Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinsab fl-Isptar Monte Carmeli u li applika għar-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadu mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni għall-ammissjoni fid-Dar tal-Anzjani msemmija, ġiet approvata. Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie infurmat permezz ta’ ittra mill-bord.

promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fid-Dipartiment tas-Saħħa matul is-snin 2010 u 2011? Mil-liema grad għal-liema grad u kemm fadal vaganzi vojta li għad iridu jimtlew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2010 kien hemm 125 promozzjoni, kollha fi gradi tekniċi, u li fl-2010 kien hemm 73 promozzjonijiet f’diversi gradi. Vaganzi vojta oħra jimtlew skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Studenti tal-Podjatrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-gradwati tal-podjatrija li għamlu interviews f'Ġunju 2012 u ġew ikklassifikati skont lista li ħarġet l-Public Service Commission lejn l-aħħar ta' Ġunju u li issa wara li ħarġu r-riżultati tal-finals għad-degree, l-istess Public Service Commission ħarġet il-lista bl-istess marki iżda l-kandidati qed jidhru fuq żewġ listi, jiġifieri lista A - candidates who, by the beginning of August 2012, have satisfied all the requireiments for being appointed, u lista B - Candidates who despite being eligible may only be appointed at a later stage? Dan ifisser li dawk fuq lista B muhx se jkunu impjegati? Jekk iva, se jitħallew fuq il-waiting list? Jekk iva, għalkemm żmien? Kemm għandu podiatrists nieqsa fis-settur tas-saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ingaġġ ta’ podjatri mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jsir skont kif approvat mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Public Administration HR Office, skont l-esiġenzi tas-servizz. Il-kandidati fuq Lista B jiġu maħtura ladarba tkun eżawrita l-lista ta’ kandidati taħt Lista A, sakemm ikun hemm vakanzi approvati. Ir-riżultat ikun validu sa sena wara li jiġi ppubblikat.

Liċenzji għal spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37164 hijiex korretta għaliex skont il-website tal-Awtorità tal-Mediċini (li minn Frar, issa ġiet updated f'salt għall-19 t'Ottubru), jirriżulta li hemm biss sitt liċenzji għal spiżeriji ġodda li qed jiġu pproċessati? Jista' jikkonferma jekk hemm applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji tan-nies fil-Fgura, l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u ż-Żurrieq? Skont l-aħħar statistika tal-popolazzjoni pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Ġunju 2012, u skont l-Avviż Legali 279/2007, f'dawn il-lokalitajiet jistgħu jiġu proċessati aktar liċenzji?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjegati ta' nazzjonalità barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37063, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-barranin impjegati fil-qasam tas-saħħa fil-grad rispettiv kif ġie mitlub oriġinarjament, kif ukoll f'liema sena dawn ġew ingaġġati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuna fil-waiting list għall-operazzjoni fl-ispina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilu żmien jistenna fil-waiting list biex issirlu l-operazzjoni fl-ispina Lumbar Sacral? Peress li l-individwu hija miġugħ ħafna, jista' jara li din l-operazzjoni ssir?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha kundizzjoni msemmija L3/L4 mild to moderate disk prolapse. Il-pazjent imsemmi kien imniżżel fil-lista tal-Konsulent ikkonċernat tal- Pain Clinic biex dan jarah f’Ottubru 2012. Il-maġġoranza tan-nies li jbatu b’dawn it-tipi ta’ patoloġiji jmorru tajjeb b’din l-injezzjoni li tingħata mit-tim tal- Pain Clinic. Huwa tpoġġa fuq il-lista ta’ stennija għall-kirurġija f’Ġunju ta’ din is-sena, biex jekk l-injezzjoni ma tkunx ħadmet u s-sintomi ma jkunux irriżolvew allura jitressaq għall-kirurġija. Il-Konsulent ikkonċernat qiegħed jistenna biex jara x’kienu l-effetti ta’ din l-injezzjoni fuq dan il-pazjent. Ninsab infurmat li għal dawn il-kundizzjonijiet il-prijorita’ għall-kirurġija tingħata lil min ikun f’riskju li jbati minn paraliżi jew xi kumplikazzjonijiet newroloġiċi oħra.

Programm ta' colotectal screening

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena bedix jiffunzjona l-programm ta' colorectal screening? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa għaddejjin il-preparamenti finali kollha biex il-Program Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer fil-musrana l-kbira jibda x-xahar id-dieħel (Novembru 2012) kif kien dejjem ippjanat.

