Tista' l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena lil hawn kien hemm xi ingaġġ ta’ nies full-time jew part-time f’xi dipartimenti tal-Public Broadcasting Services inkluż fil-marketing eċċ.? Kemm kien hemm nies li rtiraw mill-Public Broadcasting Services fl-istess perjodu ta’ żmien u f’liema gradi kienu? Tikkonferma kemm u meta nħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal personnel ġdid f’dan il-perjodu, jekk hux dejjem saru interviews u min kienu l-membri tal-interviewing boards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tagħha inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru kemm ħarġu applikazzjonijiet differenti mill-Kunsill Malti għall-Isport matul l-aħħar 6 xhur? Fiex kienu jikkonsistu? Kemm applikaw għal kull pożizzjoni? Kemm se jiġu ngaġġati għal kull pożizzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sejħa li saret dan l-aħħar għaċ-ċirkolari Pahro nru. 112/2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 34 (erbgħa u tletin) applikazzjoni għas-sejħa li saret dan l-aħħar għaċ-ċirkulari PAHRO 112/2012 – Post ta’ Tradesman/Senior Tradesman mal-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DSE) fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol.
Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet — laqgħat ta' informazzjoni
Question
Tista' tgħid kemm saru laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni mal-impjegati tal-Bord tal-Matsec dwar it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u t-trasferiment tagħhom lejha? Tista' tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 37143.
Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet — kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkollha impjegati l-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u x'se jkunu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-gradi ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħjar interess tal-kontinwazzjoni ta’ funzjonijiet kollha li jappartjenu lill-MATSEC Board u lid-Dipartiment tal-Eżamijiet, f’dan il-perjodu ta’ tranzizzjoni, l-Aġenzija se tuża s-servizzi kemm tal-impjegati li jappartjenu lill-Universita’ ta’ Malta kif ukoll dawk fid-Dipartiment tal-Eżamijiet tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Wara dan il-perjodu u diskussjonijiet dettaljati, issir struttura permanenti fejn jiġu ngaġġati jew detailed/deployed l-uffiċjali ta’ din l-Aġenzija.
Dipartiment tal-Eżamijiet u tal-Bord tal-Matsec — impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri minn dawk l-impjegati tad-Dipartiment tal-Eżamijiet u tal-Bord tal-Matsec li mhux se jkunu qed jaħdmu mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 37145.
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 35310 u 34364 billi tpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk mhux f'pożizzjoni li tagħmel dan minkejja li għaddew ħames xhur, tista' tagħti raġuni valida għal dan in-nuqqas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f'dawn l-aħħar xahrejn sarux konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f’dawn l-aħħar xahrejn saru konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods.
Peress li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għandu bżonn li tinbidel l-LSA skont kif mitlub ukoll mill-awtortijiet tal-iskola minħabba l-ħteġijiet tat-tifel u peress li dan huwa każ urġenti, tista' l-Ministru tara li din it-talba tiġi proċessata kemm jista' jkun malajr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru arranġamenti interni sabiex il-ħtiġijiet tat-tifel imsemmi fil-ħinijiet partikolari jkun jista’ jieħu l-għajnuna minn żewġ LSAs (Learning Support Assistants).
Tosta' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istatementing board għadu sal-lum m'għamilx review tal-każ tal-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta s-sena skolastika diġà bdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ deher l-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell meta t-tifla kienet ingħatat Shared Same Class Support. Jekk il-ġenituri jew l-iskola jixtiequ li jsir Review tal-każ, huma jistgħu jiktbu liċ-Chairperson ta’ l-Istatementing Appeals Board, sabiex tiġi kkunsidrata t-talba tagħhom.
