Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni li tiġi posposta il-pubblikazzjoni tal-Gwida Michelin għas-sena 2021, liema pubblikazzjoni kellha issir fil-bidu tat-tieni ġimgħa ta’ Marzu 2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista se titħabbar meta jkun l-iktar opportun u jkun jista’ jsir marketing internazzjonali b’mod aktar effettiv.
Skemi u inizzjativi għal stabbilimenti biex jgħollu l-livell tas-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar skemi jew inizjattivi sabiex jgħin stabbilimenti li għandhom l-ambizzjoni u x-xewqa li jgħollu l-livell tagħhom sabiex ikollhom l-opportunità li jidħlu fil-Gwida Michelin fis-snin li ġejjin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu la għandha kontroll u lanqas ma tindaħal f’tali proċess.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt iffirmat bejn l-MTA u Michelin? Kemm jiswa dan l-istess kuntratt u għal kemm hu l-perjodu ta’ żmien?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li k-kuntratt ma jistax jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra peress li fih informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-MTA għaddietx lista ta’ stabbilimenti (restaurants) lil Michelin sabiex dawn jiġu spezzjonati? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawn l-istess stabbilimenti u x’kienu r-rekwiżiti rikjesti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tgħaddi l-lista ta’ Quality Assured Restaurants lil Michelin, li min naħa tagħhom jagħmlu l-analiżi, riċerka u spezzjonijiet li jidhrilhom l-iktar xierqa mingħajr ebda indħil mill-istess Awtorita’. Hemm ’il fuq minn 90 restaurant li huma fuq il-lista tal-Quality Assured u r-rekwiżiti rikjesti huma dawk tal-Quality Assured Seal.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Direttiva UE 2019/770 u Direttiva (UE) 2019/771 — implimentazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10387, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/770, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser issir? Kif ukoll jista’ jgħid x’ħidma saret fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva(UE) 2019/771, b’mod partikolari jekk hemmx il-ħsieb li ssir konsultazzjoni pubbliku dwar l-implimentazzjoni tal-istess direttiva, u jekk iva meta ser jsir?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi msemmija huwa għaddej, fejn bħalissa qegħdin fl-istadju tal-abbozzar.
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħdha wkoll tieħu sehem fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni ta’ dawn id-Direttivi. Konsultazzjoni pubblika għandha ssir għaż-żewġ Direttivi fix-xhur li ġejjin.
Marsaskala – Bajja bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta’ San Tumas – taraġ tal-injam
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13675, li għamilt fl-interess tal-poplu skalin li nirrappreżenta u dawk li jagħmlu użu mill-bajja li tinsab bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta’ San Tumas (wara Sala Sant’Anna), jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm wara r-risposta li ngħatat mill-predeċessur tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għaż-Żoni turistiċi għandha ftehim mal-Kunsill Lokali sabiex ikun hemm intervent qabel is-sajf li ġej.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex isiru spezzjonijiet regolari fil-Pjazza De Paule Raħal il-Ġdid billi qiegħed ikun hemm ilmenti mir-residenti tal-lokal fuq il-livell tal-indafa u l-istat tal-post? Jista’ jara wkoll li l-ġbir tal-iskart isir b’aktar ordni?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħlas tar-reġistrazzjoni tal-organic farmers – ħlas lura f’sussidju
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19664 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jkunu stabbiliti l-proċeduri meħtieġa sabiex bdiewa li jkunu ħallsu għar-reġistrazzjoni għal-organic farmers għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), ikunu finalment jistgħu jitħallsu lura f’sussidju hekk kif inhu stabbilit mill-Ministeru għall-Agrikoltura?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun possibbli li sidien ta’ catering establishments jibdew jirċievu sussidju fuq ħaddiema (wage supplement) li daħlu jaħdmu mal-istabbiliment tagħhom wara Mejju 2020 u dan biex ikunu jistgħu jżommu lil dawn il-ħaddiema fuq il-kotba tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid skont il-liġijiet ta’ Malta li jħarsu l-kompetizzjoni, x’inhi ċirkostanza li twassal sabiex ditta waħda tista’ titqies li jkollha dominanza f’suq u għalhekk il-Gvern ikun obbligat li jieħu l-miżuri meħtieġa biex iħares il-kompetizzjoni ġusta? Jista’ jgħid skont il-liġijiet ta’ Malta tal-kompetizzjoni, x’inhuma l-miżuri li l-Gvern ikun jista’ jimponi fuq ditta/ażjenda li tkun ikkunsidrata li jkollha dominanza f’suq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont it-tifsira li hemm fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, kumpanija titqies li għandha pożizzjoni dominanti, meta tgawdi minn pożizzjoni ta’ qawwa ekonomika li biha tkun tista’ tipprevjeni milli jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha is-setgħa li tikkomporta ruħha, f’limiti sinjifikanti, indipendentement mill-kompetituri, provdituri jew xerrejja tagħha.
Biex tasal għall-konklużjoni jekk kumpanija hijiex dominanti fis-suq, wieħed ma jqisx biss is-sehem tal-kumpanija fis-suq (
market share
) imma jridu jiġu ikkunsidrati diversi fatturi oħra fosthom:
1. L-ishma tas-suq tal-kumpaniji kompetituri tagħha. Dan ifisser li pożizzjoni ta’ dominanza tiġi evalwata billi l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan MCCAA jevalwa l-ishma tas-suq tal-akbar operatur meta mqabbel mas-sehem tas-suq tal-aħjar kompetitur li jmiss fl-istess suq. Jekk il-kompetituri l-oħra għandhom sehem baxx fis-suq dan ħa jagħmilha faċli sabiex tinħoloq pożizzjoni dominanti. Madankollu, jekk il-kompetituri l-oħra għandhom sehem għoli fis-suq huwa improbabbli li toħloq dominanza.
