Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7788 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi dwar l-adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-ligi dwar l-adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u jgħid liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7789 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi dwar l-adozzjoni — Sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali

Question

Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-liġi dwar l-adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7790 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Appoġġ — sit elettroniku

Question

Peress li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda l-adoption unit ilha ma tiffunzjona għal xi żmien, jista' l-Ministru jgħid għaliex u meta ser tibda terġa' tiffunzjona?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-sit elettroniku tal-Aġenzija Appoġġ, senjatament dik il-parti li tirrigwarda s-servizz tal-Adozzjoni, dejjem kienet aċċessibbli imma għal perjodu ta’ żmien ma kienx teknikament possibbli li titpoġġa informazzjoni jew isir tibdil fiha. Dan minħabba li meta sit hosted għand il-MITA jsirlu tibdil – inkluż żieda ta’ informazzjoni, bħal ma kien jirrikkjedi dan il-każ - irid jgħaddi minn proċess ta’ testing u scans minħabba kwistjonijiet ta’ sigurtà. Dan il-proċess issa tlesta u l-informazzjoni qiegħda online għad-dispożizzjoni ta’ kulħadd http://www.appogg.gov.mt/childrenservices_adoption.asp. Matul dan il-perjodu fejn din l-informazzjoni ma kinitx tidher, kull min irrefera għand l-Aġenzija Appoġġ għal informazzjoni dwar is-servizz tal-Adozzjon, din ingħatat – kemm permezz tas-servizz Supportline 179, il-linja tal-Appoġġ 22959000 jew permezz ta’ email fuq appogg@gov.mt li hu aċċessibbli wkoll mill-istess website tal-Aġenzija (www.appogg.gov.mt).
Leg 11 PQ #7791 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tfal u persuni b'diżabilità — guardianship

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet għall-abbozzi ta' ligi dwar it-tfal u l-guardianship tal-persuni b'diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita ħejjiet abbozz fuq il-Liġi dwar il-Guardianship ta’ pesuni b’diżabilita'. Fil-preżent għaddejja diskussjoni bejn il-Ministeru għal Politika Soċjali, il-Kummissjoni u l-ufficju tal-Avukat Ġenerali biex ttieħed deċizjoni x’inhi l-aħjar triq anke fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja dwar il-Liġi ġdida dwar is-Saħħa Mentali u l-obbligi li Malta jkollha meta tirrattifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita'.
Leg 11 PQ #7802 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Households li jirċievu home help care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' households li qed jirċievu s-servizz tal-home help care? Minn dan in-numru, kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7805 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar tal-anzjani — Part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Furjana, l-Imsida, Bormla, il-Gżira, il-Mosta u l-Imtarfa? Kemm hemm part-time social assistants f'San Vincenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità tad-Djar — Skema fuq sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tad-Djar għadhiex taċċetta dikjarazzjonijiet minn applikanti għall-iskema fuq is-sussidju tal-kera, dwar il-fatt li sid il-fond mikri ma jkunx irid lill-inkwilin japplika għal din l-għajnuna u għaldaqstant, l-awtorità taċċetta din id-dikjarazzjoni biex ma jinħolqux problemi u kumplikazzjonijiet għall-benefiċjarji? Jekk huwa l-każ, allura l-Ministru jaf li hemm ċirkostanzi fejn inkwilini ġew mitluba biex jitilqu mill-fond li jkunu krew għaliex is-sid ma jkunx irid juri u hemm oħrajn li żdidietilhom il-kera u allura s-sussidju jkun spiċċa fi bwiet min m'għandux bżonn? Jista' jgħid x'se jagħmel dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar titlob mingħand l-inkwilin kopja tal-kuntratt tal- kirja jew irċevuta tal-pagament li jkun sar. Dan isir biex l-Awtorita’ tisgura li ma jkunx hemm abbużi ta’ l-iskema. Għalhekk mhux korret li l-Awtorita’ qed titlob il-kunsens tas-sid tal-fond biex l-inkwilin jingħata xi għajnuna . L-Awtorita’ mhux infurmata li kien hemm każijiet fejn l-inkwilinin ġew mitluba jitilqu mill-fond jew żdiditilhom il-kera għax ġew mgħotija sussidju fuq il-pagament tal-kera.

