Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-laqgħat li attendejt u mistenni nattendi għalihom huma “Informal meeting of transport ministers – Barcelona" f' Settembru li għadda u “TTE Council of Ministers – Brussels" f'Diċembru li ġej.

Gudja, Vjal l-Avjazzjoni – Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights li jinsabu fi Vjal l-Avjazzjoni, li jintużaw biex mill-Gudja tkun tista' taqsam għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jittranġaw, hekk kif it-tieni set ta' lights tan-naħa tal-Ajruport qed ikunu spiss ma jaħdmux, b'periklu serju għan-nies li jkunu qed jaqsmu hekk kif ikunu ġejjin karozzi u trakkijiet b'veloċità qawwija min-naħa ta' Ħal Far?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar jiem il-“cables” ta’ dawn it-“traffic lights” sofrew xi ħsarat u Transport Malta qed taħdem biex tagħmel it-tiswijiet neċessarji u telimina l-kawża biex il-ħsarat ma jirrepetux ruħhom.

Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ir-Rabat — Triq George Borg Olivier - Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jkun hemm preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta jew LESA fi Triq George Borg Olivier, fir-Rabat, biex jiġi aċċertat li inġenji goffi (heavy vehicles) ma jgħaddux minnha minħabba li dan qed joħloq konġestjoni tat-traffiku ta’ kuljum u huwa kontra l-liġi skont it-tabelli mwaħħla?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ din il-problema u ser ikunu qed jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Infrastructure Malta — Asfaltar tat-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11727, jista' l-Ministru jipprovdi l-lokalitajiet tat-toroq imsemmija, hekk kif kien mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal sistemi tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni. Din hija l-lista tat-toroq li sar l-asfaltar tagħhom minn Infrastruttura Malta mill-2017 sal-lum. Birżebbuġa-Triq Zaren Dalli; Żurrieq-Triq Zaccaria Roncali, Triq San Ġorġ Preca; Żabbar – Triq Zabrella; Żejtun – Triq Xrobb l-Għagin; Marsaxlokk – Triq Xrobb l-Għagin; Rabat-Trejqet Xorbett; Gudja-Sqaq Xlejli; Gudja-Triq Xlejli; Mqabba-Triq Xatba l-Ħamra; Qrendi-Triq at Unnamed road c/w Triq Hagar Qim; San Giljan-Triq William Prescott; Siġġiewi-Triq Wied Xkora; Siġġiewi-Triq Wied tal-Lewża; Birżebbuġa-Trejqet Wied ta' Klima; Żebbuġ -Triq Wied ta' Sant; Rabat-Triq Wied Rini; Żebbuġ-Triq Wied Qirda p/o Triq l-Indipendenza; San Pawl il-Baħar-Triq Wied Qannotta; Rabat-Triq Wied iz-Żebbuġ; Mosta-Triq Wied is-Sir; Żebbuġ-Triq Wied is-Sewda; Luqa-Triq Wied in-Noqor; Qormi- TriqWied il-Kbir; San Ġiljan-Triq Wied il-Għomor; Siġġiewi-Triq Wied Hesri; Balzan-Triq Wied Ħal Balzan Buontempo Estates; San Ġwann-Triq Wied Għollieqa p/o; Żurrieq-Triq Wied Ganu; Żebbuġ- Triq Wied Gandlora; Żurrieq - Triq Wied Fulija; Rabat-Vjal il-Ħaddiem; Furjana-Triq Vincenzo Dimech; Ħamrun-Triq Villambrosa; Gudja-Triq Victor Pasmore; Sliema-Triq Viani; Rabat-Various roads in the limit of the Church of the Nativity of the Virgin Mary; Mtarfa-Various Parking ; Luqa-Triq Valletta; Marsa-Triq Valletta; Marsaxlokk-Sqaq Urbella; Siġġiewi-;Triq San Lawrenz tal-Gholja; Qrendi-Triq off Triq Hagar Qim; Rabat-Triq in Mitħna Ta' Laroka limits of Buskett; Siġġiewi-Triq to il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza; Birżebbuġa- corner of Triq ir-Rizza, Triq il-Gandoffla; Luqa-Unnamed road off Vjal l-Avjazzjoni; Qormi-Unnamed road off triq Wied is-Sewda; Rabat -Unnamed road off Triq tas-Santi; Rabat-Triq Unnamed road off Triq tal-Virtu'; Naxxar-Unnamed road off Triq tal-Imdawra; Qormi-Unnamed Road off Triq talHlas;Qormi- Unnamed Road