Mosta — skola sekondarja tas-subien - court li ġie mgħotti
Question
Wara li tfassal sillabu ġdid tal-Edukazzjoni Fiżika, li għandu jwassal sabiex it-tagħlim tal-PE isir pemess tal-kunċett tat-teaching games for understanding li jisħaq li waqt il-lezzjoni tal-PE, it-tfal ikunu maqsumin fi gruppi żgħar li jilgħabu diversi small sided games bħal invasion games: football, hockey, handball, net/wall games, badminton, volleyball u tennis, kif tista' l-Ministru tispjega l-fatt li fl-iskola sekondarja tas-subien taż-Żokrija fil-Mosta se jiġi, ġie stallat b'mod fiss handball surface pitch li għatta l-court b'markings li kien hemm u b'konsegwenza ta' dan handball biss jista' jiġi pprattikat fl-istess court? Dan ma jtellifx lit-tfal mill-intitolament tas-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika waqt il-ħin tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi installat handball pitch fl-iskola Kulleġġ Maria Regina, Sekondarja Subien, Mosta, l-iskola ġiet ikkonsultata dwar din l-istess proposta. L-iskola tat il-feedback tagħha u ma kien hemm l-ebda referenza li se jitnaqqsu l-faċilitajiet sportivi jekk jiġi installat dan il-pitch. Tant hu hekk, li anke issa l-iskola ssostni li hemm spazju biżżejjed fl-iskola biex isiru lezzjonijiet tal-PE f’dixxiplini differenti u dawk imsemmija fil-mistoqsija parlamentari jistgħu jsiru f’żoni alternattivi. Ta’ min jgħid ukoll li l-handball pitch stess tista’ tintuza għal dixxiplini oħra. Wieħed ukoll irid jinnota li l-handball huwa sport relattivatment ġdid hawn Malta u għalhekk huwa pass għaqli li fi skola jkollna din id-dixxiplina wkoll.
Dipartiment tal-Eżamijiet — laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni mal-impjegati tad-Dipartiment tal-Eżamijiet dwar it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u t-trasferiment tagħhom lejha? Tista' tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret laqgħa mal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Eżamijiet nhar it-Tlieta, 9 ta’ Ottubru 2012 u laqgħa mal-impjegati tal-Universita’ nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2012. It-Tnejn, 15 ta’ Ottubru 2012 saret laqgħa mar-Rettur tal-Universita’ u nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2012 saret laqgħa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq it-talba tal-istess rappreżentanti. F’dawn il-laqgħat kollha, li seħħew f’atmosfera kordjali ħafna, saret diskussjoni wiesa u miftuħa bil-għan li tranżizzjoni tkun tista’ ssir b’mod mill-aktar trankwill u bi qbil ma’ dawk kollha konċernati.
Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Tista' tgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni li l-programm ġie modifikat hija ż-żdieda ta’ studenti li jiġu għas-servizzi mill-iskejjel tal-mainstream u li għandhom bejn is-6 u d-9 snin. Dawn kellhom jinqasmu f’erba’ ġruppi minflok tnejn. B’hekk issa ser imisshom darba fil-ħmistax flok darba fil-ġimgħa biex hekk kulħadd jibbenifika minn dan is-servizz.
21 student li jattendu full-time ġo ċ-ċentru ta’ Riżorsi San Miguel u 37 studenti li jiġu għal servizzi varji minn skejjel tal-
mainstream
, kif ukoll studenti żgħar li għadhom ma bdewx imorru kindergarten (EARLY Intervention) jagħmlu użu minn din il-Hydro Therapy Pool kif ukoll mis-servizzi kollha taċ-Ċentru. Dawn l-istudenti jinżlu fil-pool fi gruppi skont l-eta` u l-abilta`. Hemm numru żgħir ħafna li jinżlu individwalment minħabba l-bżonnijiet individwali tagħhom.