Operazzjonijiet tal-hip replacements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-operazzjonijiet tal-hip replacements li saru bejn l-2008 u l-2012, kull sena b'mod separat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ operazzjonijiet tal-hip replacement li ġew irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei bejn is-sena 2008 u Settembru 2012, huwa hekk: Year Total Hip Replacement ICD 9-Cm code: 81.51, 81.40) Revision Hip Replacement ICD9- CM code: 81.53) 2008 56 8 2009 101 5 2010 85 10 2011 119 19 January - September 2012 99 11

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — spiżeriji ġodda li daħlu fiha

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ġiet estiża l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2012? Kemm kienu l-ispiżeriji ġodda li daħlu fiha fl-2012 u kemm kienu l-pazjenti ġodda li daħlu fiha fl-2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ġiet estiża fil-lokalitajiet tal- Furjana, Għaxaq, Gudja, Luqa, Kirkop, Marsa, Mqabba, Qrendi, Safi, Santa Luċija, Tarxien u Żurrieq. In-numru ta’ spiżeriji ġodda li daħlu fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2012 huwa ta’ tletin [30] spiżerija. Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2012, it-total ta’ pazjenti ġodda li daħlu fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek huwa ta’ 17,909 pazjent.

Servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul l-2012 maħsuba biex ikompli jinfirex fil-komunità s-servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi tas-saħħa mentali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2012 l-Isptar Monte Carmeli alloka €450,000 sabiex jinfirxu servizzi ta’ saħħa mentali fil-komunità. Din l-ispiża ma kienitx allokata biss sabiex jinfirxu Day Centres, iżda wkoll għall-firxa ta’ kliniċi u sabiex jiġu msaħħin servizzi ezistenti kemm ta’ Day Centres kif ukoll kliniċi għas-saħħa mentali fil-komunità. Illum għandna ħames ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni ta’ problemi ta’ saħħa mentali.

Gżira — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Gżira? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa għadu ma nfetaħ ebda Day Centre fil-Gżira għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna investiment u żvilupp fis-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Qabel jinfetħu servizzi ġodda qegħdin nikkonsolidaw is-servizzi diġa eżistenti. .

Mosta, ir-Rabat u Birkirkara — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Mosta, ir-Rabat u Birkirkara? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa nfetħu Day Centres fil-lokalitajiet ta’ Qormi, Cospicua, Zejtun, Paola u Floriana. Day Centres fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huma pjanati li jinfetħu fit-tlett snin li gejjin.

deputy nursing officer — ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm applikaw infermiera għal post ta' deputy nursing officer fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità; b) kemm għaddew minn dawn l-infermiera applikanti; u c) kemm se jiġu ingaġġati minnhom f'dan il-post? Jista' jagħti d-dettalji bl-ismijiet ta' dawk li għaddew, skont il-klassifika li ngħataw, kif ukoll l-kwalifiki (lista ta' kwalifiki li ppreżentaw ma' l-applikazzjoni u/jew waqt l-interview), l-esperjenza sħiħa li għandhom bħala infermiera fid-dipartiment, u wkoll abilitajiet oħra li ppreżentaw fis-CV tagħhom, applikant, applikant?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li applikaw 348 persuni għall-post ta’ Deputy Nursing Officer fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, li minnhom għaddew 286. L-ingaġġ tal-applikanti li għaddew isir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku. Dettalji ta’ min għadda kif ukoll il-klassifika tagħhom ġew publikati meta tpoġġa r-riżultat fuq in- noticeboards tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kif ukoll fuq dik tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u tal-isptarijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Informazzjoni rigward dokumenti preżentati mill-applikanti hija kunfidenzjali u kwalunkwe talba li ssir f’dan ir-rigward għandha ssir lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Mediċina Gilenya — tender biex tinxtara l-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-pjan li fis-settur tas-saħħa pubblika tiddaħħal il-mediċina Gilenya (Fingolimod) pillola li pazjenti bl-Multipe Sclerosis jieħdu darba kuljum minflokk it-titqiba Interferon u li l-istudji juru tnaqqis fir-relapse tal-marda b'madwar 50%? Fl-affermattiv, meta mistennija li joħorġu t-tenders biex tinxtara din il-mediċina?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Gilenya® hija mediċina li fiha s-sustanza attiva fingolimod li tintuża fil-kura ta’ adulti bl-isklerożi multipla attiva ħafna. S'issa din il-mediċina ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. Ma jistgħux jinħarġu tenders biex jinxtraw mediċini qabel dawn il-mediċini jitpoġġew fuq il-Formularju.

Persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases — mediċina b'xejn

Question

Billi xi xhur ilu kien approvat f'din il-Kamra li persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases huma intitolati għall-mediċina b'xejn taħt l-iskema V tas-Servizzi Soċjali, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li: a) il-gvern jixtri din il-mediċina; b) kemm-il kartuna tax-Schedule V (kartuna safra) ħarġet li tintitola pazjenti għal kura b'xejn għall-Alzeihmer Diseases; ċ) meta se toħroġ it-tender biex tinxtara l-mediċina għall-Alzeihmer Diseases; u d) meta mistenni li l-ewwel pazjenti se jibdew jirċievu l-mediċina b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tibdil infrastrutturali fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm-il pjan ta' tibdil infrastrutturali sar fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa (inkluż l-ex outpatients ) Min kienu l-periti li għamlu d-disinji? Kemm kienet it-talba tal-ispiża tal-periti f'kull każ? S'issa, kull perit kemm tħallas għas-servizz li kien ta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Sptar Zammit Clapp Il-pjan originali tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn is-sena 2005 u 2006 kien li ġewwa l-Isptar Zammit Clapp kellu jsir xogħol ta’ refurbishment; u wkoll jsir il-bini ta’ Dipartiment tar-Radjuterapija u mhux li jsir centru specjalizzat ghal-kura tal-kanċer. Il-Perit li għamel id-disinji tad-Dipartiment tar-Radjuterapija ġewwa l-Isptar Zammit Clapp huwa l-Perit Valerio Schembri ta’ Valerio Schembri Project Workshop Ltd. Dan il-Perit għadu ma tħallas xejn u l- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ittieħed il-Qorti sabiex titħallas claim għal xoghol li allegament sar minn dan il-Perit. Sentenza tal-Qorti li ingħatat riċenti kienet kontra l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità. Il-Ministeru mistenni jappella minn din is-sentenza. Sptar Boffa Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Boffa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. Sptar Karen Grech Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Karen Grech sar milll- Fondazzjoni ghas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogġol ta’ disinji jew xogġol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. F’ Awwissu tat-2007 ġew outsourced is-servizzi ta’ Perit sabiex jagħmel xi xogħol ta’ disinji u sabiex jagħti xi konsulenza iżda din l-attivita’ ġiet itterminata fl-2009. Ma jirrizultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax-il sena. Sptar San Luqa Mit-2009 l-hawn ix-xogħol kollhu ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Outpatients tal-Isptar San Luqa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. Ma jirriżultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax il-sena.

Ċimiterju tal-Mosta — ornamenti tal-ġebel - restawr

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pliastri mal-Bieb prinċipali taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkunu restawrati sabiex jerġgħu jieħdu posthom fejn kienu qabel ma inqalgħu minħabba l-ħsara li kellhom? Jista' jgħid x'se jsir biex ir-restawr ta' dawn l-ornamenti tal-ġebel jsir?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pilastri fiċ-Ċimiterju tal-Mosta tneħħew peress li kienu sors ta’ periklu. Id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali qed jagħmel l-arranġamenti kollha sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji sabiex jitpoġġew f’posthom mill-aktar fis possibbli.

talba biex issir operazzjoni

Question

Jafx il-Ministru li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien involut f’inċident waqt xogħol mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u li kawża ta’ dan l-inċident huwa għandu bżonn operazzjoni u għalhekk ma jistax jaħdem u li ilu għal aktar minn sena f’dawn iċ-ċirkostanzi? Jafx il-Ministru li ilu jistenna dan iż-żmien kollu sabiex isirlu intervent kirurgiku fl-Isptar Mater Dei? Jidhirlu l-Ministru li dan huwa żmien inaċċettabbli u għalhekk għandu jintervjeni sabiex isirlu l-intervent li għandu bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie eżaminat fl-l ta’ Lulju ta' l-2012 fejn ġie deċiż li l-aħjar soluzzjoni għaliħ tkun Right Total Knee Arthroplasty. Ghaldaqstant il-pazjent imsemmi tpoġġa fuq il-lista għal din l-operazzjoni minn dik in-nhar.

Studenti li għandhom Diploma in Nursing — infermiera u carers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37482. jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni gradwati f'Diploma in Nursing li għadhom jaħdmu f'grad ta' carer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.