off Triq tal-Handaq; Żejtun- Unnamed road off Triq tal-Barrani; Żebbuġ-Unnamed Road off Triq Ta' Trapna; Għargħur-Unnamed road off Triq Santa Katarina; Siġġiewi-unnamed road off Triq San Niklaw; Żabbar- Unnamed road off Triq San Guzepp No.2; San Giljan- Unnamed road off Triq Michelangelo Borg; Siġġiewi-Unnamed road off Triq Limiti tal-Buskett; Dingli-Unnamed road off Triq l-Imnarja; Birżebbuġa- unnamed road off triq l-immakulata; San Pawl il-Bahar-Unnamed road off Triq L-Imdawra No.3; Għaxaq- Unnamed road off Triq l-Avjazzjoni; Rabat-Unnamed road off Triq ix-Xagħra tas-Sentini; Birżebbuġa- Unnamed road off Triq it-Torri; Siġġiewi- Unnamed road off Triq is-Siġġiewi; Żurrieq- Unnamed road off Triq il-Wardija; Mellieha-Unnamed road off Triq il-Mellieha; Iklin-Unnamed road off Triq il-Hwawar no.1; Iklin-Unnamed road off Triq il-Hwawar; Luqa-Unnamed road off Triq il-Gudja; Rabat-Unnamed road off Triq il-Gargir; Rabat-Unnamed road off Triq il-Gargir; Birżebbuġa-Unnamed road off Triq il-Brolli; Dingli-Unnamed road off Triq Ħal Tartani; Siġġiewi-Unnamed road off Triq Hal Farrug; Żurrieq-Unnamed road off Triq Hal Far No. 2; Żurrieq-Unnamed road off Triq Hal Far in Żurrieq No.1; Birżebbuġa-Unnamed road off Triq Hal Far; Żebbuġ-Unnamed road off Triq Gianpula; Qormi-Unnamed road off Triq Ghar Ram; Għaxaq -Unnamed road off Triq Ghar Dalam; Marsaxlokk-Unnamed road off Triq Delimara; Mtarfa-Unnamed road off Triq Conti S. Manduca;San Pawl il-Bahar-Unnamed road off Triq Busewdien; Siġġiewi-Unnamed road off Triq Bur ix-Xewk;Rabat-Unnamed road off Triq Buqana; Siġġiewi-Unnamed road off Trejqa tal-Providenza;Siġġiewi-Unnamed road off limits of San Niklaw no.2; Naxxar-Unnamed road of Triq l-Imdawra No.2; Safi-Unnamed road near Airport; Qormi-Unnamed Road Limiti tal-Handaq; Siġġiewi-Unnamed Road Limiti tal-Buskett; Luqa-Unnamed road limit of Ta' Faqqani; Rabat-Unnamed road in Xaghra ta' Girad, Mtahleb; Dingli-Unnamed Road in Triq ir-Rabat no.2; Żurrieq-Unnamed road in Triq il-Wardija; Rabat-unnamed road in Triq Ghar id-Dwieb; Mosta-Unnamed road in the limits of Tal-Qolla (Triq il-Bdiewa); Siġġiewi-Unnamed road in the limits of Buskett;Siġġiewi-Unnamed road in the ex runaway in San Niklaw area; Rabat-Unnamed road in tas-Salib area no.2; Rabat-Unnamed road in tas-Salib Area no.1; Siġġiewi-Unnamed road in Ta' Niklaw Area; Safi- Unnamed road in limits of Hlantun (Phase 1); Rabat-Unnamed road in Kuncizzjoni area; Rabat-Unnamed road in Kuncizzjoni area (A); Rabat-Unnamed road in ix-Xaghra tax-Xini area; Rabat-Unnamed road in ix-Xaghra ta' Xini area (B); Rabat-Unnamed road in Cens l-Iswed & Wied Buzbiez Areas; Marsaxlokk-Unnamed road in an area called iz-Żebbuġ; Żebbuġ-road corner with Triq ta' Qenc; Safi-Unnamed road close to Airport; Qrendi-Unnamed road c/w Triq ta' Muddejn; Żabbar-Unnamed road branching from Triq San Guzepp; Siġġiewi-Unnamde road in il-Hofra, tal-Lenza area; Mdina-Unknown Road; Qormi-Unamed Road off Triq tal-Handaq; Paola-Unamed road off triq Hal-Luqa; Mġarr -Unamed at limiti ta' Halqun; Birżebbuġa -Unamed alley in Triq Hal Far; Birkirkara-Triq Tumas Fenech; Rabat -Triq Trofimu; Rabat-Triq Viti kulturisti; Siġġiewi - Limiti ta' Bur Bagar; San Pawl il-Bahar-Triq il-Port Ruman p/o; Żurrieq-Triq Hlantun to Hal Far; Furjana-Triq It-Trunciera ta’ Tramuntana and Triq Joseph J Mangion; Mġarr-Trejqet it-Tafal ta' San Ġwann; Marsaskala-Triq Torri Mamo; Żejtun-Triq Toni Zahra;Marsaskala-Triq Thomas Ashby; Għaxaq-Triq Tgezwira; Siġġiewi-Triq Taz-Ziri; Rabat-Triq Tat-Targa; Mġarr-Triq Tat-Taqsisa, Trejqa tal-Qala, Triq tal-Haddedin; BirŻebbuġia- Triq tat-Talb; Mosta-Triq tas-Sriedek; Marsaxlokk-Triq