Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36924 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Kordin — faċilità Yors

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra meta hu mistenni li l-YORS toħroġ fl-aħħar mill-Ħabs? Fejn se tiġi allokata din il-faċilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett ta’ rilokazzjoni tal-YOURS ġie propost għall-ko-finanzjament taħt il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2009-2014. Huwa maħsub li l-proġett jiġi approvat għal ko-finanzjament fl-ewwel kwart tal-2013. It-terminu tal-proġett huwa ta’ tlett snin għalkemm hija l-intenzjoni li sakemm huwa possibbli jitlesta qabel dan id-deadline. Il-proċess twal xi ftit għax ġew kkunsidrati żewġ siti differenti u, wara li saru xogħolijiet preparatorji fejn jidħlu disinji u permessi tal-MEPA għar-rigward tal-ewwel sit li ġie kkunsidrat, u li kien jippreżenta ċertu diffikultajiet strutturali u ambjentali, issa qiegħed jiġi studjat post ieħor li, jekk jingħata l-permessi meħtieġa, għandu jkun iktar adattat u jinvolvi spiża kapitali aktar kontenuta u żmien iqsar biex jitlesta.
Leg 11 PQ #36953 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Gwardjani tal-Ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm beħsiebu jħaddem gwardjani tal-Ħabs u xi kwalifiki irid ikollhom biex jiġi magħżula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kriterji u l-kwalifiki li jirrendu applikant eliġibbli biex jiġi kkunsidrat għal ħatra bħala Gwardjan tal-Ħabs huma dawk imħabbra fis-sejħa għall-Uffiċjali Korrettivi li kienet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tal-31 ta’ Awwissu 2012. In-numru ta’ Gwardjani li jinħatru jkun jiddependi min-numru ta’ kandidati bil-potenzjal li jissoddisfaw il-kriterji kollha tal-għażla u l-mod kif jiżvilluppa l-proċess tas-selezzjoni.
Leg 11 PQ #36957 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Intern

Servizz ta' gwardjani lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra b'liema rata qiegħed jinxtara mingħand il-privat is-servizz ta' gwardjani lokali u s-servizz tal-contract manager jew uffiċjali awtorizzat f'kull reġjun ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36975 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Intern

Għawdex — Xewkija - Triq Indri Borg - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jara kif it-triq bl-isem Indri Borg, Xewkija, Għawdex fil-parti ta' ġewwa tagħha inqalgħet u sal-lum għal xi raġuni għadha ma ġietx irranġata u lanqas ngħatat it-tarmak bil-konsegwenza li familja li tirrisjedi hemm ġewwa għaddejja minn hardship kbir u binthom li hija persuna bi bżonnijiet speċjali ta' spiss x'ħin toħroġ taqa' minħabba l-istat tat-triq kif tinsab fil-preżent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija illi ‘Il-parti ta’ ġewwa ta’ Triq Indri Borg ġiet mogħtija t-tarmak bħal bqija tat-triq. Mhux minnu li din inqalgħet u sal-lum għada ma ġietx irranġata u lanqas ingħatat tarmak. Dan kif jidher mir-ritratti li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra’.
Leg 11 PQ #36996 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti spjega għalfejn fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 35237, 35236 u 35235 il-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija qal li għandu perit, avukat u accountant tal-kunsill, iżda għal laqgħa tat-12 ta' Ottubru 2012 qiegħed fuq l-Aġenda item sabiex jinħareġ tender għal kuntratt għas-servizz ta' perit, avukat u accountant u dan sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri ta' dan il-kunsill kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li item numru ħamsa (5) fuq l-aġenda li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu ntiż biex il-Kunsill Lokali jiddiskuti l-validità tat-tlett servizzi li fil-preżent qed jingħataw, u mhux biex jinħarġu xi tenders kif forsi seta’ kien mifhum.
Leg 11 PQ #37001 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Immigranti — rapporti ta' telf ta' dokumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kkonċernati fir-rigward ta' immigranti li konsistement qed jirrappurtaw li jkunu tilfu d-dokumenti uffiċjali tagħhom bħal ma huma passaporti, karti tal-identià Maltin u l-Police Immigration Certificate?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kull dokument irrapportat mitluf jittieħed notament tiegħu sabiex ma jkunx jista' jintuża ladarba jinstab. Barra minn hekk, bħal ma jsir fil każijiet kollha ta’ dokumenti irrapportati nieqsa, l-persuna li tirrapporta hija mitluba tieħu ġurament rigward it telf. Kull każ ta’ rapport li jkun suspettuż jiġi investigat. Infurmat ukoll li matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru f’Malta ġew irrapportati bħala mitlufa dokumenti uffiċjali kif ġej:- Document Type Total DRIVING LICENCE 1406 ID CARD OR SIMILAR 8598 PASSPORT 836 RESIDENCE PERMIT 14 Grand Total 10854
Leg 11 PQ #37002 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