2. Jekk hemmx ostakoli għal kumpaniji oħra biex jidħlu fis-suq. Dan ifisser li minħabba li hemm bżonn kapital qawwi biex tiftaħ kumpanija jew mhux qegħdin jinħargu liċenzji. Dan iwassal biex kumpanija tista’ titqies dominanti.
Dawn il-fatturi ħarġu f’deċiżjonjiet tal-Qrati Ewropej fejn ikollok kumpaniji li jkunu appellaw mill-multi li jkunu ġew imposti mill-Kummissjoni Ewropeja għax kumpanija tkun abbużat minn pożizzjoni dominanti tagħha.
Il-fatt li kumpanija tgawdi minn pożizzjoni dominanti, b’daqshekk ma jfissirx illi tkun qed tikser il-liġi tal-kompetizzjoni. Huwa l-abbuż minn dik id-dominanza li jwassal biex l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jieħu azzjoni, bħal per eżempju meta b’mod dirett jew indirett kumpanija li tkun meqjusa dominanti timponi prezz eċċessiv jew inġust ta’ xiri jew bejgħ.
Kumpanija li tinstab li abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha tista’ teħel penali sa 10% tal-bejgħ annwali tagħha, tista’ tiġi imposta fuqha ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija sabiex dik il-kumpanija tieqaf u ma tkomplix tipparteċipa fil-ksur jew tiġi imposta ordni ta’ konformità li jippreskrivi xi rimedji li għandha tadotta il-kumpanija in kwistjoni. Kumpanija tista’ toffri wkoll dawk li jisseħju rabtiet sabiex is-suspettat ksur jiġi tterminat u sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikati fil-każ partikolari. Jista’ jkun il-każ ukoll li b’mod temporanju waqt li tkun għadha għaddejja l-investigazzjoni jinħarġu miżuri interim f’każijiet ta’ urġenza.
Jista' l-Ministru jgħid, skont l-Awtorità tal-Mediċina kemm inbiegħu kontraċettivi f'pajjiżna bejn l-2015 u l-2020? Jista' jagħti l-valur u l-ammont għal kull tip ta' kontraċettiv?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema kontraċettivi qegħdha tirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' ilmenti kienu u kemm kien hemm f'kull kategorija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ilmenti reġistrati quddiem l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, u kemm kien hemm ilmenti f’kull kategorija taħt Ilmenti tal-Konsumaturi (Ġenerali) għas-snin 2019 u 2020, qed jiġu ppreżentati fit-tabelli t’hawn taħt:
Sena
Ilmenti tal-Konsumaturi (Ġenerali)
Ilmenti dwar Drittijiet tal-Passiġġiera tal-Ajru
(Reg. 261/2004)
2015
1228
150
2016
1205
154
2017
936
96
2018
824
145
2019
963
213
2020
1270
376
L-ilmenti jistgħu jitqassmu f’dawn il-kategoriji:
Kategorija
2019
2020
Oġġetti tal-konsumatur
442
474
Edukazzjoni
7
40
Ilma u enerġija
40
28
Servizzi ġenerali għall-konsumatur
387
598
Saħħa
7
7
Servizzi ta’ divertiment
72
231
Servizzi postali u komunikazzjoni elettronika
32
60
Servizzi ta’ trasport
10
7
Oħrajn
179
201
L-informazzjoni għas-snin bejn l-2015 u l-2018 ser tingħata aktar ‘il quddiem minħabba li f’dan il-perjodu kienet tintuża sistema differenti u ser tieħu aktar ħin biex tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm awtorizzat lifts l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekwiżit legali mal-MCCAA huwa li lifts li jitqiegħdu fis-suq iridu jiġu rreġistrati mal-Awtorita’. In-numru ta' lifts reġistrati mal-MCCAA mill-2015 sal-2020 huma dawn li ġejjin:
Sena
Ammont
2015
850
2016
811
2017
622
2018
814
2019
766
2020
1032
Jista' l-Ministru jgħid kemm wettqet spezzjonijiet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) marbuta mas-sigurtà tal-prodotti bejn is-snin 2015 u l-2020, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll x'kien l-outcome ta' dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-snin 2015 u l-2020, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) wettqet 2669 spezzjonjoni marbuta mas-sigurtà tal-prodotti. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, fil-perjodu msemmi ġew imsejjħa lura jew irtirati minn fuq is-suq 123-il prodott.
Sena
Numru ta’ spezzjonijiet marbuta mas-sigurtà tal-prodotti
2015
105
2016
234
2017
237
2018
396
2019
307
2020
1390
(iż-żieda hija dovuta bl-inklużjoni ta’ ispezzjonijiet oħra bħala parti mis-sistema konġunta tal-ispezzjonijiet, kif ukoll spezzjonijiet onlajn)
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – miżuri minħabba l-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – impjegati li mardu bil-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm sitt persuni fil-Ministeru li ġew infettati bil-Covid-19. Bħalissa żewġ impjegati qegħdin bil-kwarantina.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.