Legislature:
Category:
Reset
Active:

Policy dwar żviluppi high-rise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix policy biex l-iżviluppi high-rise jkunu mħarsa minn terremoti? Jekk le, hemm xi ħsieb li jkun hemm tali policy?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar issues relatati ma’ kwistjonijiet ta’ attività sismika, pajjiżna qatt ma kellu leġiżlazzjoni u dejjem irrefera għall-EN 1998 Eurocode 8. Il-pjan hu li titfassal policy fiż-żmien li ġej.

ERA — Rapporti dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant

Question

B’referenza għal diversi rapporti minn residenti ġewwa l-Iklin, il-Għargħur, San Ġiljan u San Ġwann lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar irwejjaħ ta’ tarmak jew qatran minn impjant li jinsab fil-viċinanzi, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittiħedu biex wieħed jassigura li dan l-impjant jimxi b’mod korrett u li titħares is-saħħa pubblika?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt – Knisja ta’ Santa Barbara — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt tiġi kkurata speċjalment f’dan iż-żmien billi hija traskurata esternament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum dan il-Ministeru ma ntalabx jagħmel intervent mis-sidien ta’ din il-knisja.

Ix-Xemxija — Rapporti ta’ xogħol ta’ skavar fis-sit tal-Eks Mista Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' xogħol ta' skavar fis-sit tal-Eks Mistra Village, fix-Xemxija wasal għand l-Awtorità tal-Ippjanar u għand l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) matul l-2023? Jista’ jgħid ukoll meta waslu dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu minn dawn l-awtoritajiet wara li daħlu dawn ir-rapporti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq it-sit tal-Eks Mistra Village daħħlu tliet (3) rapporti matul is-sena 2023. Infurmat mir-rapporti li daħħlu li l-ebda wieħed ma kien jikkonċerna skavar.

Urban Improvement Fund u Development Planning Fund — Kunsilli Lokali - Bilanċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ li kull Kunsill Lokali kellu, Kunsill Kunsill, fl-Urban Improvement Fund u/jew fid-Development Planning Fund, fit-3 ta' Lulju, 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10127.

Awtorità tal-Ippjanar — Sejħa għal Unit Manager E (Geomatics)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-sejħa għal Unit Manager E (Geomatics), ġewwa l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mingħajr l-obbligu ta’ ħames snin esperjenza fi rwol maniġerjali meta fis-sejħiet li dejjem ħarġu din dejjem kienet meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien hemm tentattiv biex tiġi rranġata s-sejħa imma din xorta saret mingħajr il-ħames snin esperjenza fi rwol maniġerjali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Laqgħat mal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Ministeru għal Għawdex — Proċedura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11520, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid x’inhi l-proċedura biex wieħed ikun jista’ jkellem lil xi Deputy Director tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Ministeru għal Għawdex, min jista’ jkollu tali appuntament, jekk jinżammux il-minuti ta’ kull laqgħa u jekk jeżistix reġistru tal-persuni li jkollhom dawn il-laqgħat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhiex Deputy Director fil-Ministeru għal Għawdex.

Awtorità tal-Ippjanar – Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9975, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10628 u 11518 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każijiet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabet illi żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp għadu ma tneħħiex u qed tikkonsidra u/jew qed tieħu passi oħra skont il-proċedura li hemm stabbilita fl-artikolu 100 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema żmien qed jirreferi.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10618 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10185, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif jinsab hawn taħt: SenaKumpanijaNumru ta’ mpjegati 2022Signal 8 Security Services Malta4 2022Specialist Group Cleaners1 2022G4S2 2023Signal 8 Security Services Malta6 2023Specialist Group Cleaners1 2022G4S2