immigranti — talb għax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati, anke fid-dawl tad-diversi rapporti li saru, rigward l-ammont ta' immigranti li ta' kuljum qegħdin jinġabru speċjalment fil-Marsa sabiex jittalbu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena l-Pulizija ma rċiviet ebda ilmenti/rapporti li xi nies ġew iffastidjati minn immigranti irregolari sabiex jingħatalhom xogħol.
Leg 11 PQ #37020 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Furjana — Toroq Iljun u Argotti - xogħlijiet mhux kompluti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm milli jitlestew ix-xogħlijiet fit-toroq Iljun u Argotti l-Furjana u dan b'rispett lejn il-komunità li ilha tissaporti żvilupp ta' binja tad-djar għal dawn l-aħħar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li kien ingħata l-offerta mill-Kunsill Lokali biex jagħmel ix-xogħol irrifjuta li jonora ir-rati ta’ l-asfaltar u għaldaqstant il-Kunsill kellu jittermina l-kuntratt. Il-Kunsill ħareġ sejħa ġdida, liema sejħa għandha tagħlaq fid-19 ta’ Ottubru 2012. Wara li ssir l-aġġudikazzjoni fuq l-offerti u tingħata, x-xogħol ikun jista’ jibda.
Leg 11 PQ #36748 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Intern

Għawdex — Fontana - asfaltar ta' trejqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36418 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se tiġi asfaltata Trejqet Wara d-Idjar fil-Fontana, Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn korrispondenza bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Ministeru għal-Għawdex irriżulta li: ‘...Peress li din it-triq għadha mhix asfaltata,ix-xogħol tat-tarmak irid isir mill-Gvern Ċentrali’.
Leg 11 PQ #36822 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

Depot — persuni li waqgħu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35952 u jgħid fl-aħħar għaxar snin (Jannar 2002 sa Ġunju 2012) kemm kien hemm persuni li "waqgħu" mis-sur għal isfel tliet sulari għoli fin-naħa ta' wara tad-depot magħrufa bħala tal-klandestini? Kemm minn dawn il-persuni kienu barranin? Kemm kienu Maltin? F'kull każ xi ġralhom wara li "waqgħu"? Kemm minnhom mietu, kemm minnhom weġġgħu iżda fiequ u baqgħu ħajjin, kemm minnhom ma fiequx u mietu u kemm minnhom ma ġralhom xejn? F'kull każ saret investigazzjoni mill-pulizija x'kien ġara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records disponibbli, n-numru ta’ persuni involuti f’sitwazzjoni bħal ma qed jindika l-Onorevoli Interpellant bejn l-2002 u llum huma tlettax, li tnax minnhom ma kienux Maltin. Erba’ mit-tlettax weġġgħu u ngħataw kura. Wieħed minnhom miet wara diversi jiem rikoverat fl-isptar. Ninsab infurmat li għamlet investigazzjoni f’kull każ il-Pulizija. In vista ta’ ċerta kummenti li saru, inkluż mill-Onorevoli Interpellant, għar-rigward tal-inċident fejn kienet involuta persuna li mietet wara li kienet rikoverata l-isptar, nixtieq intenni li l-Gvern m’għandu l-ebda interess ieħor għajr li toħroġ il-verità sħiħa. Dan kien l-għan ta’ dawn iż-żewġ inkjesti li saru. Għal darb’oħra niddikjara li, jekk xi ħadd jaf b’xi abbuż f’dan il-każ, il-Gvern lest li jagħti protezzjoni u amnestija lil min jixhed taħt ġurament f’Qorti sabiex toħroġ il-verità sħiħa.
Leg 11 PQ #36832 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Għassa ta' Bormla — passi rigward periklu li kien hemm fil-fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-għassa ta' Bormla rigward il-periklu li hemm fil-fond li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-periklu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu l-pulizija se tieħu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex primarjament tara jekk hemmx periklu jew le u jekk iva tkun tista' tittieħed dik l-azzjoni skont il-liġi.
Leg 11 PQ #36365 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

ilment fuq crane

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa crane li qiegħed fi triq li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li qed ikun ta' inkonvinjent għar-residneti tal-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-crane li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien kopert bil-permessi neċessarji tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard kif suppost. Infurmat ukoll li l-crane żżarma u tneħħa minn postu matul il-ġurnata tas-Sibt l-1 ta’ Settembru 2012.
Leg 11 PQ #36660 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Avviż minħabba gallarija perikoluża

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-għassa ta' Bormla ma tħalli lil ħadd jgħaddi minn taħt il-gallarija tal-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa perikoluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-periklu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Mandankollu l-pulizija se tieħu l-passi kollha skont il-liġi sabiex dan il-periklu jitneħħa.
Leg 11 PQ #36696 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Ġbir ta' derelict vehicles