Tas-Silg T/G fi Part B; Marsaxlokk-Triq Tas-Silg T/G fi part A; Mqabba-Sqaq Tas-Serer; Mqabba-Sqaq Tas-Sejba; Żebbuġ-Trejqa tas-Saqwi; Birżebbuġa-Triq Tan-Nadur; Siġġiewi -Sqaq Tan-Nadur; Żejtun-Triq Taltas; Mosta-Triq Tal-Wej; Rabat-TriqTal-Virtu' (A); Rabat-TriqTal-Virtu' (B); Msida-Triq tal-Qroqq; Rabat-Sqaq tal-Qlejha z-Zghira; Rabat-Triq tal-Qlajja; Għaxaq-Triq Tal-Qattus; Dingli-SqaqTal-Qasam, Triq De Warsbergh, Gudja; Triq l-ewwel Titjira, Gudja; Triq l-Avjazzjoni, Gudja; Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Luqa; Triq Tumas Cassar, Luqa; parti minn Triq il-Linja, Attard; parti minn Triq Wied Ta’ Irmiedi, Attard; parti minn Triq Hal-Resqun, Gudja; parti minn Triq Dawret, Gudja; parti minn Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar; parti minn Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr; parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan; junction/underpass minn Triq Dun Karm lejn Triq Reġjonali, Imsida, parti minn Triq il-Wied tal-Imsida, Imsida, parti minn Triq ix-Xatt ta’ Xbiex, Imsida, Park and Ride, Pembroke, parti minn Triq il-Marg, Attard, parti minn Triq Dun Karm Northbound, Birkirkara, Triq il-Wied, Birkirkara, parti minn Triq Dun Karm Soutbound, Birkirkara, parti minn Triq Birkirkara, San Ġwann, Triq Fleur De Lys, Santa Venera, Triq Principessa Margaret/Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex, Floriana P&R Roundabout, Floriana, Xatt Lascaris, Floriana parti minn Triq il-Mosta, Lija, parti minn Triq il-Valletta, Mosta, Triq is-Sebħ, Qormi, parti minn Triq il-Gudja, Luqa, parti minn Triq Għar Dalam, Birżebbuġa, Pjazza Dun Tarcis Agius, Marskala, parti minn Triq Diċembru 13, Marsa, parti minn Triq is-Salib tal-Marsa, Marsa, Triq iż-Żejtun, Marsaxlokk, parti minn Triq Marsaxlokk, Marsaxlokk, Triq William Prescott, San Ġiljan, parti minn Telgħet Birkirkara, San Ġiljan, Sqaq Ciantar, San Ġiljan, Triq San Ġwann, Ħamrun, Triq A Cini, Pembroke, Triq il-Battalja ta’ Malta, Pembroke, xogħol ta’ emerġenza fi Triq il-Kaċċa, Ħaż-Żebbuġ, Triq Felicjan, Birżebbugġa, Smart City Area, Kalkara, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Birgu, iż-Żona tal-Landrijiet, Rabat, parti minn Triq il-Kbira, Dingli, parti minn Triq Maddalena, Dingli, parti minn Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli, parti minn Triq Mater Boni Consilii, Fgura, Triq l-Abatija, Mġarr, MIA ring road, Gudja, Triq Britanja, Gudja, Triq Klematis, Santa Luċija, Triq Inez Soler, Santa Luċija, Triq Prinjol, Santa Luċija, Dawret it-Torri, Santa Luċija, Mdina Road, Żebbuġ, PO Service Road fi Vjal Blue Grotto, Żurrieq, Triq l-Ilqugħ, Swieqi, Triq il-Blata, Tarxien, Triq Sant Anna, Tarxien, Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta, Triq il-Labour, Żabbar, parking area quddiem Basketball Pavillion, Ta’ Qali, Triq San Ġużepp Demicoli, Għaxaq, Triq San Luqa, Rabat, Triq l-Emigranti, Naxxar, parti minn Triq l-Imriġġ, Imsida, Triq tal-Għeriebel, Imsida, Sqaq Dun Andre, Imsida, parti minn Triq il-Karozzin, Imsida, Triq Bertha K. IIg, San Ġiljan, Triq San Luqa, Rabat, Triq il-Port Hieles, Birżebbuġa, Triq Manoel de Vilhena, Gżira, parti minn Triq Carlo Manche, Gżira, Triq il-Marfa, Mellieħa, Triq Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar, Hal Dwieli Alleys 2,3, Żebbuġ, parti minn Triq Bormla, Żabbar, Triq id-Difiza Civili, Mosta, Triq Wied il-Ghajn, Żabbar, Triq is-Salvatur, Lija, Triq Tas-Sejba, Mqabba, parti minn Triq Juno, Pembroke, Triq Tunis, Pembroke, parti minn Triq l-Imħallef William Harding, Pembroke, Triq il-Bajjad, Siġġiewi, Triq Achille Ferris, Żebbuġ, Triq Pawlu Balzan, Żebbuġ, parti minn