Legislature:
Category:
Reset
Active:

intervisti ġodda għal supply teachers

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex qed isiru intervisti ġodda għal supply teachers meta l-lista ta' għalliema regolari u supply għadha ma ġietx użata kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Supply Teachers jiġu impjegati meta jkun hemm vakanzi minħabba li ma jkunux instabu għalliema regolari biex jimlew dik il-vakanza jew inkella biex jimlew il-vojt għal perjodu definit sakemm l-għalliem/a j/terġa’ lura għax-xogħol. Hemm diversi raġunijiet għal dawn il-vakanzi għal perjodu definit bħal eżempju leave tal-maternita` jew assenza għal tul ta’ żmien minħabba mard fejn l-għalliema ma jkunux jistgħu jiġu mibdula b’għalliema regolari. Għaldaqstant dawn iċ-ċirkostanzi jitolbu li dejjem ikun hemm listi ta’ riserva ta’ Supply Teachers. Dejjem jiġu msejħa skont l-ordni tar-riżultat.

għalliema li qed jimlew formoli dwar tqassim ta' frott

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex għalliema tal-primarji u tas-Senior Management Team (SMT) qed jitqabbdu jimlew formoli dwar tqassim ta' frott lill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola timla’ formola biss meta jidħlu studenti ġodda jew meta jsir xi ċaqliq ta’ studenti minn skola għal oħra.

ratio ta' school counsellors

Question

Peress li f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea r-ratio ta' school counsellors huwa ta' 1 ma' 400 student u jvarja sa 1,250 student, tista' l-Ministru tgħid kemm huwa dan ir-ratio f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel tal-istat ir-ratio tal-professjonisti li jagħtu s-servizzi tagħhom mill-kinder sal-post sekondarju (guidance teachers, school counsellors, college counsellors, counsellors u trainee counsellors) huwa ta’ 1 ma’ 238, student meta in-numru ta’ studenti li jattendu l-iskejjel huwa ta’ 34,952 waqt li in-numru ta’ professjonisti huwa ta’ 147. Meta nżidu l-istaff li jagħmel career guidance (guidance teachers, school counsellors, counsellors, college counsellors, trainee counsellors, college career advisors, trainee career advisors, career guidance teachers) ir-ratio huwa ta’ 1 ma’ 212 student, meta in-numru ta’ studenti li jattendu l-iskejjel huwa ta’ 34,952 waqt li in-numru ta’ professjonisti huwa ta’ 165. Ir-ratio tal-professjonisti kollha li jaqgħu taħt is-servizzi edukattivi psiko-soċjali (guidance teachers, trainee counsellors, counsellors, college counsellors, trainee counsellors, college career advisors, trainee career advisors, career guidance teachers, social work services, school psychological services, youth workers u SEBD specialists) huwa ta’ 1 ma’ 163 student meta in-numru ta’ studenti li jattendu l-iskejjel huwa ta’ 34,952 waqt li in-numru ta’ professjonisti huwa ta’ 215.

Lectures għall-kors tal-gwidi — kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29222, tista' l-Ministru tgħid xi kwalifiki għandhom il-lectures relatati ma' dan il-kors tal-gwidi? B'liema proċess intgħażlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol? Kemm hi r-rata ta' ħlas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

talba għall-benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tassigura li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibdew jinħarġulha l-benefiċċji soċjali dovuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — ilmenti ta' għalliem

Question

Tista' l-Ministru tħeġġeġ lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jitratta l-ilment li l-għalliem li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, kien għamel rigward rapport li l-headmaster tal-istess Kulleġġ kien għamel fil-konfront tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliem li qiegħed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa l-uniku għalliem tal-Mu¿ika fl-iskola sekondarja tas-subien fejn jgħallem. Minn massimu ta’ 26 lezzjoni, huwa għandu biss 11-il lezzjoni. Matul is-sena skolastika li għaddiet il-Kap tal-Iskola ġibidlu l-attenzjoni għal ¿ewġ affarijiet: 1. li ta’ spiss kien qed ikun assenti 2. li l-iktar li kien qed ikun assenti kien kull nhar ta’ Ħamis. L-għalliem kien għadda ċertifikati mediċi li kienu jindikaw kundizzjonijiet serji ta’ saħħa. Barra dan, kien ammetta li kien qed ifalli mix-xogħol nhar ta’ Ħamis minħabba li dak in-nhar kellu ¿ewġ lezzjonijiet mal-klassijiet il-kbar u li dawn kienu qed joħolqulu stress. Is-surmast infurmah li kien ser jibgħat rapport fuq din is-sitwazzjoni. Kien qallu wkoll li ma setax jaċċetta l-fatt li l-istudenti kienu qed jiċċaħħdu mil-lezzjonijet tal-Mu¿ika u li għalhekk kien ser jitlob għas-servizz ta’ għalliem ieħor tal-Mu¿ika. Ir-rapport intbagħat lill-Prinċipal li min-naħa tiegħu għaddieh lid-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. Lill-għalliem m’għoġbux dan kollu għax qal li jekk jiġri hekk huwa jkollu jiċċaqlaq mill-iskola. Informa b’dan lill-Principal, lid-Direttur tad-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani, u lill-Malta Union of Teachers (MUT). Kien hemm kuntatti fuq il-ka¿ bejn l-avukat tal-MUT u l-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju fejn tfissret il-po¿izzjoni tal-Kulleġġ fir-rigward tal-għalliem. Inħasset għalhekk il-ħtieġa li ssir laqgħa nhar is-7 t’Ottubru 2011 u li għaliha kellhom jattendu l-avukat tal-MUT, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, is-Service Manager fid-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi, u l-Kap tal-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Ħandaq. Din il-laqgħa tħassret mill-avukat tal-MUT minħabba impenji oħra u baqgħet ma saritx. Sadanittant, għas-sena skolastika 2011-12 id-Dipartiment tar-Ri¿orsi Umani ddeċieda li l-għalliem jibqa’ j¿omm postu bħala l-għalliem tal-Mu¿ika fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Ħandaq bi ħdax-il lezzjoni i¿da qed i¿omm is-sitwazzjoni taħt osservazzjoni ħalli: 1. jara li l-istudenti ma jerġgħux jiċċaħħdu mil-lezzjonijet tal-Mu¿ika li għandhom dritt għalihom; 2. jekk jiġri li l-ammont limitat tal-lezzjonijet jerġgħu jitfgħu lill-għalliem taħt stress, tiġi kkunsidrata l-possibilita’ li l-ka¿ tiegħu jiġi riferut lill-Bord Mediku.