Public Works Department – Xogħlijiet fuq il-promenade bejn San Ġiljan u Tas-Sliema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10825, fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-manutenzjoni, it-tiswija, ir-railings, l-arbli tad-dawl, l-istruttura, il-madum u l-ħsarat strutturali tal-promenade li minn San Ġiljan twassal għal Tas-Sliema huma responsabbiltà tal-Public Works Department, jista’ l-Ministru jgħid x’interventi saru minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, mill-Public Works Department fuq il-promenade bejn San Ġiljan u Tas-Sliema, anke fid-dawl li fis-7 ta’ Settembru 2023 l-istess Ministru, żar il-promenade ta’ Birżebbuġa biex jara x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni għaddejjin fuq il-promenade ta’ din il-lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq dawn ix-xogħlijiet bejn Jannar 2023 u llum: - Manutenzjoni fuq lampi dekorattivi u bdil ta’ bozoz fuq talba tal-Kunsilli Lokali; - Bdil ta’ arbli li nxtraw mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi u l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fiż-żona ta’ Qui-Si-Sana - Tikħil tal-bollards kollha mill-Fortizza sa' Qui-Si-Sana u u tibdil ta’ żewġ bollards.

Żviluppi li l-permessi tagħhom ġew revokati jew annullati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10822, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-iżviluppi li l-permessi tagħhom kienu revokati jew annullati mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid f’liema lokalità kienu u x’passi ttieħdu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ftehim dwar permess ta’ żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10691 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim legali li sar bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-applikant tal-permess PA3807/17, liema ftehim hu kundizzjoni tal-permess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim legali li sar bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-applikant tal-permess PA3807/17 ġie iffirmat fis-7 ta’ Settembru 2023, minn Nutar Dr. Arapa.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10185, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif spjegat hawn taħt: Ammont Rwol Definit Indefinit 5 21 Amministrattiv 0 6 Tekniku 1 13 Ta’ Spettorat

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi U l-Ippjanar — impjegati fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.

Ħ’Attard – Triq il-Linja, Wied Rmiedi u Triq id-Dorga – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10791, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u jgħid meta se jispiċċaw ix-xogħlijiet fuq Triq il-Linja, Wied Rmiedi u Triq id-Dorga, f’Ħ’Attard, u jgħid ukoll kemm se jiġu jiswew?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10790.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10724 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

OHSA — Numru ta’ Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, timeline bid-dati u bin-numru ta’ ħaddiema li biħsiebha timpjega l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li tħejja pjan fuq 3 snin sabiex fl-OHSA jiġu ngaġġati madwar 40 persuna oħra fi gradi differenti fosthom dawk tekniċi, amministrattivi u ta’ nfurzar. Bħalissa dan il-pjan qed jiġi proċessat mal-MFE.

BCA – Lista ta’ rapporti – Trabijiet iġġenerati minn siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), lokalità lokalità u xahar b'xahar, dwar trabijiet iġġenerati minn siti ta' kostruzzjoni mill-1 ta' Jannar, 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'kienet l-azzjoni meħuda u jekk il-problema issolvitx wara r-rapport u l-azzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. nterpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji kif mitluba minnu. Għandu jkun infurmat li l-ewwel xahrejn, jiġifieri Jannar u Frar 2023, wara li kienet ippubblikata l-Leġislazzjoni Sussidjarja 623.08 f’Diċembru 2022, intużaw biex il-kuntratturi u l-ħaddiema ngħataw edukazzjoni u twissijiet fejn kien innutat ksur ta’ dawn ir-regolamenti. Minkejja dan matul dawn ix-xahrejn l-Awtorità xorta investigat rapporti fejn l-ksur kien jimmerita li jiġi penalizzat. Għandu jkun innutat li kull rapport dwar trabijiet iġġenerati minn siti ta’ kostruzzjoni biss, ikun investigat. Madankollu mhux kull każ iwassal għal penali. Dan għalhiex ikun hemm każijiet fejn waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma jinstabx xogħol għaddej u drabi oħra ma jkunux ġew misjuba emissjonijiet ta’ trab. F’dawn il-każijiet il-persuna/i responsabbli xorta jiġu infurmati rigward ir-rapport li l-Awtorita’ tkun irċeviet u avżati li ser ikomplu jsiru aktar spezzjonijiet fuq is-sit biex ikun assigurat li ma’ jsirx ksur tal-liġi.