Talba pendenti għal skema offruta mill-Awtorità tad-Djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li imur il-perit tal-Awtorità tad-Djar biex jara t-talba tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li applikaw għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Perit tal-Awtorità tad-Djar inkarigat fuq din l-iskema qed jistenna illi ssir spezzjoni u rapport mill-occupational therapist sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet ta’ mobbiltà tal-applikanti. B’hekk il-Perit ikun jista’ jħejji l-pjanti u l-istimi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet fuq il-fond.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ħasset li mgħandiex tieħu l-passi neċessarji biex it-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix f'post tal-gvern u għandu ħsarat strutturali jiġu rranġati?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba minghand l-inkwilin msemmi ghal dawn ix-xoghlijiet.
L-inkwilin huwa ghaldaqstant gentilment mitlub javvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jaghti iktar dettalji dwar l-ilment tieghu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36631 u t-tweġiba ta' dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-persuna, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbiliex ma' dak li qed jintqal li huwa intitolat għat-tielet rata ta' pensjoni għall-invalidità?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li huwa d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jiddeċiedi jekk u kif persuna tikkwalifika għal benefiċċju skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Hemm provedimenti fl-stess liġi li jagħtu d-dritt lil persuna li tikkontesta deċiżjonijiet tad-Dipartiment.
Jiena infurmat mid-Dipartiment li d-deċiżjoni hija korretta.
Jista' l-Ministru jara li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkuntatjati peress li minkejja li gawdew mir-riforma tal-eks ħaddiema tat-Tarzna, xorta waħda jħossu li hemm xi anomaliji?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati minnu ġew infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħhom
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-lift li hemm fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar jien u jidher li dan ma jistax jintuża sew minn anzjani li għandhom neċessità kbira għalih? Jista' jgħid fiex tikkonsisti din il-ħsara u meta se tissewwa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx tiswijiet ta’ lifts.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni b’diżabilità li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità severa, u li matul din is-sena qed jaħdmu u jaqilgħu sal-paga minima bla ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta’ persuni li jirċievu Pensjoni tad-Dizabilita’ Severa li matul din is-sena ħadmu u qalgħu sal-paga minima kien ta’ tlettax.
Din l-informazzjoni ġiet mgħotija lilna mill-Mita u ma tinkludix dawk li jiehdu l-pensjoni tal-ghomja.
(Ara dokument Nru. 10921 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 521 tat-Tlieta, 13 ta' Novembru 2012)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fl-allokazzjoni lill-Aġenzija Sapport speċifikament biex din tiftaħ servizz ġdid ġewwa Pembroke, fejn persuni b’diżabilità jingħataw aktar taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol? Jista' jgħid jekk dan is-servizz bediex jopera? Jekk le, għaliex u x’xogħol sar fuqu matul din is-sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-budget tal-Agenzija Sapport ghas-sena 2012 huwa ta’ €1,123,000 aktar milli kien fis-sena 2011. Bhalissa ghaddej il-process biex jinfetah servizz gdid gewwa Pembroke. Kien hemm diskussjonijiet mal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig biex dan ic-Centru jsir minn din il-Korporazzjoni stante illi ser iservi biex iz-zghazagh li ser immorru fih jigu mharga u preparati ghad-dinja tax-xoghol.
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għal post alternattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separartament li għandha applikazzjoni għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-17 ta’ Novembru, 2010 u l-applikazzjoni tiegħu hija pproċċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. Il-lokalita' preferuta tiegħu hija l-Fgura.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix ma' bintha li hi persuna b'diżabilità f'fond bil-kera tapplika biex tibdel il-kamra tal-banju li tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba minghand il-persuna imsemmija.
Ghalldaqstant din il-persuna gentilment mitluba tavvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tigi mghejjuna timla applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37481 (a) u (b), jista' l-Ministru jgħid jekk tali xogħlijeit meħtieġa fl-appartament stess isirux ukoll mill-awtorità stess? Fil-każ tat-tweġiba għal punt (ċ), meta hu maħsub li dawn it-toroq jiġu inklużi fl-iskemi ta' xiri ta' appartamenti tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-21 t’Awwissu, 2012 ingħalqet l-iSkema SM sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tagħmel it-tiswijiet ta’ strutturi perikolużi ġewwa l-appartamenti ukoll. Qabel dan seta’ jsir biss jekk issir applikazzjoni għall-iskema imsemmija mill-inkwilin.
