Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #942 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni mogħtija mill-persuna għar-riżenja tiegħu jew tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 irreżenjat fuq bażi volontarja. Ebda impjegat tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja ma jintalab, b’mod formali, jagħti raġuni jew spjegazzjoni għala jkun qiegħed jittermina l-impieg tiegħu u għalhekk ir- records tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja jiddistingwu biss bejn dawk l-impjegati li jkunu rriżenjaw minn jeddhom u dawk li kellhom l-impieg tagħhom terminat da parti tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja. Madanakollu, id-direzzjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja hija mgħarfa li din il-persuna rriżenjat b’mod totalment volontarju wara li aċċettat offerta ta’ impieg fis-settur privat.
Leg 13 PQ #943 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha mal-FIAU matul l-imsemmi perijodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, l-impjieg tal-ħames persuni ġie terminat mil-FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova. Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn il-ħames persuni kienet relatata ma performance issues.
Leg 13 PQ #944 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġuni għal kull waħda mill-persuni li tkeċċiet mill-impjieg tagħha minn mal-FIAU matul l-imsemmi perjodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017, l-impjieg ta zewġ persuni gie terminat mil- FIAU, u dan waqt iż-żmien ta’ prova. Ir-raġuni tat-tmiem tal- impjieg ta dawn iż-żewġ persuni kienet relatata ma performance issues .
Leg 13 PQ #945 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena, kemm kien in-numru ta’ persuni flimkien mal-grad tagħhom, li kienu jew għadhom impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit ) minn mindu dan l-istess Korp ġie mwaqqaf?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Sena tal bidu ta impjieg tal-impjegat Grad (current grade if still employed with FIAU, or grade as at last date of employment) Kienu mpjegati mal-FIAU Għadhom impjegati mal-FIAU 2002 Director 1 2002 Senior Officer 2 2003 Administrative Support Officer 1 2007 Officer 3 2008 Director 1 2008 Officer 1 2008 Senior Officer 1 2009 Senior Officer 1 1 2009 Officer 2 2009 Administrative Support Officer 3 2010 Deputy Director 1 2010 Senior Officer 1 2010 Officer 2 2012 Manager 1 1 2012 Senior Officer 1 2012 Officer 1 2014 Senior Officer 1 2014 Officer 3 1 2015 Senior Officer 1 2 2015 Officer 1 2 2015 Administrative Support Officer 3 3 2015 General Duties Officer 1 2016 Manager 2 2016 Senior Officer 1 2 2016 Officer 3 5 2016 Administrative Support Officer 2 2017 (up to 14July) Director 1 2017 (up to 14July) Officer 5 Total 34 30
Leg 13 PQ #1281 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Titjib fil-pensjoni għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif tjiebet il-pensjoni għall-anzjani mill-2003 sal-2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #1282 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji ġodda reġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati kumpaniji ġodda f’Malta bejn l-2008 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #1283 Sitting 23 2017-10-04 Oral · Final From: ROBERT ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Miżuri Pro-business li jħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija

Question

Jista’ l-Ministru jfisser il-mod kif l-attitudni pro-business tal-Gvern ħalliet impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta’ Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Mill-ewwel jiem ta’ l-aħħar amministrazzjoni l-Gvern wera impenn qawwi favur il-ħolqien tax-xogħol u t-tkattir tal-ġid permezz ta’ attitudni pro business li biha ħajjar u ffaċilita investiment serju bis-saħħa ta’ mizuri pozittivi li kienu u għadhom jikkontribixxu lejn l-izvilupp tal-ekonomija tagħna. Il-promozzjoni kontinwa ta’ pajji¿na bħala ċentru li jilqa’ l-investiment jibqa’ dejjem għan ewlieni wara din l-attitudni. F’dan is-sens, aspett importanti hu li nkomplu nsaħħu bla heda l-kompetittività internazzjonali tagħna fil-qasam tal-investiment flimkien mal-mod professjonali u serju u d-determinazzjoni li nuru fl-evalwazzjoni ta’ proposti għall-investiment f’pajjizna u l-ħeffa li biha nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Nafu sew kemm min ikun qed jikkunsidra li jinvesti f’Malta japprezza din l-attitudni pro-attiva li permezz tagħha nixprunaw u nħaffu l-pass tal-investiment waqt li nwittu t-triq u ngħinu lil dawk l-investituri li jressqu proposti li jkunu feasible u jħallu return ġust waqt li jżidu l-attività ekonomika fil-pajjiż. It-tnaqqis tal-burokrazija, is-simplifikazzjoni, it-tħaddim ta’ politika favur intraprizi żgħar u medji u inkuraġġiment lin-negozji tal-familja wkoll għandhom sehem importanti fl-attitudni pro business ta’ dan il-Gvern. Fl-istess hin din l-attitudni qed nikkumplimentawha b’investimenti qawwija f’oqsma bħalma huma l-enerġija, it-toroq, is-saħħa, l-edukazzjoni, it-turiżmu kif ukoll taħriġ biex min irid jinvesti f’pajjizna jsib madwaru ambjent li tassew jippromwovi, jħajjar u jistimola l-investiment. Dan l-impenn favur inkuraġġiment pozittiv lil investiment serju kellu, u se jkompli jagħti, sehem qawwi biex nattiraw aktar investiment ġdid minn diversi pajjiżi kif ġa għamilna f’dawn l-aħħar erba’ snin u nofs f’oqsma bħall-edukazzjoni, turizmu mediku, hub reġjonali, manifattura u setturi oħra li flimkien jikkontribiwxxu lejn il-ħolqien ta’ aktar ġid permezz ta’ valur mizjud qawwi u xogħol u impiegi għal mijiet kbar ta’ ħaddiema tagħna.
Leg 13 PQ #827 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — sponsorships

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 79, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw ebda sponsorships mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari 79.
Leg 13 PQ #936 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit — impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 613, jista' l-Ministru jagħti d-data tal-bidu tal-impjieg għal kull wieħed mill-persuni impjegati minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #937 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #938 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 615, jista' l-Ministru jagħti d-data preċiża tar-riżenja tal-persuna li rriżenjat minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-11 ta' Lulju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt. Risposta għal PQ 938 Persuni Data tat-tmiem tal-impjieg tal- persuna waħda rreżenjat fil-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-4 ta' Lulju 2017 1 13/06/2017 Total 1
Leg 13 PQ #939 Sitting 22 2017-10-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 614, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-persuni li rriżenjaw minn mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017, jekk ir-riżenja tiegħu jew tagħha kenitx waħda volontarja jew inkella l-persuna ġietx imġiegħla tirriżenja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-erbatax-il persuna li rreżenjaw fil-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017 irreżenjaw kollha fuq bażi volontarja.
Leg 13 PQ #109 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindika s-sena li għaliha qed jirreferi.
Leg 13 PQ #177 Sitting 20 2017-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #782 Sitting 19 2017-07-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – reklamar fuq Facebook — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saret ebda nefqa f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #94 Sitting 17 2017-07-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lil-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #148 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — position of Trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Leg 13 PQ #613 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati, kemm b'mod definit kif ukoll b'mod indefinit, mal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt: Risposta għal PQ 613 Grad Impjegati b’kuntratt għal terminu indefinit sa 4/7/2017 Impjegati b’kuntratt għal terminu definit sa 4/7/2017 Director 1 Deputy Director 1 Manager 1 Senior Officer 8 Officer 13 Administrative Support Officer 5 General Duties Officer 1 Total 29 1
Leg 13 PQ #614 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) matul il-perjodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 14 il-persuna li rriżenjaw mill-FIAU fil-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #615 Sitting 16 2017-07-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Financial Intelligence Analysis Unit – persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li rriżenjaw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna waħda rri¿enjat mill-FIAU fil-perjodu msemmi.