Sptar Mater Dei — ħaddiema volontiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa r-rwol tal-volontiera li hemm fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm minn dawn l-volontiera fil-qasam tas-saħħa? Se jiġu rikonoxxuti b'xi mod għal dan ix-xogħol siewi li qed jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-iSptar Mater Dei bħalissa hemm madwar 200 voluntiera li jattendu b’mod regolari. Dawn jinkludu 38 student li qegħdin jagħmlu ‘posting’ qasir li huwa parti mis-‘Systems of Knowledge Project’. Ir-rwol principali tal-voluntiera huwa li jassistu lill-pazjenti u lil kull min jattendi fl-iSptar Mater Dei biex jindikawlhom it-triq u jgħinu wkoll biex is-servizz ikun provdut ahjar. Rwol iehor importanti huwa li jitkellmu ma’ pazjenti f’certi swali meta ma jiġux iżuruhom il-qraba. Voluntiera jservu te, kafe, bibiti friski jew ilma provduti mill-isptar lill-pazjenti, qraba u membri tal-istaff fl-Outpatients Department waqt li jkunu qegħdin jistennew għal-vista. Informat ukoll li permezz ta’ partnership li l-gvern iffirma sentejn ilu ma’ SOS Malta, dawn jieħdu ħsieb li l-voluntiera jingħataw support psikoloġiku u morali, kif ukoll taħriġ skond il-ħtieġa biex ikunu jistgħu jagħtu servizz komplet u mill-aħjar lill-pazjenti. SOS Malta tgħin ukoll biex isir reklutaġġ regolari ta’ voluntiera matul is-sena. Ix-xogħol tal-voluntiera jiġi rikonoxxut permezz ta’ għoti ta’ mementos waqt ricevimenti u attivitajiet li jsiru matul is-sena. Tinħareg uniformi u badge tal-identita għal kull persuna.

Persuna bi bżonnijiet speċjali — boarded out - allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna bi bżonnijiet speċjali tistax toħroġ boarded out jekk tkun għadha tgħix mal-ġenituri tagħha? Kemm irid ikun l-income tal-ġenituri/ħutha sabiex hija tieħu/ma tieħux allowances tal-bord? Kemm irid ikollhom flus il-bank sabiex dawn il-persuni ma jkunux jikkwalifikaw għall-benefiċċji tal-mard?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pensjoni tad-Disabilita` ma’ tiddependix fuq il-mezzi tal-membri tal-familja iżda tal-persuna li tapplika għall-pensjoni tad-disabilita`. Il-Pensjoni tad-Disabilita` għalkemm hija benefiċċju mhux kontributorju ma’ tiddependix fuq il-kapital, iżda biss fuq id-dħul tal-persuna li tagħmel it-talba għal din il-pensjoni. Id-dħul tagħha fil-ġimgħa, kalkolat skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V tat-Tieni Skeda (skond l-Att tas-Sigurta Socjali Kap. 318) ma’ jkunx aktar mill-paga minima nazzjonali kif applikabbli lil persuni ta’ tmintax-il sena jew iżjed kif stabbilita b’Ordni ta’ Standard Nazzjonali taħt l-Att dwar l-impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. (Inżid ngħid li l-ammont tal-paga minima nazzjonali tintuża biss bħala kejl).

Persuni Boarded out — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkategorizza b'liema kundizzjoni l-persuni li ħarġu boarded out matul is-sena 2008 ġew kwalifikati, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm kien hemm ċittadini li kellhom l-kundizzjonijiet identifikati kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-persuni li ħarġu boarded out skond il-kundizzjoni medika tagħhom u li sussegwentament ikkwalifikaw għal pensjoni tal-Invalidita’ kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam ta-saħħa — sejħiet għal promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6274 u jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7378 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult training centre — spezzjonijiet mid-diviżjoni tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-Adult Training Centre matul dawn l-aħħar sentejn mid-Divizjoni tas-Saħħa? Kemm-il rapport sar minn dawn l-ispetturi tas-sanità u x'kienu dawk l-affarijiet li l-Aġenzija Sapport trid tindirizza? Ittieħdu passi minn din l-Aġenzija biex jitranġaw dawn in-nuqqasijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn l-2007 u Frar 2009 saru 20 spezzjoni fl-‘Adult Training Centre’ min uffiċċjali tad-Divisjoni tas-Saħħa. Informat ukoll li dawn iċ-ċentri kollha ġew ikklassifikati bħala grad A jew B, b’hekk jindikaw li n-nuqqasijiet ma’ kienux ta’ natura tant serja li jirrekkjedu li jittieħdu passi ulterjuri. In-nuqqasijiet kienu jvarjaw minn ħtieġa ta’ ndafa tal-lasku tal-fridges, titjib fid-dokumentazjoni, u tindif fuq bażi regolari tat-tankijiet ta fuq il-bjut. Dawn ix- xogħolijiet f’kull kaz saru fiż-żmien indikat mid-Dipartiment.
Leg 11 PQ #7379 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult training centres — coaches