F’dawn il-ġimgħat l-Awtorità qed toħroġ diversi tenders maqsumin f’diversi reġjuni ta’ Malta u Għawdex sabiex titħaffef l-effiċjenza li biha jsiru t-tiswijiet meħtieġa.
Fil-każ tal-faċċati, l-Awtorità tad-Djar bdiet programm estensiv ta’ manutenzjoni ta’ housing estates fejn flok tissewwa l-ħsara fuq talba tal-inkwilin, uffiċjali tal-Awtorità qegħdin jispezzjonaw fid-dettal kull binja sabiex jiġu identifikati bżonnijiet ta’ tiswija kollha, inkluż fil-faċċati.
L-ewwel tender li ħarġet kienet tkopri Block A u F, Binja Skorba, Mġarr. Fil-ġimgħat li ġejjin ħerġin t-tenders għal Blk 5A u 5B, Triq is-Sur, L-Isla, u Okella Agius, Ħamrun.
Il-medja tal-valur tax-xogħlijiet ta’ kull tender huwa ta’ madwar €250,000.
Meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet, il-binjiet ser jiddaħħlu fi programm ta’ manutenzjoni preventiva li tara illi l-ħsarat jiġu evitati.
Il-proprjetajiet fit-toroq imsemmija għad ma jistgħux joħorġu għal bejgħ minħabba illi dawn inbnew fuq art taħt
Possession & Use
u s-sidien oriġinali għadhom qed jiġu identifikati mid-Dipartimenti tal-Artijiet sabiex jingħatalhom kumpens xiereq. Qabel ma jsir dan, l-Awtorità tad-Djar ma jkollha l-ebda titolu illi toħroġhom għal bejgħ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37477, jista' l-Ministru jara li l-avukat jew prokuratur legali li jkun imissu jassisti persuna fil-Qrati Ċivili u tal-Familja jirreferi lill-klijent intitolat għall-għajnuna legali biex dan imur għand avukati oħra fil-privat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura skont il-liġi hija dik kif imfissra fir-risposta preċedenti. Jekk l-Onor Membru qed jirreferi jistax ikun il-każ li l-avukat u l-prokuratur legali hekk nominati mill-elenku, huma stess jirreferu lil klijent għand avukat jew prokuratur legali ieħor kemm minn dawk li huma fuq l-elenku u kemm jekk ma jkunx, il-liġi ma tipprovdix għal dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat maħfra/amnestija minn sentenza ta' priġunerija konnessa ma' nuqqas ta' ħlas tal-VAT bejn Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012? Meta kienu d-dati li ngħataw tali maħfriet? X'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħataw?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kien hemm żewġ persuni li ingħataw maħfra minn sentenza ta’ multa tal-Qorti konnessa ma’ taxxa fuq il-valur miżjud u li eventwalment kienet konvertita f’perjodu ta’ priġunerija.
Dawn iż-żewġ maħfriet ingħataw fit-2 u fit-28 ta’ Awwissu 2012.
Qabel tingħata maħfra għal petizzjoni li tkun saret, jittieħdu diversi fatturi in konsiderazzjoni, fosthom jekk il-petizzjonant fil-ħin li jagħmel it-talba jkunx irregolarizza ruħu mad-dipartiment tal-VAT.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36286, jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna konċernata għadha ma ġietx ikkuntatjata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra ta’ spjegazzjoni fil-bidu ta' Lulju 2012. Peress li ma waslitx ser terga' tintbghat kopja ta' din l-ittra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li fil-blokk hemm flat tal-Awtorità tad-Djar u hemm xi ilment rigward il-parapett?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-Interpellanza u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — aċċessibilità fl-uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: f’dawn l-ahhar 6 xhur ma sarux xoghlijiet peress li d-Dipartiment kien diga’ attrezzat sabiex ikun milhuq minn persuni b’dizabilta’ kemm fizika kif ukoll minn dawk li ghandhom nuqqas ta smigh u dawl
- Sigurta’ Socjali: il-binjiet tal-Access gewwa l-Qawra, l-Kottonera u l-Msida saru xoghlijiet sabiex tkun accessibli minn persuni b’dizabilta’, kif ukoll fil-kmamar tal-banju rispettivi. Saru xoghlijiet ukoll fl-ufficju distretwali tal-Hamrun u ser johrog tender ghal-lift. Vicinn kull ufficju distretwali hemm ukoll reserved parking ghal persuni b’dizabilta’
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: ma kienx hemm il-bzonn li jsir xoghol ta’ din in-natura ghaliex huma accessibli. Barra minnhekk, gie installat il-Maltese Speech Engine zviluppata mill-FITA fuq il-computers ta’ staff li ghandhom nuqqas ta dawl u li juzaw screenreader sabiex juzaw il-computer.