Triq Alessio Eradi, Żabbar, Vjal ir-Royal Amalta Artillery Northbound, Mrieħel, parti minn Triq San Anard, Tarxien, Triq Kapuccini, Żabbar, parti minn Triq l-Imdina, Siġġiewi, Triq San Gwakkin, Qormi, ix-Xatt ta’ Tigne, Gżira, Triq ix-Xatt, Sliema/Gżira, Triq ta’ Xmiexi, Imsida, Triq San Gejtanu, Ħamrun, parti minn Triq Antonio Schembri, San Ġwann, parti minn Triq l-Orintoloġioja, San Ġwann, Triq iż-Żurrieq, Safi, Triq l-Iskola, Safi, Sqaq l-Ibgħal, Birkirkara, Triq l-Intornjatur, Mrieħel, Triq l-Għadam, Mrieħel, Triq it-Territorials, Mrieħel, Triq Giovanni Felice, Mrieħel, Triq San Ġwakkin, Mrieħel, Triq l-Għajn ta’ Nofs Triq, Mrieħel, parti minn Triq il-Ħaddiema, Mrieħel, parti minn Triq il-Birrerija, Mrieħel, Triq Sir Harry Luke, Mġarr, Sqaq Dun Edagar Gatt, Mġarr, Bieb it-Torri, Imsida, Triq tal-Qroqq, Imsida, Triq tat-Torri, Rabat, Triq San Pawlu Xuereb, Rabat, Triq VM Pellegrini, Rabat, Triq in-Naxxar, Birkirkara, parti minn Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli, Triq Charles Sciberras, San Ġiljan, Triq l-Għabex, San Pawl il-Baħar, triq mingħajr isem f’kantuniera ma’ Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar, Triq San Fillippu, Birgu, Triq il-Kapuccini, Kalkara, Vjal ir-Royal Amalta Artillery Southbound, Mrieħel, Sqaq il-Kuncizzjoni, Lija, Triq Balbi, Marsa, Triq Clarence, Msida, Sqaq is-Sigar, San Ġiljan, parti minn Triq Henry Calleja, San Ġiljan, Sqaq Lourdes, San Ġiljan, Mellieħa Square, Mellieħa, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, xogħlijiet ta’ Storm Water fi Triq il-Kandlora, Żebbuġ, Triq Mons Cachia Abela, Żejtun, l-ewwel fażi minn Triq il-Kbira, Tas-Sliema, Triq l-Apparell (Dingli); Siġġiewi-Triq tal-Providenza; Birżebbuġa-Triq Tal-Papa; Mosta-Triq Tal-Milord; Rabat- Triq Tal-Merhliet ;Rabat-Triq tal-Merhla - Migra Ferha; Rabat-Triq Tal-Marga; Rabat-Triq Tal-Lunzjata - Phase 2; Qrendi-Sqaq Tal-Lhudija; Rabat-Triq tal-Kuncizzjoni; San Pawl il-Bahar-Triq Tal-Katidral; Mqabba-Triq tal-Isqof; San Pawl il-Bahar-Triq tal-Hzejjen;Attard-Sqaq tal-Hofra; Qormi-Triq Tal-Hlas; Siġġiewi- Sqaq Tal-Handaq; Siġġiewi-Triq Tal-Ghaqba, near Sqaq it Twil; Żebbuġ-Triq tal-Ghaqba; Siġġiewi-Triq tal-Ghajn il-Kbira; Siġġiewi-Triq tal-Ghajn il-Kbir; Għaxaq-Triq tal-Gewwinija u Triq Dun Mattew Sciriha; Għaxaq-Sqaq Tal-Gebel; Marsaskala-Triq tal-Gardiel; Swieqi-Triq Tal-Franciz; Għargħur-Sqaq Tal-Ferha; Naxxar-TriqTal-Buqan; Rabat-Sqaq tal-Blajjet; Żejtun-Sqaq Tal-Barrani no.2; Għargħur-SqaqTal-Balal; San Ġwann-Triq Tal-Balal; Mellieha-Triq tad-Dahar (Torri l-Ahmar); Lija-Sqaq Sejduna; Mosta-TriqTa' Vnezja; Marsaskala-Triq Ta' Rumi; Qrendi-Triq Ta' San Niklaw; Attard-Sqaq Ta' Rajgu; Attard-Triq Ta' Qassati; Siġġiewi-Triq Ta' Bur il-Kbir; Attard-Triq Ta' Qali; Siġġiewi -Sqaq Ta' Nghajsa c/w Triq il-Fawwara; Qrendi-Triq Ta' Muddejn; Siġġiewi-Triq ta' Zmetta; Furjana-Telgha ta' Sa Maison; Gudja -Triq Ta' Lampat; Siġġiewi-Triq Ta' Karlozzu; Birżebbuġa-Triq Ta' Giligejla; Birżebbuġa-Sqaq ta' Faqqanija; Siġġiewi-Triq ta' Djar Il-Baqar; Siġġiewi-TriqTa' Bur ix-Xewk; Msida-Trejqa Ta' Boxbox; Siġġiewi-Triq Ta' Bellu; Mdina -Triq ta' Wara is-Sur;Siġġiewi-Triq Ta' Srug; Rabat-Triq ta' Qasgha; Gudja-TriqTa' Loretu; Siġġiewi-Triq ta' Lawrenti; San Giljan-Triq Ta' Giorni; Rabat- Triq Ta' Serena; Birżebbuġa-Sqaq ta' Salvun; Safi-Sqaq ta' Bieb il-Garra; San Ġwann-Triq Ta' Zwejt; Msida -Triq ta' Bieb it-Torri; Rabat-Misrah Suffara limits of Rabat; Żabbar-Triq Strickland, San Gorg Preca; Swieqi-St. Andrews Police Compound; Naxxar-Triq Spanja; Żabbar-Triq Spadaro; Marsaskala-Triq Skarpell; Lija-Triq Sir Ugo Mifsud; Ta' Xbiex-Vjal Sir Temi Zammit; San