Awtorità tad-Djar — post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm milli l-Awtorità tad-Djar tgħaddi post alternattiv lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li huwa dikjarat skont l-istess Awtorità bħala post imxajtan u li llum tinsab homeless meta hemm postijiet bħala Block B, Flat 5, Apartment 21 ta' Settembru 1964, Triq Għassiel, Kalkara huwa allegat li l-inkwilin qed jikrih lill-ħaddieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-post identifikat mill-applikanta mhuwiex mikri lil terzi persuni iżda okkupat regolarment mill-inkwilina legali u binha. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tagħmel mill-aħjar biex tipprovdi post li jwieġeb għall-ħtiġijiet u x-xewqat tal-applikant.

Ħaddiema bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena kemm kien hemm persuni bi bżonnijiet speċjali li nstabilhom xogħol? Kemm kienu mas-settur privat u x'kienet in-natura tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każ ta' anzjan li jgħix fuq ir-relief

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jgħix bir-relief però mhux qed jieħu bonus u lanqas is-supplimetari u għalkemm ilu jċempel ħadd ma ta kasu? Tista' tara jekk iridx jimla' xi dokumenti biex jibda jieħu dak li hu ħaqqu bil-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha. Mhux minnu li l-persuna ma ħaditx il-bonus waqt li damet ma ħadet il-benefiċċju supplimentari peress li l-applikazzjoni waslet f’Ottubru.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba dwar direct orders ta’ valur ta’ €6,000 (excl VAT) jew aktar li ngħataw bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kiri ta' vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

korsijiet reklamati li mhux se jibdew

Question

Tista' l-Minstru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm korsijiet reklamati fl-MCAST li se jibdew f'din is-sena skolastika, li ma nbdewx minħabba l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed applikanti? Liema kienu dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — każ ta' housing

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħalaqlu l-file mill-Awtorita tad-Djar meta dan huwa persuna b'diżabilità u meta l-awtorità offrietlu post alternattiv irriżulta li kien hemm aktar minn mitt tarġa biex tasal għall-fond?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna in kwestjoni ġiet allokata post mill-Awtorità tad-Djar nhar it-23 ta’ Frar, 2011. Dan il-post li huwa terran u b’kamra tas-sodda waħda kien l-uniku post aċċessibbli u disponibbli li kellha l-Awtorità tad-Djar dak iż-żmien. Bħala post jidher li huwa aċċessibbili però jidher ukoll li din il-persuna m’aċċettax il-post minħabba taraġ fit-triq. L-applikazzjoni tas-Sinjur ġiet ikkanċellata minħabba li minn stħarriġ irriżulta li mhux minnu li kellu bżonn post alternattiv fejn jgħix.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Tista' tgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol f'Għawdex u f'Malta separatament f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

pensjoni tad-diżabiltà severa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li jieħdu pensjoni tad-diżabiltà severa? Kemm minnhom huma nisa u kemm minhom huma rġiel skont l-età?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni b'diżabilità severa li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilità severa li qed jirreġistraw u li huma inklużi fir-reġistru speċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-persuni m’humiex ikklassifikati skont is-severità tad-diżabilità, iżda skont il-kundizzjoni liema kundizzjoni tkun ġiet iċċertifikata mill-Placement Medical Officer tal-ETC.

persuni b'diżabilità severa impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid hemm persuni b'diżabilità severa impjegati mas-settur privat u mas-settur pubbliku rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fir-reġistru tal-persuni b’diżabilità tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-persuni m’humiex ikklassifikati skont is-severità tad-diżabilità, iżda skont il-kundizzjoni, liema kundizzjoni tkun ġiet iċċertifikata mill-Placement Medical Officer tal-ETC.

ETC — Digital Literacy Beginners Course - informazzjoni dwar it-tutors

Question

Tista' l-Ministru responsabbli mill-ETC tgħid kemm kien hemm tutors li qed jgħallmu fid-Digital Literacy Beginners Course tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li beda għall-ħabta ta' Ġunju 2011? Tista' tgħid kull wieħed minn dawn it-tutors kemm ġie allokat lezzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Ġunju 2011, bdew 2 korsijiet ta’ Digital Literacy. Iż-żewġ korsijiet ġew mgħallma minn trainer wieħed li kellu 3 lezzjonijiet (it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa) ta’ sagħtejn il-waħda għal kull kors. B’kollox dan it-trainer kellu 12-il siegħa taħriġ fil-ġimgħa.