- Qrati tal-Gustizzja: fl-ufficju tal-membri tal-Gudikatura u fir-raba’ sular tal-Qorti sar Accessibility Audit mill-KNPD
- MEUSAC: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma sarux xoghlijiet pero’ l-ufficju hu accessibli permezz ta’ rampa li saret fuq barra
- Awtorita’ tad-Djar: l-Awtorita’ diga’ hi accessibli
- Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: saret rampa biex il-bini ikun aktar accessibli
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-bini hu accessibli
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-post hu accessibli permezz ta’ rampa li tinsab fl-entratura tal-bini
- Kummissarju ghat-Tfal: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur ghaliex il-bini hu accessibli u anki ghandu kmamar tal-banju accessibli
- MCESD: ma saru l-ebda xoghlijiet f’dawn l-ahhar sitt xhur pero’ l-bini hu accessibli permezz ta’ rampa li tinsab fl-entratura tal-bini
- Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: saru rampi u kmamar tal-banju accessibli minn persuni b’dizabilta’ fizika gewwa l-fondazzjoni, qed tigi rrangata l-binja residenzjali gewwa Birzebbugia billi qed jitwessaw il-bibien u giet installata kmamar tal-banju accessibli, gewwa l-Mtarfa Day Centre trangaw il-kmamar tal-banju u trangat rampa fl-entratura tac-Centru ta’ Fleur de Lys.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala lift li ġie stallat bejn Block 4 u 5 f'Għerixien Housing Estate fir-Rabat sal-lum mhux qiegħed jitħaddem u dan meta ilu xhur li ġie stallat?
Response (SAID, CHRIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 32595. Iċ-ċirkustanzi sallum ma nbidlux u r-reżidenti għadhom qed jonqsu milli jonoraw l-obbligi tagħhom li joħorġu mill-kuntratt ta’ bejgħ. U dan minkejja li l-Awtorità tad-Djar onorat il-parti tagħha u nefqet €47,711 biex isir dan il-lift.
Il-lift ma jistax jinxtegħel mill-installatur sakemm jiġi appuntat persuna responsabbli hekk kif titlob il-Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid l-miżura ta’ għoti ta’ €300 għal anzjani ‘il fuq minn 80 sena ħaduha l-anzjani kollha intitolati u sħaħ jew proporzjonalment skont meta twieldu għax spiċċajna li €300 jidher li ħaduha biss dawk li għalqu sninhom f’Jannar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li l-għotja msemmija ta’ €300 fis-sena hi dovuta lil dawk l-anzjani li jilħqu 80 sena u li jkunu għadhom jgħixu ġewwa darhom jew ma’ familjari.
Għaldaqstant dawk l-anzjani li f’Jannar kienu diġa laħqu l-eta’ ta’ 80 u kienu qegħdin jgħixu ġewwa darhom jew ma’ familjari ingħataw is-somma sħiħa ta’ €300 filwaqt li dawk li laħqu l-eta’ ta’ 80 matul is-sena kurrenti qegħdin jieħdu somma pro-rata ta’ €300 li tkopri mid-data li fiha jilħqu 80 sal-aħħar tas-sena.
Inżid ukoll illi kull anzjan li matul is-sena kurrenti irċieva jew ser jirċievi is-somma ta’ €300 jew parti minnha, f’Jannar tas-sena d-dieħla jirċievi l-ammont sħiħ.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li suppost tibbenefika minn children allowance ilha ma tirċievi dawn l-allowances aktar minn ħames xhur?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ser tircievi l-pagament dalwaqt. Id-dwemien iriżulta minħabba li ntalbu xi dokumenti mingħand l-persuna u l-kaz seta' jinhadem wara li waslu dawn id-dokumenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament m'għaniex l-ebda dħul finanzjaju u cioè benefiċċji soċjali terġa' tibda tieħu xi forma t'għajnuna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata diġa ġiet infurmata b’ittra li ħarġet mid-Dipartiment fil-15 ta’ Ottubru dwar il-każ tagħha.