Giljan-Triq Sir Joseph Carbone; Sliema -Triq Sir Arturo Mercieca; Balzan- Triq Sir Antonio Micallef ; Pembroke-Triq Sir Adrian Dingli; Tarxien- Vjal Simmons, p/o Triq Birżebbuġa, p/o Triq il-Knisja; Birżebbuġa-Shooting Range; Tarxien-Triq Service road in Triq tal-Barrani; Qormi- Triq service road in Triq Il-Mithna; Żebbuġ-Triq Sciortino p/o; Tarxien-Triq Santu Wistin; Rabat-Triq Santu Rokku; Għaxaq -Trejqet Santu Kristu; Msida-Triq Santa Venera; Rabat-Triq Santa Rosa; Żejtun-Triq Santa Monika, Santa Fawstina; Pieta-Triq Santa Monika; Għaxaq-Triq Santa Marija p/o; Tarxien-Triq Santa Marija (Part 2); Tarxien-Triq Santa Marija (Part 1); Bormla-Triq Santa Margerita; Paola-Vjal Santa Luċija; Marsaxlokk-Triq Santa Katerina, il-Wilga; Żurrieq-Triq Santa Katerina tal-Baqqari; Għargħur -Triq Santa Katerina; Gudja -Triq Santa Katerina; Rabat-Triq Santa Katerina; Żejtun-Triq Santa Fawstina; Siġġiewi-Trejqet Sant' Andrija; Attard-Triq Sant' Anton & Triq Lord Strickland; Swieqi-Triq Sant' Andrija;Qrendi-Triq Sant' Anna; Sliema-TriqSant Elena; Żurrieq-Triq Sant Agata Triq Gdida fi; ŻurrieqTriq Sant Agata; Fgura-Triq San Xmun; Luqa-Triq San Vincenz De Paul; Luqa-Triq San Tumas & Triq Hal Qormi; Rabat -Triq San Tumas; Fgura-Triq San Tumas; Furjana-Triq San Tumas; Żurrieq -Sqaq San Tumas; Mosta-Triq San Silvestru; Dingli-Triq San Rokku; Żejtun -Triq San Porfirju; Żejtun-Triq San Piju X; Rabat -Triq San Piju V; Mġarr-Triq San Pietru n/s; Kirkop -Triq San Pietru; Mosta-Triq San Pawl Tal-Qliegha; Dingli-Triq San Pawl tal-Pitkali, Wilga, Misrah Suffara; Rabat-Triq San Pawl Kuntent; San Pawl il-Bahar-Triq San Pawl il-Bahar; Safi-Triq San Pawl ; San Pawl il-Bahar-Dawret San Pawl; Attard-Triq San Pawl; Naxxar-Triq San Pawl;Birżebbuġa-Triq San Patrizzju - Parking Area; Rabat -Triq San Patrizju; Birżebbuġa-Triq San Patrizju; Pembroke-Triq San Patrizju; Mtarfa-Triq San Onswald; Siġġiewi-Triq San Nikola, il-Parrocca; Marsaskala-Triq San Nikola, Diviza Kostali; Kirkop-Sqaq San Nikola; Rabat -Triq San Mikiel; Gudja-Sqaq San Mikiel; Rabat-Triq San Mikiel; Żebbuġ-Triq San Martin u Sqaq Nru. 2 fi Triq San Martin; Żurrieq-Triq San Martin; ŻabbarTriq San Leonardu; Żabbar-Triq San Leonardu; Siġġiewi-Triq San Lawrenz tal-Gholja; Valletta-Triq San Kristofru; Mġarr-Triq San Isidoru; Rabat-Triq San Ġwann l-Ghammied; Safi-Triq San Ġwann; Marsaskala-Triq San Gwakkin; Żejtun-Triq San Guzepp; Gżira-Triq San Gorg p/o; Bormla Triq San Gorg; Santa Venera-Triq San Gorg; Isla-Triq San Giljan; Naxxar-Triq San Frangisk t' Assisi; Furjana-Triq San Frangisk p/o; Żabbar-TrejqetSan Frangisk; Bormla-Triq San Frangisk;San Ġwann-Triq San Frangisk;Żabbar-Sqaq San Frangisk; Mġarr-TriqSan Filippu, is-Centinarju; Mġarr- Triq San Filippu; Birgu-Triq San Dwardu; Valletta-Triq San Duminku; Mtarfa-Triq San David; Rabat -Triq San Aristarku; Mtarfa- Triq San Alessi; Paola-Triq Sammat; Żabbar-Triq Salvu Darmanin; Safi-Triq Salvu Cauchi; Mosta-Triq Sagra Familja; Mosta-Triq Ruzar Briffa; Marsaxlokk-Road off Triq Dellimara to Peter; Rabat- Road Next to Dwejra lines; Siġġiewi- Road limits of ta' San Niklaw; San Ġwann-road between Triq Taz-Zwejt and Triq Sir Anthony Mamo (San Ġwann Industrial Estate); Fgura-Sqaq Rjallu; Attard-Ring Road Mount Carmel Hospital; Kalkara-Triq Rinella; Żabbar-Triq Renato Agius Muscat; Msida Triq Regjonali; Santa Venera Triq Regjonali; Gudja Triq Raymond Caruana; Mġarr Ras il-Wied; Mġarr Triq Ras il-Gebel; Lija Triq Ramiro Barbaro, Kbira; Mosta Triq Rafel Caruana Dingli c/w Triq Darmanin; Rabat Triq Raddet ir-Roti; Mtarfa Triq Proserpina; Mġarr Triq Profs David H Trump; San Ġwann Triq Prepostu; San Pawl il-Bahar Triq Port