Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument maħruġ mill-perit li jiċċertifika li x-xogħlijiet kollha li saru dan l-aħħar fi Triq Graham f’Tas-Sliema, saru sewwa u skont il-ftehim?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa u kemm ser jiġu jiswew? Jista’ wkoll jagħti raġuni għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin idumu daqshekk biex jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett jinvolvi t-titjib tal-arranġament eżistenti tat-triq bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ mezzi ta’ mobilità attiva, b’mod partikolari l-mixi u r-rota, filwaqt li tittejjeb il-konnettività bejn il-komunitajiet ta’ Gudja u Ħal Luqa. Il-proġett jifforma parti mill-iskema
Vjal Kulħadd
.
Ix-xogħlijiet jinkludu t-titjib tal-infrastruttura eżistenti, jiġifieri s-sistemi tal-ilma potabbli u tal-ilma tax-xita (stormwater), kif ukoll l-installazzjoni ta’ dawl ġdid fit-toroq. Ix-xogħlijiet qed jiġu implimentati f’fażijiet sabiex jiġi evitat l-għeluq komplet tat-triq u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun id-disturbi u l-inkonvenjent għall-pubbliku.
Iż-Żejtun - Triq id-Daħla ta’ San Tumas - Xogħlijiet
Question
B’referenza għax-xogħlijiet marbutin mat-twessiegħ ta’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas fiż-Żejtun imħabbra dan l-aħħar, jista’ l-Ministru jgħid:
i) jekk sarx studju dwar il-bżonn u/jew l-impatt tal-imsemmija xogħlijiet;
ii) jekk hux previst li għandhom isiru “traffic calming measures” wara li jitlestew ix-xogħlijiet;
iii) kemm sewa l-akkwist tal-proprjetà li se titwaqqa’; u
iv) liema kuntrattur se jeżegwixxi x-xogħlijiet kollha u jekk dan intgħażilx wara sejħa pubblika għall-offerti?
Proġett tal-ITMS - Variable Messaging Signs li ma jaħdmux
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22615, 23010, 23011, 23261 u 27711 u peress illi issa għaddew diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS)? Jista’ jgħid ukoll meta se jitħaddmu l-Variable Messaging Signs (VMS) li mhumiex jaħdmu, fid-dawl li hemm ħafna aktar mid-disgħa VMS li rrefera għalihom il-Ministru?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79% u t-tniġġis b’70% ntlaħqux u jekk għal kull €1 miljun li ġie investit kienx hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., kif imħabbar fuq is-sit elettroniku ta’ Infrastructure Malta (
https://www.infrastructuremalta.com/news/infrastructure-malta-completes-marsa-junction-project)
? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34158 u 34434 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Mejju 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid
kemm hemm karozzi tal-linja li ilhom jagħtu servizz iktar minn 15-il sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda karozza tal-linja li qiegħda topera fis-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda li għandha aktar minn ħmistax-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet a tenur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.37 - Regolamenti Dwar Ħlasijiet Għad-Dritt Ta’ Mogħdija Għal Utilitajiet u Servizzi, matul is-sena 2025? Jekk iva, minn min u kemm kien l-ammont ta’ ħlas?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-informazzjoni disponibbli, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma rċeviet ebda ħlasijiet matul is-sena 2025 a tenur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.37.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-bankini fi Triq San Ċiru, il-Gudja jsiru aħjar billi huma ta’ periklu għar-residenti wara x-xogħlijiet li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-bankini fi Triq San Ċiru, Gudja b’pavimentar ġdid tal-porfido. Il-wisgħa u l-linja tal-bankini inżammu l-istess bħalma kien hemm originarjament, minħabba l-wisgħa limitata tat-triq. Ir-rampi fil-kantunieri u quddiem il-garaxxijiet ġew irranġati sabiex jiġi żgurat li dawn il-bankini jkunu aċċessibbli għal kullħadd.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31140, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar iż-zebra crossing li hemm fi Triq l-Isqajjaq, f’Ħal Tarxien?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilastri tal-ilma u tad-dawl (water and electricity pillars) installati fil-moll il-ġdid ta’ Buġibba humiex qed jiffunzjonaw kif suppost? Jekk le, jista’ jgħid meta mistennija jsiru operattivi u x’inhuma r-raġunijiet għaliex għadhom mhumiex qed jintużaw?
Ħaż-Żebbuġ, Malta - Triq Giovanni Pullicino - Miżuri ta’ sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi miżuri biex Triq Giovanni Pullicino f’Ħaż-Żebbuġ, Malta, issir aktar sigura fid-dawl tas-sewqan eċċessiv u perikoluż, kif ukoll minħabba d-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu f’din it-triq? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-miżuri u meta se jsiru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi se tkun indirizzata l-problema fiż-żona indikata.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ġunju 2025?
Transport Malta - Loading/unloading bays awtorizzati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ loading/unloading bays li huma awtorizzati minn Transport Malta fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (area kollha) u f’liema toroq jinsabu? Jista’ jgħid ukoll kemm-il bay hemm approvata f’kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’San Pawl il-Baħar hemm total ta’ 113 loading/unloading bays imqassmin f’65 triq.