoll l-excel sheet bl-informazzjoni kif mitlub.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fi Trejqet is-Sagħtar f’Ħad-Dingli qatt ma ġie installat dawl tat-triq? Jista’ jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex din it-triq ikollha d-dawl?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli li l-istess Kunsill qiegħed jaħdem sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. Fil-fatt, infurmat mill-istess Kunsill li dan is-suġġett ser ikun item fuq l-aġenda għal-laqgha li jmiss tal-istess Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1418 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, u b'referenza għal bozza partikolari li ma kinitx tixgħel, peress li fit-tweġiba ngħad li kienet diġà ttieħdet azzjoni biex il-bozoz jiġu rranġati, jista' l-Ministru jassigura li din il-bozza qiegħda tixgħel kif suppost, hekk kif din tinsab mitfija u dan minkejja li sar rapport lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar madwar xahar ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-lampa li qed tagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant issewwiet.
Intant infurmat mill-istess Kunsill Lokali li dwar kwistjonijiet ta’ din in-natura jsiru follow-ups regolari min-naħa tal-Kunsill Lokali sabiex jitranġa dak kollu li jkun hemm bżonn fil-lokalità relattiva.
B’referenza għall-għotja tal-fond ta’ €500,000 f’għajnuna finanzjara lil gazzetti stampati biex isostni l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat, jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li hija gazzetta li ilha toħroġ għal divesi snin baqgħet ma ġietx mogħtija din l-għajnuna kif ingħatat lil gazzetti stampati oħrajn? Jista’ l-Ministru jgħid liema gazzetti stampati ġew mogħtija din l-għotja u kemm kienet? Jista’ jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom mexa biex jingħataw dawn il-fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għotja ta’ fondi f’għajnuna finanzjarja lill-gazzetti stampati ġiet ifformulata wara proposta mill-kmamar tal-aħbarijiet ta’ gazzetti stabbiliti u tradizzjonali li jkopru aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Għaldaqstant din ma kinitx għotja maħsuba biex sempliċement issostni pubblikazzjonijiet li jiġu stampati.
Infurmat li l-kriterji li ttieħdu inkonsiderazzjoni biex ingħataw dawn il-fondi kienu l-frekwenza tal-pubblikazzjoni, in-numru ta’ ħaddiema, in-numru ta’ paġni tal-gazzetti u n-numru ta’ pubblikazzjonijiet differenti ta’ dik il-kamra tal-aħbarijiet partikolari.
Intant, rigward liema gazzetti stampati ngħataw din l-għotja nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 5864.
San Pawl tat-Tarġa, Naxxar – Torri tal-Kaptan – manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu pprovduti fondi sabiex post storiku u ta’ valur magħruf bħala t-Torri tal-Kaptan f’San Pawl tat-Tarġa, Naxxar, issirlu l-manutenzjoni meħtieġa wara ħsarat strutturali li ġarrab wara l-maltempata li seħħet f’pajjiżna ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, li fl-istess lokalità hemm numru ta’ bus shelters li waqt li kien qed isir il-proġett tal-promenade u l-junction ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet ħadet id-deċi¿joni li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f’ċertu toroq u għaldaqstant kien hemm xi bus shelters antiki li spiċċaw fuq in-naħa opposta tat-triq, filwaqt li l-bus stops il-ġodda pre¿enement għadhom mingħajr bus shelter.
Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija kkomunika u għadu qiegħed jikkomunika mal-entità kkonċernata sabiex dawn l-istess bus shelters isiru fuq in-naħa t-tajba tat-triq.