Ruman & parti minn Triq Annetto Caruana; Valletta Triq po Triq San Pawl & po Triq L-Arcisqof; Furjana Triq Pietro Floriani; Rabat Triq Pawlu Iguanez; San Ġwann Triq Pawlu Galea; Żebbuġ Triq Pawlu Debono; Rabat Triq Patri Tumas Xerri; Pembroke Triq Patri Serafin Zarb; Pembroke Trejqet Patri Pelagju Mifsud; Pembroke Trejqet Patri Odorik Grima; Mosta Triq Patri Guze Delia; Tarxien Triq Paola; Luqa p/o Triq Wigi Briffa, Triq l-Iskola; Kirkop p/o Triq San Benedittu; Santa Luċija p/o Triq Klematis;Żejtun p/o Triq il-Kamumilla / Ta' Ganza Area; Żabbar p/o Triq ic-Cimiterju; Mġarr p/o Triq Barbara; Birkirkara p/o is-Sisla, p/o Triq Gorg Borg; Qormi p/o il-Poezija; Bormla p/o il-Gendus / p/o Triq ir-Regatta; Tarxien p/o Guzeppi Montebello, Triq Francesco Crispi and p/o Triq San Anard (service road); Mġarr Bingemma; Xghajra Triq Orlando Żabbar/ it-Torri ta' Alof De Wignacourt; Rabat Triq Opposite Triq San Pawl Kuntent; Rabat Triq off Xaghra tal-Isqof(Phase A and Phase B) and Opp Verdala Palace, Buskett; Żejtun sqaq numru 5 in Triq Xrobb l-Ghagin; Mqabba Sqaq Nru.5 fi Triq il-Parrocca; Mqabba Sqaq Nru.1 fi Triq is-Sejba; Dingli Sqaq Nru.1 fi Triq ir-Rabat; Żebbuġ Sqaq Nru. 4 fi Triq Hal Dwieli; Żejtun Sqaq Nru. 3 fi Triq Strenju, Sqaq tal-Usif Nru. 2; Żejtun Sqaq Nru. 2 fi Triq il-President Anton Buttigieg; Mqabba Sqaq Nru 2, Triq Valletta; Żejtun Sqaq Nru 2 fi Triq Haz-Żabbar; Siġġiewi Triq Nikol Azzopardi; Siġġiewi Triq Nicolo Baldacchino p/o; San Pawl il-Bahar Triq Nicola Ardonio; Żebbuġ Triq next to Victoria Shootin Range; Safi Sqaq Next to Gnien Alexander Ball; Siġġiewi New street off Triq inzul ix-Xemx; Dingli New street in Triq ir-Rabat; Rabat new street in Telgha tas-Saqqajja (Gigu); Msida Triq Nazju Falzon; Gżira Triq Nazju Ellul; Rabat Triq Nadur limiti tar-Rabat; San Pawl il-Bahar n/s in Triq J Quintinus / Triq l-Indipendenza; Kalkara n/s in Triq il-Kapuccini; Żebbuġ Triq Mula; Żebbuġ Triq Mro. Frank Galea; Tarxien Triq Moyra Mintoff; Birżebbuġa Triq Mons. Spir Penza (Expropriation); Birżebbuġa Triq Mons. Spir Penza; Siġġiewi Triq Mons. Mikiel Azzopardi; Siġġiewi Triq Mons. Mikiel Azzopardi; Żebbuġ Triq Mons. Anton Cilia; Attard Model Aircraft Premises; Dingli Triq Misrah Frenc Abela / p/o Triq San Pawl ; Gudja Triq minn Triq Santu Kristu sa Dawret il-Gudja; Hamrun Triq Mimosa, Joe Sciberras; Mtarfa Triq Mikiel Fsadni; San Giljan Triq Mikiel Anton Vassalli; San ĠwannTriq Mikiel Anton Vassalli; Birkirkara Triq Mike Pulis; Żebbuġ Triq Michael Debono; Żebbuġ Triq Mdina; Fgura Triq Mater Boni Consilii, San Gorg Preca, Pace u Grasso, Pjazza Patri Redent Gauci ,Emilio Camilleri, Mater Tereża ta' Kalkutta, il-Kitba; Fgura Triq Martin Luther King; Pembroke Triq Martin Luther King; Marsa Triq Marsa/Hamrun Bypass; Hamrun Triq Marsa Hamrun Bypass; Hamrun Triq Marsa Hamrun Bypass; Tarxien Triq Marjanu Gerada; Naxxar Triq Margaret A. Murray & Triq Andrea Debono; Sliema Triq Manwel Dimech; Tarxien Triq Manuel Buhagiar; Dingli Sqaq Manduka; Siġġiewi Triq Manduka; Pembroke Triq Mandalay; Żebbuġ Triq Mamo; Hamrun Triq Maitland; Fgura Triq Mahatma Gandhi; Paola Triq Maggie Moran & Guzeppi Agius; Mġarr Triq Madre Tereza; Mosta Triq Madre Tereza; Mosta Sqaq Madre Maria Teresa Spinelli; ŻebbuġTriq Luret Cutajar; Gżira Triq Luqa Briffa; Rabat Triq Lunzjata (Phase 1); Pembroke TriqLuigi Preziosi; Żebbuġ Triq Luigi Fontana; Mellieha Triq Louis Wettinger; Żebbuġ Triq Lord Gort; Rabat Triq Limits of St.Paul's fireworks factory; Marsaskala Limiti tat-Torri ta' Triq il-Wiegħsa; Rabat Limiti tas-Salib; Rabat Limiti tar-Raba Nemel; Rabat Limiti tal-Qolla; Naxxar limiti tal-Qadi; Birżebbuġa Limiti