Kumpaniji privata — ħin ta' xandir skont il-kuntratt
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha ħin ta' xandir għad-dispożizzjoni tagħha, kull kumpanija privata li għandha kuntratt max-xandir tal-istat, kull ġimgħa, matul l-iskeda li bdiet f'Ottubru ta' din is-sena? Tista' tagħti lista ta' min huma l-kumpaniji involuti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena beda jingħata l-istipendju u kemm ingħata stipendju sena b'sena? Tista' tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ngħataw l-istipendju sena b'sena? Liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi li l-istudenti li jattendu fihom jingħataw l-istipendju? Huwa minnu li studenti li jkollhom ċirkustanzi differenti jingħataw aktar stipendju minn studenti oħrajn? Jekk fil-posittiv, tista' tgħid x'inhuma dawn iċ-ċirkustanzi u kemm jingħata stipendju aktar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanati li jibdew isiru korsijiet li jwasslu għall-degree tal-veterinarji ġewwa l-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta kellha diskussjonijiet ma’ istituzzjoni Inġliża u oħra Slovakka dwar il-possibiltà li l-Università toffri kors għall-veterinarji f’Malta.
Deher ċar li kors sħiħ qatt mhu sejjer ikun possibbli hawn Malta minħabba li l-popolazzjoni tal-annimali f’dawn il-ġżejjer qatt ma hija se tkun biżżejjed biex issostni kors ta’ dan it-tip. Barra minn hekk hawn Malta ma għandniex l-istaff akkademiku meħtieg biex inkopru s-suġġetti kollha li jkunu meħtieġa f’kors bħal dan.
Iżda l-Università qiegħda f’diskussjonijiet mar-Royal Veterinary College tal- Università ta’ Londra, biex jiġi żviluppat kors ta’ 3 snin li jsir hawn Malta, bit-tagħlim mogħti minn lecturers minn Malta u mill-Ingilterra u dawk li jtemmuh b’suċċess ikunu eliġibbli li jkomplu l-istudji tagħhom l-Ingilterra bil-għan li jsiru veterinarji. It-tieni kors jibni fuq il-kors li jkun sar Malta u komplessivament il-kors ikun twil daqs korsijiet li jsiru barra minn Malta.
MCAST — Għalliema għal childcare learning and development
Question
Fir-rigward tal-applikazzjonijiet li kienu ħarġu għal childcare learning and development teachers fl-MCAST, tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu s'issa u kemm mistennija jiddaħħlu minn dawk fuq il-waiting list fil-ġejjieni qarib?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST jixtieq jinforma li kellu żewġ vakanzi għal għalliema fl-‘Early Years’. L-ewwel waħda ġiet ingaġġata x-xahar li għadda, it-tieni waħda għandha tibda fil-ġranet li ġejjin, jiġifieri malli taħdem in-notice li hija marbuta tagħti lill-employer tagħha preżenti.
Skola Sir Mikelanġ Refalo — Rabat Għawdex - għalliem tal-Home Economics A'level
Question
Peress li l-istudenti ta' Sir Mikelanġ Refalo tar-Rabat Għawdex qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' għalliema tal-home economics A'Level, tista' l-Ministru tara li jiġi għalliem ieħor fl-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li applikaw aktar studenti mis-soltu għas-suġġett tal-Home Economics, hemm bżonn ta’ erba’ siegħat lezzjonijiet aktar. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-lezzjonijiet ikunu koperti.
Tfal li jittellgħu bil-wieqfa fil-coaches tal-iskola
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux permessibli li tfal tal-iskola jittellgħu bil-wieqfa fil-coaches li jwasluhom fl-iskejjel? Ma taħsibx li dan l-aġir joħloq periklu għall-istudenti b'mod partikulari f'każ ta' xi ħabta tal-vettura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux permissibli li studenti jinġarru bil-wieqfa fuq il-vetturi pprovduti mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Tant hu hekk illi jekk ikun irrapportat li xi operatur irrikorra għal dan il-mezz, dan l-operatur ikun penalizzat.
Fuq kull rotta organizzata mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm l-ispazju kollu neċessarju biex l-istudenti jinġarru bilqegħda.