Tista’ l-Ministru tgħid jekk attwalment hemmx xi vacancies fil-karigi tad-diversi diretturi ġenerali u diretturi f’ħdan id-diversi direttorati tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jekk hemm, tista’ telenka liema huma dawn il-karigi u għal kemm żmien ilhom vakanti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament qed jiġu pproċessati sejħiet għall-applikazzjoni għall-pożizzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali kollha u numru ta’ Diretturi.
Id-Diretturi Ġenerali u d-Diretturi baqgħu jokkupaw il-kariga u ħa jibqgħu jokkupawha sakemm jiġu maħtura mill-ġdid jew jinħattru Diretturi Ġenerali/Diretturi ġodda, skont l-eżitu tal-interviews. Dan b’eċċezjoni tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) li rtirat fit-13 ta’ Settembru, 2019, u d-Direttur (
Primary Manufacturing and Retail Markets
) fl-Uffiċju tal-Kompetizzjoni li ilha vakanti mill-31 ta’ Awwissu 2017 minħabba l-fatt li minkejja diversi sejħiet din il-kariga għadha ma ntlietx.
Tista’ l-Ministru tieħu passi mmedjati sabiex il-lokalitajiet tal-Qawra u Buġibba jitnaddfu billi jew tingħata kull għajnuna possibbli lill-kunsill lokali li jidher li m'għandux il-mezzi biex jagħmel xogħlu b'mod effettiv jew inkella jintervjeni direttament bir-riżorsi tiegħu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija fir-reponsabbiltà tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar li jara li l-lokalità tinżamm nadifa f’kull mument, hekk kif stabbilit fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsill Lokali għandu l-kuntrattur tiegħu, u dan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu kif stipulat fil-kuntratt.
Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni lesta li tassisti ladarba jkun hemm il-bżonn. Pero’ dan isir wara li ssir verifika, jekk il-kuntrattur responsabbli hux iwettaq xogħolu u jkun hemm ‘
default notices’
maħruġa mill-Kunsill stess hekk kif stipulat fl-istess kuntratt.
Intant, tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant, li fis-sitwazzjoni preżenti d-Direttorat tat-Tindif Pubbliku għaddej b’eżerċizzju intensiv ta’ disinfettar fuq bażi regolari fl-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin, ħafna drabi tard filgħaxijiet u tul il-lejl sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Fil-fatt San Pawl il-Baħar u Buġibba kienu inklużi u gew disinfettati kemm-il darba.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12610, tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal għal din in-nefqa dejjem tiżdied? Tista’ tgħid jekk hux qed jintużaw karozzi tal-elettriku, hybrid jew simili li jagħmlu inqas ħsara ambjentali? Jekk iva, kemm hemm karozzi? Jekk le, hemm ħsieb li dawn jintużaw?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 12610, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li n-nefqa kull sena żdiedet peress li n-numru tal-inġenji/vetturi żdied kull sena.
Fiċ-ċifri tas-sena 2017 m'hemmx inklużi l-vetturi/inġenji tal-Cleansing Department peress li dak iż-żmien l-ispejjeż tagħhom kienu jiġu assorbiti mill-Gvern Ċentrali. Dawn bdew jiġu inklużi mis-sena 2018.
Ta' min wieħed isemmi wkoll li f'dawn iċ-ċifri hemm inkluż ukoll il-fuel li intuża biex jitħaddmu t-tankijiet fil-faċilitajiet li għandha l-Malta Film Studios fir-Rinella.
Fir-rigward ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12991.
