Legislature:
Category:
Reset
Active:

Annimali u l-ħarsien tagħhom — Korsjiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-korsijiet kollha differenti relatati mal-annimali u l-ħarsien tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li persuna faċilment tista’ taċċessa s-siti online fejn hemm l-listi pprovduti.

Kors ta' Veterinarju – Studenti li jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti kollha li ma setgħux jidħlu għall-Kors ta' Veterinarju minħabba n-numru ristrett, għadhomx fiċ-ċans li japplikaw u jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra kif kien jiġri sas-sena l-oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser jibqgħu jiġu megħjuna finanzjarjament fit-totalità tal-ispiża tal-kors jekk imorru jistudjaw f’pajjiżi oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21746.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u nnovazzjoni fl-Expo 2024 ġiet tiswa €54,380. F'din l-istand kien hemm 2 racing simulators fejn ġiet organizzata kompetizzjoni bejn il-parteċipanti, attivitajiet fuq barra organizzati minn SportMalta, awards organizzati minn National Literacy Agency fuq Digital Story Telling Adventure (year 4 to 6) u Story Telling through Arts and Imagination, awards tal-Minecraft organizzata mid-DDLTS, intwera x-xogħol tal-idejn mgħamul mid-dipartiment tal-loġistika, saru educational talks minngħand id-dipartiment tal-Lifelong Learning rigward korsijiet li jiġu offruti matul is-sena u kif ukoll interazzjoni kontinwa bejn id-dipartiment tad-DDLTS u l-viżitaturi. L-istand kopriet il-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet; National Skills Council, SportMalta, l-Universita ta’ Malta, l-MCAST, Esplora, u kif ukoll id-Diprtiment tal-Loġistika, Lifelong Learning u Directorate for Digital Literacy and Transversal skills. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq rizorsi umani, teknoloġija u kwalità.

Skejjel Maltin — 500 Proġett

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti (wieħed, wieħed) mill-500 proġett li saru fl-iskejjel Maltin? Jista’ jgħid ukoll min għamel ix-xogħol ta' kull proġett; u kemm sewa kull proġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sena skolastika 2023 — 2024 - Laptops għall-istudenti tas-seba’ sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li kellhom jieħdu l-laptop is-sena li għaddiet (2023-2024) minħabba li kienu fis-seba’ sena u ma ħaduhx, humiex se jkunu qed jieħduh matul is-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika li jmiss kemm l-istudenti tas-7 sena u kif ukoll dawk tat-8 sena ser jingħataw laptop. Dan jgħodd kemm għall-iskejjel statali u kif ukoll dawk mhux statali.

Sena skolastika 2023 — 2024 – Laptops li ġew imqassma lill-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laptop tqassam lill-istudenti matul is-sena skolastika li għaddiet (2023-2024) u jelenka liema kienu dawk l-iskejjel li bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laptops għadhom ma tqassmux minħabba li hemm appell.

Sena skolastika 2024 — 2025 – Laptops għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-tfal u f'liema skejjel jattendu, li ser ikunu qed jieħdu l-laptop matul is-sena skolastika li jmiss (2024-2025)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21156.

Bidla fl-ismijiet tal-iskejjel statali — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux stima ta' kemm se tkun qed tiswa l-bidla fl-ismijiet tal-iskejjel statali (biex issir il-bidla kompleta b'dak kollu li jeħtieġ), u jista' jagħti rendikont, skola skola, ta' x'inhu l-ammont totali previst li se tonfoq kull skola għal din il-bidla?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk l-iskejjel ikollhom bżonn ibidlu jew jgħamlu emenda tas-signage, dawn ser ikunu qed jimxu mal-proċeduri tal-procurement stabbiliti. Il-bidla tal-isem fuq il-letterhead u l-firma diġitali ma tinkorpora l-ebda spiża.

Skejjel primarji tal-Istat – NQTs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem regolari daħal ġdid mal-iskejjel primarji tal-Istat u li għandu l-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallem fil-primarja bħala Newly Qualified Teacher (NQT) fis-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika daħlu tlieta u erbgħin (43) għalliema ġodda mal-iskejjel primarji tal-Istat u għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa biex jgħallmu fil-primarja bħala Newly Qualified Teacher (NQT).

L-Imsida — Junior College - Letturi full time - Kwalifiki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mil-letturi full time li hemm fil-Junior College fl-Imsida għandhom kwalifiki fil-livell ta’: i. Baċċellerat; ii. Masters; iii. Dottorat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; i. Baċċellerat - 163 ii. Masters - 144 iii. Dottorat – 47 iv. MD – 1 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li mill-219-il impjegat bejn dawk full-timers u part-timers imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21612, hemm xi impjegati li għandhom iżjed minn kwalifika waħda.

L-Imsida — Junior College – Studenti li applikaw/għamlu l-eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ studenti tal-Junior College fl-Imsida li (a) applikaw (b) attwalment għamlu l-eżamijiet tal-livell ta’ (a) Intermediate (b) Advanced fis-suġġetti kollha li jiġu offruti fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kien in-numru ta’ studenti li kellhom A, B, C u D f’dawn l-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena Reġistrazzjonijiet 2020 721 2021 1163 2022 1056 2023 870 2024 1122 Infurmat li informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata.

Skola Guardian Angel — Programm alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjia parlamentari 21547 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19038, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk il-programm alternattiv li ngħata lill-istudenti tal-Iskola Guardian Angel ingħatax fl-istess skola, u ċjoè l-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn ingħata dan il-programm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm ma ngħatax l-iskola Guardian Angel, iżda Hand in Hand.

Skola — Abbuż fiżiku - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21550 u jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà twieġbet permezz tal-mistoqsija parlamentari 21551.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21552 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

In-Naxxar — Kulleġġ Maria Reġina - Middle School – Postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi n-numru ta' postijiet ta' parkeġġ għal persuni b'diżabilità fl-Iskola tan-Naxxar Middle School, li mhumiex parkeġġi riservati iżda postijiet ta' parkeġġ uffiċjali, miżbugħin apposta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti ta’ ċittadinanza barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ta’ ċittadinanza barranija nħarġitlu Visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar ħames snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni edukattiva, inkluż l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS u istituti privati reġistrati mal-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA)? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġew dawn l-istudenti u għal liema EQF Level ġew jistudjaw Malta dawn l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

MFHEA — Spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spot checks mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) bejn Lulju 2023 u Lulju 2024 u lil liema entitajiet saru? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara kull spot-check?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi saru 23 spot checks. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba mhux ser tiġi ppublikata peress li hi informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 2 impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali jew fl-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari tal-Ministeru li huma eletti f’xi wieħed mill-Kunsilli Lokali.

Kors tal-Marsa — sorveljanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorveljanza qed issir bħalissa fuq il-qagħda tal-korsa fil-Marsa u minn min qed issir?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21301, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-korsa hi mmexxija mill-Malta Equidrome.