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu fit-toroq il-coaches tal-Adult Training Centres? Hemm il-ħsieb li dawn jinbidlu jekk ilhom ħafna jintużaw qabel ma ssir xi disgrazzja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Fondazzjoni bħalissa qegħda taħdem kif dawn il-vannijiet jistgħu jiġu mibdula. Madanakollu, din il-bidla tiddependi fuq il-procurement policy tal-Gvern u jekk u meta jiġu mgħoddija Fondi lill-Fondazzjoni għal dan l-iskop. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7380 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Anzjani — nuqqas ta' social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu impjegati aktar social workers fis-Social Work Unit tad-Dipartiment tal-Anzjani meta f'dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta' social workers minn din il-unit li m'għadhomx jagħmlu xogħol ta' assessments fil-komunità minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet dwar il-Capacity Building Exercise għad-Diviżjoni tas-Saħħa kollha. Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' għamel talba biex jiġu mpjegati aktar Social Workers fil-Unit tas-Social Work.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tobba, professuri u speċjalisti ma jaħdmux ħdud u festi

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għala ċerti tobba, professuri u speċjalisti oħra kif ukoll ċerti paramediċi, inkluż fiżjoterapisti, ma jaħdmux l-isptar fil-festi u ħdud meta l-kura trid tingħata b'mod kontinwu u ma tiddependix fuq il-ġurnata tal-ġimgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm numru konsiderevoli ta’ impjegati, inkluż professjonisti, li jaħdmu l-iSptar Mater Dei fil-festi u l-Ħdud. Minn barra dawn hemm numru ieħor ta’ impjegati, inkluż professuri u speċjalisti, li jkunu on call fil-festi u l-Ħdud. In-numru ta’ impjegati f’kull grad li jaħdmu jew huma on call fil-festi u l-Ħdud huwa muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7192 u jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pazjenti li huma home-bound

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7226 u jgħid b'liema mod jistgħu pazjenti li huma home-bound minħabba mard serju, tingħatalhom il-possibilità li jitteħdilhom kampjun ta' demm ġo darhom meta dan ikollu jsir repetutament bħal fl-każ ta' INR?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li pazjenti li huma home-bound li jkollhom bżonn jittieħdilhom kampjun tad-demm iridu jinfurmaw lis-Senior General Practitioner tac-Centru tas-Saħħa tal-lokalità tagħhom ta’ l-anqas 24 siegħa qabel biex isiru il-preparamenti kollha meħtieġa sabiex jintbagħat tabib tac-Centru tas-Saħħa ħalli johdilhom id-demm. F’każ li fil-gurnata tal-appuntament ma jkunx hemm tobba biżżejjed minħabba raġunijiet li ma hemmx kontroll fuqhom, il-pazjent jingħata appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli.
Leg 11 PQ #7487 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trasferiment ta' persuna għal San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7277, 6929 u 6658 u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li b'ittra tas-26 ta' Frar, 2009 ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għar-Residenza San Vincenz de Paule għal raġunijiet għal kollox inġusti li jmorru kontra kull sens ta' dak li huwa sewwa għal żewġ raġunijiet prinċipali: i) hija lanqas biss ingħatat raġuni għat-trasferiment; ii) l-istess persuna kienet għamlet att ta' whistleblowing kontra żewġ persuni li jaħdmu fil-home tal-Imsida (ara l-annessi ittri Dok A u B) u minn fuq kienet hi li ġiet trasferita mill-home tal-Imsida għal San Vincenz! Jaħseb il-Ministru li dan m'huwiex skond is-sewwa u allura l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha tmur lura fejn kienet?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Anzjani iddeċieda li din il-persuna jkun aħjar li tiġi trasferita kemm fl-interess ta' l-istess impjegata kif ukoll minħabba esiġenza tas-servizz.