Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barrnin jgħid kemm inħarġu visas għaċ-ċittadini Pakistani minn konsolati għall-iskop li jaħdmu f'Malta mis-sena 2000 sas-sena 2010? Kif kienu mqassma dawn sena b'sena? Jista' jgħid jekk dawn inħarġux wara proċess mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li r-rekords fis Central Visa Unit fil- Ministeru tal-Affarijiet Barranin għar-rigward statistika fuq il-ħruġ ta' visas hija biss possibli mis-sena 2007 cioe' mas-sħubija fiż-żona Schengen. Rekords qabel is-sena 2007 kienu jinżammu mill-Pulizija.
Intant, għalhekk, visas maħruġin mis CVU u mill- Konsolati ta' Malta, sena b'sena, liċ-ċittadini Pakistani għall-iskop li jaħdmu f'Malta huma kif ser jingħad :
2007 - Nil
2008 - 18
2009 - 8
2010 - 51 li magħhom huma inklużi l-48 visa maħruġin mill- Konsolat Taljan f'Karachi għal - nurses ta' l-Isptar Mater Dei
Dawn l-visas kollha ġew mogħtija wara l-proċess mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern u tal-ambaxxata Maltija fi Brussell biex Richard Cachia Caruana jiġi Malta u jmur lura?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellan li s-Sur Richard Cachia Caruana jaqdi zewg funzjonijiet mal-gvern, dak ta’ Raprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropeja, kif ukoll dak ta’ adviser lill-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej. L-ewwel rwol jeħtieġ il-preżenza regolari ta’ s-Sur Cachia Caruana f’Brussel, waqt li t-tieni rwol jeħtieġ il-preżenza regolari tiegħu hawn Malta inkluż għal-laqgħat tal-Kabinett tal-Ministri.
Meta wiehed iqis il-livell ta’ responsabbiltà ta’ dawn iż-żewġ funzjonijiet, kif ukoll l-esperjenza u expertise uniku li għandu s-Sur Cachia Caruana fil-qasam tal-Affarijiet Ewropew, anki li kieku l-ispejjeż tal-ivvjaggar kienu jitħallsu mill-Gvern Malti dawn kienu jkunu ġustifikati.
Madankollu, ninfurma lill-Onoreveoli Interpellant li il-vjaggi kollha tas-Sur Cachia Caruana bejn Malta u Brussel u lura jikkwalifikaw għal ħlas lura li tagħti l-Unjoni Ewropea għal safar relatat ma’ laqgħat uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jiġu “refunded” mill-Unjoni.
Brussel — Dar Malta - informazzjoni dwar l-impjieg
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' impjegati Maltin u barranin li huma f'Dar Malta fi Brussel? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u x'inhuma t-termini ta' impjieg ta' kull wieħed/waħda minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
European External Action Service — diplomatiċi Maltin
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm diplomatiċi Maltin ġew impjegati fil-European External Action Service? X'inhi l-pożizzjoni li jokkupaw? Hemm xi ftehim jew understanding li aktar diplomatiċi Maltin isibu posthom f'dan is-servizz tal-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċess ta’ reklutaġġ mal-European External Action Service beda fil-bidu ta l-2011. S’issa seba’ individwi Maltin ġew reklutati għall-pożizzjonijiet fl-European External Action Service inkluż fil-kariga ta' Viċi Kap tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant ta’ l-Unjoni Ewropea għax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża. Minbarra il-bniedem li qed jimla din il-kariga hemm erba’ ċittadini Maltin oħra fil-livell ta’ ‘uffiċjal’ u żewġ ċittadini Maltin oħra li jaħdmu bħala ‘assistenti’. Għalkemm dan in-numru huwa ferm ogħla min-numru li kien hemm fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Relazzjonijiet Esterni, dan it-total għadu mhuwiex sodisfaċċcenti għall-Gvern Malti.
Reklutaġġ mal-European External Action Service hu bbażat fuq proċess kompetittiv għal kandidati li jistgħu jiġu biss mis-servizzi diplomatiċi tas-27 Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. F'dan ir-rigward m'hemm l-ebda karigi allokati għall-Istati Membri speċifiċi. Madankollu l-Gvern ta' Malta b'suċċess insista matul id-diskussjonijiet dwar it-twaqqif tas-European External Action Service fuq il-prinċipju ta' "meaningful presence of nationals from all EU Member States" fis-Servizz; dan minħabba li, għalkemm il-mertu huwa element essenżjali fl-għażla ta’ l-offiċjali tas-European External Action Service, jeħtieġ li jkun hemm il-presenża effettiva ta’ ċittadini mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Infakkar l-Onor Interpellant li r-relazzjonijiet esteri tal-Unjoni Ewropea huwa ‘area ta’ joint competence’ ma’ l-Istati Membri. L-inizzjattiva Maltija kienet rċeviet l-appoġġ unanimu ta’ l-Istati Membri fil-Kunsill tal-Ministri.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' kuntratti mogħtija fl-ewwel disa' xhur ta’ din-sena lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt? Minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi ma ngħataw l-ebda kuntratti lill-kumpanija msemmija.
organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn xi fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru ul-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet Maltin li matul is-sena 2009 u s-sena 2010 ibbenefikaw minn xi fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' għal kull każ jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett u għal kemm kienet tammonta l-għajnuna? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għal xi fondi mil-Unjoni Ewropea li ġew rifjutati jew għadhom fil-proċess ta' deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena, fis-snin li għaddew 2011, 2010, 2009 u 2008 f'ċelebrazzjonijiet, parties, ikliet, ikliet ta' ospitalità u festini oħrajn mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin? Min kien responsabbli għal dawn l-attivitajiet u kemm ġiet tiswa kull attività?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitlub mill-Onorevoli Interpellant tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
persuni barra l-UE li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin — visa
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi fil-preżent il-proċedura applikata sabiex persuni mhux ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin, ikunu jistgħu jiksbu visa sabiex jibqgħu jgħixu f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuni konċernati sabiex joqogħdu Malta għandhom bżonn dokumenti ta' residenza. Għal dan il-għan huma jkunu mitluba jagħmlu t-talba għal dan id-dokument lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sakemm dawn qegħdin jirrisjedu f'Malta legalment. Meta l-persuna konċernata tkun miżżewġa Malti u tkun qiegħda tgħix mal-konjugu tagħha, din il-persuna għandha dritt toqgħod f'Malta u għalhekk għandha d-dritt ukoll li jinħarġilha dan id-dokument. F'każijiet oħra dawn jiġu ttratati mid-dipartiment fuq il-mertu tagħhom bil-kunsiderazzjoni li dawn għandhom tfal minn ċittadini Maltin.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti u uffiċini ta' dan il-Ministeru m'hemmx faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-Konslu Malti għall-Kanada għadu ma ġiex appuntat peress li hemm nies li għandhom bżonn l-assistenza tiegħu u għadhom qed jistennew?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx Konslu ta' Malta għall-Kanada li għadu ma ġiex appuntat u li l-Konsli ta' Malta fil-Kanada huma:
Konsul General (Career Officer):
Toronto - Ms Ruth Mary Farrugia, Konslu Ġeneral li ħadet il-kariga tagħha fl-1 ta' Awissu 2011
Konsli Onorarji:
Ottawa - Sur Rupert Agius Paese
Quebec - Sur Luc Bigras
Vancouver - Sur Stephen Douglas Holmes
Newfoundland - Ms Frances Pugliesevich Boland
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jħaddem total ta' 3 impjegati fi ħdan il- Ministeru u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu. L-iskala tagħhom hi dik ta' 20, 9 u 7.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu tlieta u ħamsin (53) vettura. Dan l-ammont jinkludi wkoll il-vetturi fi tletin (30) Ambaxxati, Konsulati u Uffiċċji Representativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta.
L-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta se jissaħħaħ b'aktar ħaddiema l-Malta Central Visa Unit?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinsab f'konsultazzjoni interna sabiex jitkompla jissaħħah l-operat tas-Central Visa Unit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma li dan il-Ministeru għandu konsulent wieħed (1). L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm iggradwaw sena b'sena fl-aħħar ħames snin f:
a) Diploma;
b) Masters fl-Istudju tat-Traduzzjonijiet?
Jista' jgħid fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm persuni bdew jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea bħala tradutturi fid-diversi skali? Kemm hemm Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet Ewropej, istituzzjoni istituzzjoni u f'liema karigi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għar-rigard it-tieni parti tal-mistoqsija dwar impjegati bħala tradutturi ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar l-impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inħarġu visas lil Libjani xahar b'xahar minn kemm ilha li reġgħet infetħet l-Ambaxxata ta' Malta fi Tripli?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel xahar minn kemm ilha li reġgħet infetħet l-Konsolat ta' Malta fi Tripli, jiġifieri mis-16 ta' Settembru, inħarġu 117-il visa lill-ċittadini Libjani.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Xogħlijiet b'risq persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi żewġ rampi tal-injam tpoġġew quddiem il-Ministeru u oħra quddiem d-Direttorat Financial Management rispettivament,. Għandu ukoll jinbidel il-lift preżenti fil-Ministeru għal wieħed ġdid skont ir-regolamenti kollha taħt l-Att tal-OHSA. Dan ix-xogħol qiegħed fil-proċess biex jitwettaq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid f'liema pajjiż Malta għandha rappreżentanza diplomatika? Din ir-rappreżentanza hija minn Maltin jew minn xi persuna oħra barranija? Din ir-rappreżentanza Maltija toffri għajnuna lill-Maltin li jitolbu xi għajnuna meta jkunu f'dak il-post partikolari?
Response (BORG, TONIO)
Il-pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika huma kif indikat hawn taħt:
Athens, Beijing, Berlin, Brussels, Cairo, Canberra, Geneva, Lisbon, London, Madrid, New Delhi, New York, Paris, Ramallah, Riyadh, Rome, Strasbourg, Tel Aviv, The Hague, Tripoli, tunis, Vienna, Warsaw, Wahington.
Dawn huma immexxija minn ambaxxaturi Maltin. Ir-rappreżentanza Maltija fi kwalunkwe pajjiż toffri għajnuna lill-Maltin li jitolbu xi għajnuna meta jkun f'dak il-post partikolari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3521. Ma sar l-ebda tibdil minn dak iż-żmien.