Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għat-Turiżmu hemm karozza waħda GM li hija mikrija b’konformita’ mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-punch clock fil-Ministeru tiegħu ġiex installat għall-ħaddiema taċ-Ċivil biss u mhux għall-ħaddiema tal-kuntrattur u tas-segretarjat tiegħu wkoll?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma ġie installat l-ebda punch clock fil-Ministeru bil-mod kif qed issir referenza għalih.
Ministeru għat-Turiżmu — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Ministeru għat-Turiżmu — Position of Trust – Salarji
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13243, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954 u 14091 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924 u 14093 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923 u 14094 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13809 dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan il-proġett ma tkompliex ftit wara li beda? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li bihom qed isir dan il-proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-proġett kellu jieqaf biex isiru xi spezzjonijiet mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Fuq is-sit indikat qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni li ma kienx jeħtieġ permessi mill-Awtoritá tal-Ipjannar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-oqsma ta’ tagħlim li fihom iggradwaw l-istudenti tal-Institute of Tourism Studies (ITS) din is-sena, bin-numru ta’ gradwati għal kull qasam? Kemm minn dawn l-istudenti kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità oħra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li gradwaw dan ix-xahar mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi laħaq il-290. Huma gradwaw f’dawn l-oqsma:
Award Title
Maltin
Baranin
ALTERNATIVE PROGRAMME
5
1
Foundation in Hospitality & Tourism
28
9
Certificate in Events
4
0
Certificate in Food Preparation and Service
52
3
Certificate Rooms Division
5
0
Certificate in Travel and Tourism
7
1
Diploma in Events Operations
3
0
Diploma in Food & Beverage Service Operations
0
3
Diploma in Food Preparation & Production Operations
34
2
Diploma in Rooms Division Operations
3
0
Diploma in Travel and Tourism Operations
6
0
Preparatory Course for the Bachelor in Culinary Arts (Hons)
6
1
Higher National Diploma in Events Management
3
1
Higher National Diploma in Food & Beverage Management
1
3
Higher National Diploma in Food Preparation & Production Management
11
0
Higher National Diploma in Rooms Division Management
1
0
Higher National Diploma in Tourist Guiding
16
8
Higher National Diploma in Travel & Tourism Management
5
0
Undergraduate Diploma in Culinary Arts
8
1
Undergraduate Diploma in Gastronomy
1
0
Undergraduate Diploma in International Hospitality Management
5
2
Bachelor in Culinary Arts (Hons)
8
1
Bachelor of Science in Diving Safety Management
2
2
Bachelor in International Hospitality Management (Hons)
14
7
Master of Arts in Heritage Interpretation
8
0
Master in Business Administration in International Hospitality Management
5
2
Award in Diving Safety Management
0
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li bħalissa qed jattendu korsijiet differenti fl-Institute of Tourism Studies (ITS), maqsuma skont il-kors? Kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità oħra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 613-il student isegwu total ta’ 28 kors differenti offruti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Kors
Maltin
Barranin
ALTERNATIVE LEARNING PROGRAMME
1
0
FOUNDATION IN HOSPITALITY & TOURISM
45
15
CERTIFICATE IN EVENTS
10
3
CERTIFICATE IN FOOD PREPARATION AND SERVICE
50
10
CERTIFICATE IN ROOMS DIVISION
9
2
CERTIFICATE IN TRAVEL & TOURISM
14
5
DIPLOMA IN CLIMATE FRIENDLY TRAVEL
4
91
DIPLOMA IN EVENTS OPERATIONS
12
0
DIPLOMA IN FOOD & BEVERAGE SERVICE OPERATIONS
21
0
DIP IN FOOD PREPARATION & PRODUCTION OPERATIONS
90
5
DIPLOMA IN ROOMS DIVISION OPERATIONS
10
1
DIPLOMA IN TRAVEL & TOURISM OPERATIONS
19
6
PREPARATORY COURSE FOR THE BACHELOR IN CULINARY ARTS
4
2
HIGHER NATIONAL DIPLOMA IN TOUR GUIDING (Full-Time)
19
6
HIGHER NATIONAL DIPLOMA IN TOUR GUIDING (Part-Time)
15
6
BACHELOR OF SCIENCE IN DIVING SAFETY MANAGEMENT
4
2
LANGUAGE FOR TOUR GUIDES - FRENCH (Part-Time)
1
0
LANGUAGE FOR TOUR GUIDES - GERMAN (Part-Time)
0
1
LANGUAGE FOR TOUR GUIDES - SPANISH (Part-time)
0
1
BACHELOR IN CULINARY ARTS (HONS)
43
4
BACHELOR OF SCIENCE IN DIVING SAFETY MANAGEMENT
9
1
HND IN EVENTS MANAGEMENT
1
0
HND IN FOOD & BEVERAGE MANAGEMENT
1
0
HND IN TRAVEL & TOURISM MANAGEMENT
4
0
HND IN ROOM DIVISION MANAGEMENT
2
0
BACHELOR IN INT. HOSPITALITY MANAGEMENT (HONS)
41
12
MASTERS HERITAGE INTERPRETATION
5
0
MASTERS INTERNATIONAL HOSPITALITY MANAGEMENT
5
1
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm korsijiet ipprovduti mill-Institute of Tourism Studies (ITS) li ma setgħux jibdew f’din is-sena skolastika peress li ma kienx hemm persuni biżżejjed li wrew interess biex jattendu kors partikolari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet offruti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi kollha bdew f’din is-sena akkademika peress li kien hemm domanda għalihom kollha.
Awtorità Maltija għat-Turimu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856 u 13956 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115, 12663, 12994, 13192, 13467, 13710 u 13955 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Ministeru għat-Turiżmu — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti permezz tal-mobile app “Clean and Upkeep” u jekk humiex jingħataw widen u kemm qed idumu senjatament fiż-Żejtun?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ġew reġistrati total ta’ 147 każ fil-lokalità taż-Żejtun permezz tal-mobile app. Clean and Upkeep. Każ wieħed biss huwa pendenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709 u 13954 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?