tal-Marnizi; Rabat limiti tal-Hofriet ir-Rizz; Rabat Limiti tal-Gebel l-Abjad; Rabat Limiti tad-Dwejra; Siġġiewi Sqaq Lanza; Birżebbuġa Limiti ta' Wied il-Qoton; Żurrieq Limiti ta' Wied Ganu (Phase A); Siġġiewi limiti ta' Wied Musa; Mġarr Limiti ta' Santi; Rabat Limiti ta' Lawrenti; Rabat limit ta' Chadwick Lakes; Kalkara Leading to pumproom at Malta Film Studio; Mġarr Triq Lazzru Pisani; San Giljan Triq Lapsi; Xghajra Triq Lapsi; Marsaskala Triq La Sengle; Swieqi Triq l-Ortensja; Bormla Triq l-Oratorju; Naxxar Triq l-Oqbra ta' Hawwat; Santa Luċija Triq l-Istefanotis; San Pawl il-Bahar Triq l-Istamnar; Birkirkara Triq l-Isqof Labini; Qormi Triq l-Isqof Despasquale; Tarxien Triq L-Isqajjaq, Sqaq ix-Xintill, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia; Attard Triq l-Isptar; Xghajra Triq l-Isponott; Swieqi Triq l-Iskwerra; San Pawl il-Bahar Triq l-Iskuna parti minn; Rabat Triq l-Iskultura; Xghajra Triq l-Iskola/Dwardu Ellul; Żabbar Triq L-iskola; Żebbuġ Triq L-Iskalora; Rabat Triq l-Irziezet tal-Imtahleb; Naxxar Trejqet L-irziezet; Mosta Triq l-Inkurunazzjoni p/o; Attard Triq l-Inhasa; Naxxar Triq l-Ingilterra; Luqa Triq l-Ingiered; Qormi Triq l-Industrija; Pieta Triq l-Indipindenza; Ta' Xbiex Triq L-Imradd; Għargħur Sqaq l-Imnieqa; Birżebbuġa Triq l-Imnarja; Mġarr Triq l-IMġarr/ p/o Triq Sir Temi Zammit / p/o Triq iz-Zebbiegh (Mġarr); Attard Triq l-Imdina, Zaghfran, Nutar Zarb, Belt Valletta, Tumas Chetcuti, Ferdinandu Inglott, Oliver Agius, Hannibal, Hal-Warda, Haz-Żebbuġ, Vjal De Paul; Żebbuġ Triq L-Imdina Żebbuġ (bypass); Qormi Triq l-Imdina (Southbound); Birkirkara Triq L-Imdina (direction to Valletta) ; Żebbuġ Triq l-Imdina - Service Road; Żebbuġ Triq l-Imdina; Qormi Triq l-Iljun; Valletta Triq l-Ifran; Fgura Triql-Ghollieq; Mosta Triq l-Ghollieq; Żebbuġ Trejqet l-Ghollieq; Marsaxlokk Triq l-Gholjiet ta' Guno; Balzan Triq l-Gherusija; Rabat Triq l-Gheriexem; Żurrieq Triq l-Gherien; Rabat Trejqet l-Ghemieri; Żebbuġ Triq l-Ghasir; Fgura Triq l-Gharnuq; Qrendi Triq L-Gharix ; Qormi Triq L-Gharghar 1979; Żebbuġ TriqL-Ghaqba; Mġarr Triq l-Ghansar p/o; Dingli Triq L-Ghajn; Dingli Triq l-Ghabex, Lemhet Filfla, Guze' Ebejer p/o; Luqa Triq l-Ewwel Titjira; Għaxaq TriqL-Ewwel Ta Jannar 1626; Gudja Triq l-Awrekarja; Luqa Vjal l-Avjazzjoni; Mosta Triq l-Assambea Nazzjonali; Mellieha Triq L-Armier Iz-Zghir; Xghajra Sqaq L-Arkati; Naxxar Triq l-Argentina; Mosta Triq Kumbu; Naxxar Triq Korfu; Paola Triq Kordin; Rabat Triq Kola Xara; Santa Luċija Triq Katerina Vitale; Hamrun Triq Karmnu Abela; Żebbuġ Triq Karlu Gimach/ p/o Triq il-Grazzji; Lija Triq Karlu Darmanin; Attard Triq Kananea; Għaxaq Triq Kalamija; Pembroke Triq Juno; Pembroke Triq Jum Pembroke; Mtarfa Triq Joseph S. Calleja; Gudja Triq Joseph Pace; Hamrun Triq Joseph Abela Scolaro; Swieqi Triq Josef Kalleya; Naxxar Triq John Ayde; Naxxar Triq Jean Houel, Andrea Debono, Maragaret A. Murray; Żebbuġ TriqJ. P. Vassallo; Mqabba Triq iz-Żurrieq; Santa Luċija Triq iz-Znuber; Marsaskala Triq iz-Zinzell; Isla Triq iz-Zewg Mini (Part of); Għaxaq Triq iz-Żejtun; Tarxien Triq iz-Żejtun; Siġġiewi Sqaq iz-Zebbieh;Kirkop Triq iz-Zebbiegh / Triq il-Lewziet; Mġarr Triq iz-Zebbiegh; Żabbar Triq iz-Zarzarell; Tarxien Triq ix-Xintill; Żebbuġ Triq ix-Xghir; Żabbar Triq ix-Xghajra; Paola Triq ix-Xewk; Birżebbuġa Triq ix-Xerriek; Naxxar Triq ix-Xbiek N/S in; San Giljan Triq ix-Xatt ta' Spinola; Pieta Triq ix-Xatt; Mġarr Triq ix-Xaghra tal-Knisja; Siġġiewi Triq ix-Xaghra tal-Gżira u ta' Ghar Lapsi; Żebbuġ Triq it-Twila , Profs Wallace Gulia; San Pawl il-Bahar Triq It-Turisti; Mellieha Dawret it-Tunnara; Xghajra Triq it-Tumbrell; Naxxar Triq