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra: a) meta kienet l-aħħar data li fiha l-pulizija ġabret derelict vehicles ; b) meta hu mistenni li jerġa' jibda dan is-servizz; u ċ) kemm-il vettura qegħdin jinżammu fil-preżent ġewwa Ta' Kandja u ġewwa l-compound ta' Saint Andrews?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-aħħar darba li l-pulizija ġabret vettura abbandunata kien nhar is-26 ta’ Settembru 2012. Għandu jingħad illi dan is-servizz qatt ma waqaf u qed isir bil-kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, li skont ir-regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru, huma wkoll awtorizzati li jneħħu dawn il-vetturi. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 350 vettura miżmuma ġewwa Ta’ Kandja u 421 fil-compound ta’ St Andrews.
Leg 11 PQ #36697 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — uffiċini u sezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma l-uffiċni/sezzjonijiet li hemm fil-Korp tal-Pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, organogramma tal-Korp tal-Pulizija li tispjega fid-dettal ta' kif hu mqassam il-Korp tal-Pulizija fid-diversi taqsimiet tiegħu.
Leg 11 PQ #36776 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — sejħiet għall-works managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali ħarġu sejħiet għall-impjieg ta' works manager bejn l-1 ta' April 2012 u t-30 ta' Settembru 2012? Xi kwalifiki speċifiċi kienu mitluba minn dawk li setgħu jikkwalifikaw għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-Kunsilli Lokali tat-12-il distrett elettorali l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biss ħareġ sejħa għall-impjieg ta’ works manager skont kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #36830 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru tal-Intern

għases b'nuqqas ta' staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Għassa ta' Raħal Ġdid, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu [bejn is-6.30 am u d-9.00 am] kienet b'surġent u b'telephone orderly, għaliex ix-xufier tad-distrett ikun fil-pjazza jmexxi t-traffic mis-6.30 am - 8.00 am u bejn it-8.00 am u d-9.00 am jmur jagħmel duties mat-tfal tal-iskola? Jista' jgħid għaliex l-Għassa tal-Fgura, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu (bejn is-6.30 am u d-9.00 am) kienet b'telephone orderly biss, peress li x-xufier kien qiegħed imexxi t-traffiku? Għaliex l-Għassa ta' Ħal Tarxien, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu kienet magħluqa bejn is-6.30 am u d-9:00 am.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi, kif ġie spjegat kemm il-darba fi Tweġibiet għall-Mistoqijiet Paralmenti dwar l-ftuħ ta’ l-Għases tal-Pulizija, l-Korp tal-Pulizija jagħmel kull mezz sabiex l-Għases kollha jinżammu miftuħa, sakemm l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa. Nahseb li kulħadd jaqbel illi kemm it-tmexxija tat-traffiku fil-ħinijiet indikati fil-Mistoqsija, li huma ħinijiet tar-rush hour kif ukoll it-tħaris tar-regolamenti tat-traffiku viċin l-iskejjel, huwa xogħol importanti għall kommunità in ġenerali u ma hemm xejn ħażin li membri tal-Korp li jkunu xogħol fid-diversi Għasses joħorġu jagħmlu dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #36831 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Proġett ta' żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta x'se jsir u x'inhu l-proġett ta żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta inkluż il-banjijiet? Jidirlux li dan l-proġett se jaffetwa ħażin in-nies tal-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal-liema proġett qed jirreferi.
Leg 11 PQ #36102 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — serqiet rapportati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm serqiet li ġew rrapportati lill-Pulizija matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #36668 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Għasses tal-Pulizija mingħajr sistema ta' PIRS II

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk għadx fadal għasses tal-pulizija mingħajr sistema ta' PIRS II fit-30 ta' Settembru 2012? Jekk iva, liema huma dawn l-għasses tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fil-preżent l-Għasses f’dawn il-lokalitajiet għadhom mingħajr is- sistema kompjuterizzata PIRS II: Tarxien Mqabba Għargħur Għarb Għasri Birgu Qrendi Mġarr M’Forn San Lawrenz Isla Safi Għadira Żebbuġ Fontana Kalkara Kirkop Ċirkewwa Sannat Munxar Xgħajra Sta. Venera Xagħra Qala Għaxaq Dingli Nadur Għajnsielem Gudja Mdina Xewkija Xlendi M’Xlokk Attard Kemmuna Kerċem Minn żmien għall żmien dawn il-lokalitajiet jiġu evalwati a bażi tad-demografija, it-topografija kif ukoll punti oħra. Fil-fatt f’dawn l-aħħar 4 snin din is-sistema ġiet introdotta għall lewwel darba fil-lokalitajiet tal-Floriana, Siġġiewi, Sta Luċia, Marsa, Mtarfa, Balzan u San Pawl il-Baħar. Barra minn hekk qed isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex is-sistema tal-PIRS tkun introdotta wkoll għall-ewwel darba f’dawn il-lokalitajiet – Ċirkewwa (ferry terminal), Kalkara (Smart City) u Mġarr (ferry terminal).