Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16468, peress li l-Ministru pprovda r-rati u l-programmi biss, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'kienu d-dati li fihom ixxandru l-programmi u x'kien l-ammont ta' flus li ntefqu fuq programmi mill-Ministeru u/jew xi entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi għat-tweġiba parlamentari 16468.
Infurmat li l-irkejjen informattivi tal-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol kienu mxandra skont kif gej:
TVM: 15 ta' Jannar; 25 ta' Jannar; 5 ta' Frar; 19 ta' Frar; 22 ta' Frar; 23 ta' Frar; 4 ta' Marzu; 12 ta' Marzu; 18 ta' Marzu; 1 ta' April; 4 ta' April; 9 ta' April; 15 ta' April.
Net TV: 24 ta' Jannar; 28 ta' Frar (programm tħassar minn NET-TV); 6 u 20 ta' Marzu; 3 ta' April
One TV: 26 ta' Jannar; 16 ta' Frar; 1 ta' Marzu; 8 ta' Marzu; 5 ta' April
Fliving: 15 ta' Frar; 22 ta' Marzu;
Infurmat ukoll li l-irkejjen informattivi tal-Aġenzija Identità kienu mxandra skont kif ġej:
TVM: fl-10 ta’ Jannar (Għaddi s’hawn); 24 ta’ Jannar (TVAM); 6 ta’ Frar (TVAM); 7 ta’ Frar (Għaddi s’hawn); 19 ta' Frar (Niskata); 4 ta' Marzu (TVAM);
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Għaxaq fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Għaxaq u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Santa Luċija fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Santa Luċija u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Gudja fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Gudja u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet ċivili f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16230 u 11588.
Light Passenger Transport Vehicle tags — Falsifikar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Light Passenger Transport Vehicle tag falza ġiet maqbuda mill-pulizija, wardens jew xi awtorità oħra, u kemm-il persuna tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ dan id-dokument uffiċjali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2023 u Marzu 2024 kien hemm tlett każijiet fejn ‘Light Passenger Transport Vehicle’ tag foloz ġew maqbuda mill-pulizija. F’każ wieħed il-persuna kkonċernata tressqet il-Qorti fuq falsifikar ta’ tali dokument, filwaqt illi fiż-żewġ każi l-oħra, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.
Direttiva ta' SEVESO III – Toroq u żoni affettwati
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista u pjanti tat-toroq u żoni li huma affettwati bid-direttiva ta' SEVESO III fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Control of Major Accident Hazards (COMAH) Regulations u taħt liema klassi jaqa' kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin preżentement f'Malta? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk dawn il-persuni humiex ġejjin minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea, mill-Ingilterra jew minn pajjiżi oħra?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Wied il-Għajn fis-snin 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Wied il-Għajn u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Marsaxlokk fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Marsaxlokk u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu ndirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatatx ordni lill-Pulizija illi meta jkunu jenħtieġu 'barriers' tal-Pulizija għal xi attività barra, bħalma hija festa, dawn il-barriers iridu jinġabru mill-Furjana minn min qiegħed jorganizza l-attività u wara jeħodhom lura?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi sussegwenti d-diskussjonijiet u ftehim bejn il-Pulizija u l-Għaqda Każini tal-Baned, għal attivitajiet esterni bħal festi, il-Pulizija ser tibqa’ tipprovdi barrikati mingħajr ħlas u fejn possibbli ġie provdut transport. Meta dan ma jkunx possibli dawn jinġabru mill-organiżżaturi mil-lok fejn huma maħżuna fil-Furjana u wara jiġu rritornati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew kawżi quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jipprovdi lista ta' dawn il-kawżi, bid-dettalji tar-rikorrenti u tal-intimati u jgħid f'liema minn dawn il-kawżi l-Kummissjoni diġà tat is-sentenza tagħha? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi twaqqfu mir-rikorrenti u liema minn dawn il-kawżi għadhom qed jinstemgħu mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi qed jistennew li tingħata s-sentenza u jgħid, għal kull waħda minn dawn il-kawżi, kemm ilhom pendenti biex tingħata s-sentenza mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lista ta’ dawn il-kawżi hi kif tidher hawn taħt:
Rikors Nru 2/2013 - Norman Vella vs il-Prim Ministru u s-Segretarju Permanenti Ewlieni - Deċiżjoni ser tingħata l-Erbgħa 24 t’April 2024. Pendenti biex tingħata d-deċiżjoni mill-10 ta’ Mejju 2023.
Rikors Nru 1/2015 - Emmanuel Galea vs Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u se-Segretarju Permanenti Ewlieni - Il-każ ġie rtirat.
Rikors Nru 3/2013 - John Gera vs il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali - Il-każ ġie rtirat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin tal-Awstralja li għandhom iċ-ċittadinanza doppja u x’etajiet għandhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont id-dispozzizjonijiet tat-Taqsima IV tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Cap 188), Malta taċċetta il-prinċipju taċ-ċittadinanza multipla. Bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa dritt inerenti li jgawdi kull ċittadin Malti li jista’ jżomm iċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor ma’ dik Maltija. Għaldaqstant ma jinżammx rekord ta’ dawk iċ-ċittadini kollha Maltin li għandhom dan id-dritt.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija tad-Drug Squad fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ma jagħmlux night watch, peress li ma jkunx hemm Pulizija tad-Drug Squad wara nofsillejl?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti Parlamentari għal mistoqsijiet 1321, 1322 u 1323.
Korp tal-Pulizija — Drug Squad – Numru ta’ Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Pulizija fid-Drug Squad fl-1 ta' Jannar 2013, fl-1 ta' Jannar 2017, fl-1 ta' Jannar 2022 u Frar 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi huwa hekk kif gej:
Numru ta' Pulizija fid-Drug Squad
Data
Supt
Insps
PS
PC
Remarks
1 ta' Jannar 2022
5
9
11
25
28 ta’Frar 2024
1
5
14
15
35
Korp tal-Pulizija – Supretendent responsabbli mit-Traffic Section, CID u Homicide Squad
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu, jekk hemm fi Frar 2024, is-Supretendent fil-Korp tal-Pulizija responsabbli direttament mit-Traffic Section, CID, Homicide Squad fi ħdan is-CID u l-IRU?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
1. Traffic Section - AC Raymond Cassar
2. CID - AC Keith Arnaud
3. Homicide Squad fi ħdan is-CID - AC Keith Arnaud
4. International Relations Unit - Supt. Mario Cuschieri
Akkademja għal Korpi Dixxiplinati – Letturi u instructors
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-persuni biex jiġu maħtura bħala letturi jew instructors ġewwa l-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati? Jista' jgħid ukoll fuq deċiżjoni ta' min jiġu ingaġġati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li jinżamm pool ta’ instructors għal kull suġġett. Normalment l-letturi jkunu suġġeriti minn entità li tagħmel użu mis-servizz peress li l-korsijiet huma speċjaliżżati.