Marsaskala – Bajja bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta’ San Tumas – taraġ tal-injam
Question
Wara li mal-kunsillier ta' Marsaskala, is-Sur Ryan Portelli żort il-bajja li tinsab bejn il-Ponta tal-Miġnuna u l-Bajja ta' San Tumas (wara s-sala Sant'Anna) kif indikat fil-mappa li qed tingħata separatament, fejn wera kemm-il darba interess biex jinbena taraġ għall-użu iktar sikur tal-bajja rispettiva, aċċessibli l-iktar minn Triq is-Sikka u Triq il-Qaliet, anke wara li kienu diversi r-residenti Skalin li urew din ix-xewqa, tista’ l-Ministru tgħid jekk dan is-sajf tistax tirrealizza din ix-xewqa b'struttura li jinkludi taraġ tal-injam li jiffaċilita l-aċċess għall-bajja taflija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex jerġa’ jsir intervent f’din iż-żona. Din mhux l-ewwel darba li l-Aġenzija fi ħdan il-Ministeru kienet involuta mal-Kunsill Lokali sabiex itejjbu dan l-aċċess.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru telenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtha tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, tista’ tagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – rapporti ta’ serqiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12628, tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ serqiet saru fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u li ġew irrapportati lill-Pulizija, kemm kien l-ammont ta’ kull serqa u kemm kien il-valur totali tal-imsemmija serqiet?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12628, ninfurmaha bis-segwenti:
Sena
Rapporti
Ammont
2017
6
€ 5177
2018
2
€ 1101
2019
17
€ 3546
Hemm żewġ każijiet li l-ammonti tagħhom ma jistgħux jiġu inklużi peress li wieħed għadu qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija u fil-każ l-ieħor l-ammont misruq – li mhumiex flus kontanti - ma jistax jiġi kwantifikat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il hostel ġiet approvata permezz ta' TCC pożittiv min-naħa tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority (PA) matul l-aħħar seba’ snin? Tista’ tgħid f'kull każ x'kien in-numru relattiv tal-applikazzjoni quddiem il-PA kif ukoll l-indirizz ta' kull hostel?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li bejn l-2013 u l-2019, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu approvat 65 applikazzjoni għall-hostel.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar in-numru relattiv tal-applikazzjoni quddiem il-PA kif ukoll l-indirizz ta’ kull
hostel
.
Tista’ l-Ministru tgħid x'produzzjonijiet/films oħra inġabu sa issa matul is-sena 2020 u kemm huwa ppjanat li jinġibdu produzzjonijiet/films ġewwa Għawdex matul il-kumplament tas-sena 2020 u kemm hu maħsub li jkun il-valur fi flus ta’ dawn il-produzzjonijiet/films?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena s’issa ma kienx hawn produzzjonijiet li nġibdu f’Għawdex. Ġejt infurmata min naħa tal-Film Commission li kien hemm produzzjonijiet li kienu interessati jiffilmjaw f’Għawdex, iżda minħabba l-imxijja tal-Covid-19, dawn ġew sospiżi.
Intant, il-Kummissjoni Maltija għall-Films għaddejja b’ħidma kontinwa biex tattira aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna, inkluż lejn Għawdex.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtha, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs. Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Bajjiet f'Għawdex u Kemmuna — servizz ta' lifeguarding
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2018 min ta s-servizz ta' lifeguarding fil-bajjiet f'Għawdex u Kemmuna? Tista' tgħid kif ġie magħżul min ta dan is-servizz u jekk dan ingħatax wara tender, expression of interest jew direct order? Kemm kien l-ammont totali li tħallas għal dan is-servizz fis-sena 2018? Tista' tikkonferma li l-NGO li tat dan is-servizz fil-fatt kienet waħda li kellha r-reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji approvata għas-sena 2018? Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2019 min ta s-servizz ta' lifeguarding fil-bajjiet f'Għawdex u Kemmuna? Tista' tgħid kif ġie magħżul min ta dan is-servizz u jekk dan ingħatax wara tender, expression of interest jew direct order? Kemm kien l-ammont totali li tħallas għal dan is-servizz fis-sena 2019? Tista' tikkonferma li l-NGO li tat dan is-servizz fil-fatt kienet waħda li kellha r-reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji approvata għas-sena 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li fl-2018 u 2019, is-servizz ta’ lifesaving ġewwa l-bajjiet f’Għawdex, Kemmuna u fil-fliegu ngħata mill-Emergency Response & Rescue Corpos (ERRC).
L-ERRC kienet l-unika organizzazzjoni li kellha ċertifikazzjoni mill-
International Life Saving Federation
li taħdem f’dan it-territorju. L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu setgħet tagħmel dan abbażi tar-Regolament numru 7 sub-paragrafu (r) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 ta’ 2016).
L-ammont totali li tħallas għas-snin imsemmija kien ta’ €336,746.20. Skont is-sottomissjonijiet li għandha l-Awtorità, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja huwa VO/0503.
Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fl-2011 sal-lum, jekk il-ħatriet tal-persuni li ġew appuntati bħala chairman kenux fuq bażi full-time jew part-time u fuq kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra? Tista’ tgħid ukoll mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum jekk il-ħatriet tal-persuni li ġew appuntati bħala membri fuq il-Bord kenux fuq bażi full-time jew part-time u fuq kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra? Tista’ l-Ministru tgħid mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum kemm-il-persuna nħatret bħala Direttur Ġenerali ta’ diversi entitajiet fi ħdan l-MCCAA u f’kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra tal-persuna inkwistjoni?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li mit-twaqqif tal-MCCAA fl-2011 sal-lum:
·
Chairman
tal-Awtorità dejjem ġie maħtur fuq bażi
full
-
time
għal perjodu ta’ tliet snin;
· Membri fuq il-Bord tal-MCCAA ġew maħtura fuq bażi
part
-
time
għal perjodu ta’ sena;
· Inħatru żewġ (2) Diretturi Ġenerali għall-Uffiċju tal-Kompetizzjoni; żewġ (2) Diretturi Ġenerali għall-Uffiċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur; żewġ (2) Diretturi Ġenerali għad-Diviżjoni dwar Regolamenti Tekniċi; u Direttur Ġenerali għall-Istitut dwar l-Istandards u Metroloġija. Il-ħatriet kienu kollha għal terminu ta’ tliet snin, skont l-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista’ l-Ministru tispjega x’inhi r-raġuni għalfejn il-Liġi Sussidjarja numru 427.10 intitolata ‘Active Implantable Medical Devices Regulations’ issejjaħ lir-Regulatory Affairs Directorate fl-Awtorità Maltija dwar l-iStandards meta din l-Awtorità llum ma għadhiex teżisti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-Artiklu 3(6) tal-Att dwar l-Awtoritá ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 510.), l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur assumiet l-persuna preċedentement vestita fl-Awtorità Maltija dwar l-Istandards. Barra minn hekk, skont Artiklu 61 (2) tal-Att, kull referenza f’xi liġi għall-Awtorità tal-Istandards għandha tinqara u tiftiehem bħala riferenza għall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li qed jattendu għall-korsijiet full time fl-Istitut għat-Turiżmu fil-Qala, Għawdex? Tista' tgħid liema korsijiet qed isegwu? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' dan l-Istitut fis-sena 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li fl-2019 kien hemm 12-il student isegwu l-korsijiet Food Preparation and Services u l-Foundation Studies. L-ispiża totali kienet ta’ €215,905
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħol qed isir fuq il-Bajja tal-Għadira meta fl-aħħar jiem dehru inġenji soltu relatati ma’ siti ta’ kostruzzjoni? B’rabta mal-istess xogħol tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi tal-Awtoritajiet konċernati li approvaw dan it-tip ta’ xogħol li effettivament seta jsir?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx biżżejjed equipment fl-Institute for Tourism Studies (ITS), speċjalment fil-kċejjen li fihom jipprattikaw l-istudenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata min naħa tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li l-kċejjen tagħhom huma attrezzati sew. Apparti minn hekk, għandhom ukoll store fejn jiġi maħżun apparat żejjed li jista’ jintuża f’ċirkostanzi speċjali. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li n-numru ta’ kċejjen fl-istitut ġewwa Ħal-Luqa huwa d-doppju ta’ dak li kien hemm f’San Ġiljan.
Ministeru għat-Turżimu u Protezzjoni tal-Konsumatur — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtha jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tagħmel użu minn żewġ vetturi tal-elettriku, filwaqt li l-Medicines Authority għandha karozza tal-elettriku u oħra hybrid.
Tista' l-Ministru tispjega jekk fil-leġiżlatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu dawn il-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li le, il-persuna msemmija mhux qed tipprovdi s-servizzi indikati fil-mistoqsija.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li l-persuna msemmija kien jokkupa l-kariga ta’ Enforcement Board Member fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Ġunju 2013 sa Ġunju 2017.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12694 u tgħid liema kienu l-kunċerti u l-avvenimenti li ġew organizzati jew sponsorjati mill-MTA/VisitMalta matul is-snin 2018 u 2019? Tista’ tgħid ukoll jekk l-avveniment ġiex organizzat mill-MTA/VisitMalta direttament u esklussivament jew seħħx bi sħubija jew sponsorship mogħti lil terzi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħti sapport u/jew tinvesti f’diversi inizjattivi jew attivitajiet ta’ laqta turistika skont il-kriterji stabbiliti. Matul is-snin 2018 u 2019, l-MTA/VisitMalta organizzat jew sponsorjat kważi 400 kunċert/avveniment.