it-Tuffieh; Żebbuġ Triq It-Troll; Mqabba Triq It-Torri Vincenti; Msida Triq it-Torri p/o; Gudja Vjal it-Torri; Marsaxlokk Triq It-Torri; Msida Triq it-Torri; Swieqi Triq it-Tomna; Bormla Triq it-Tlett Ibliet; Marsa Triqit-Tigrija; Qormi Triq it-Tiġrija; Rabat Triq it-Tiġrija; Swieqi Triq it-Tiben; Mellieħa Triq it-Tgħam; Qrendi Triq it-Tempesta; Safi Triq it-Tellerit; Rabat Triq it-Telgha tas-Saqqajja; Naxxar Triq it-Telgha ta' Alla u Ommu; Tarxien Triq it-Tarzna; Qormi Triq it-Tapizzara; Birżebbuġa Triq it-Tankijiet; Mosta Triq it-Tahhan;Balzan Triq it-Tabib J. Zammit; Marsa Triq Isouard; Valletta Triq is-Sur ta Santa Barbara; Isla Triq is-Sur; Fgura Triq is-Sur; Tarxien Triq is-Sorijiet; Mosta Triq is-Snajja; Msida Triq is-Snajja; San Pawl il-Bahar Triq is-Simar; Qrendi Triq is-Siġġiewi; Siġġiewi Triq is-Siġġiewi; Żebbuġ Triq is-Siġġiewi; Kalkara Triq is-Sienja; Swieqi Triq is-Sidra; Naxxar Triq is-Sghajtar; Marsa Triq is-Serkin ; Żabbar Triq is-Serer; San Ġwann Triq is-Seqer; Qormi Triq is-Sebh; Mġarr Triq is-Sebbieh; Msida Triq is-Sarg; Żabbar Triq is-Santwarju; Birkirkara Triq is-Santwarju; Mġarr Triq is-Santi; Rabat Triq Is-Salvja; Rabat Triq is-Sajf ta' San Martin; Mosta Triq ir-Rumani; Santa Venera Vjal ir-Royal Malta Artillary / slip road to Santa Venera Tunnels; Mqabba Triq ir-Robba; Żurrieq Sqaq ir-Rikka; Mġarr Triq ir-Rih tal-Barriera/ Land at Sqaq nru.1 in Triq il-Palma; Marsaskala Triq ir-Ridott p/o; Żebbuġ Triq Ir-Remel; Mosta Triq ir-Rebbiegha; Mtarfa Triq ir-Razzett l-Ahmar; Swieqi Triq ir-Ratal; Żabbar Triq ir-Rand; Kirkop Sqaq Ir-Ramlija; Mellieha Triq ir-Ramla tat-Torri l-Abjad; Mellieha Triq ir-Ramla tal-Bir; Żebbuġ Triq Insig; Rabat Triq Inguanez; Żabbar Triq in-Nissieg ; Żabbar Triq in-Newl p/o; Lija Triq in-Naxxar; Mtarfa Triq In-Narcis, Il-Pepprin, Il-Qronfol, Il-Gilju, Il-Gizi; Mosta Triq in-Naqqax; Żabbar Triq in-Nahla; Qormi Triq in-Nahal; Rabat Triq in Lunzjata Area ; Mellieha Triq Il-Wilga; Għaxaq Sqaq il-Wilga; Żebbuġ Triq Il-Wied Boqqiegha fi Triq il-Gandlora; Iklin Triq il-Wied; Paola Triq il-Wied; Żurrieq Triq il-Wied; Żabbar Triq il-Werzieq ; Żurrieq Triq Il-Wardija; Żurrieq Sqaq il-Wahx; Marsaskala Triq il-Vjola; Qormi Triq Il-Vitorja/ Bellic; Hamrun Triq il-Vitorja ; Żurrieq Triq il-Qroll p/o, Antonia Farrugia; Birżebbuġa Sqaq Il-Qoton; Żurrieq Triq il-Qortin; Għargħur Sqaq Il-Qieghed; San Pawl il-Bahar Triq il-Qawra; Qormi Sqaq Il-Qasba; Mosta Triq il-Qares; Balzan Triq il-Qarcilla; Żabbar Triq il-Qaqocc; Attard Triq il-Qamħ, Triq is-Sieqja, Triq ix-Xgħir and Triq iż-Żir; Żebbug Triq il-Qamh; Marsaskala Triq Il-Qaliet; Paola Triq il-Qalb ta' Gesu; Birżebbuġa Triq il-Qalb Imqaddsa; Santa Venera Triq Il-Qalb Imqaddsa; Żabbar Triq il-Qalb Imqaddsa; Safi Triq Il-Punici; Rabat Trejqet Il-Profs. V. Griffiths; Żebbuġ Triq il-Professur Anthony Żammit; Santa Luċija Triq il-Prinjoli; Naxxar Triq Il-Prinjol, ta' Qadi; Iklin Triq il-Prinjol; Paola Triq il-Principessa Marija; Żebbuġ Triq il-Princep Baziliku; Pembroke Triq il-President Anton Buttigieg; Żejtun Triq il-President Anton Buttigieg; Isla Triq il-Portu Salvu; Għaxaq Sqaq il-pont fi Triq Has-Saptan; Bormla Triq il-Polverista p/o; Bormla Triq il-Pellegrinagg; Marsaxlokk Triq il-Patrijiet Terezjani; Dingli Triq Il-Parrocca; Naxxar Triq il-Parrocca; Mosta Triq il-Parjan; Mellieha Triq Il-Palma; Birgu Triq Il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur; Birżebbuġa Triq il-Musbieh; Xghajra Triq il-Mulett; Attard Triq il-Mosta; Marsa Triq Il-Moll tal-Braken / Il-Moll tal-Pont / Il-Moll tal-Hatab; Naxxar Triq il-Mithna; Furjana Triq il-Miratur; Naxxar Triq il-Milizzja; Valletta Triq il-Merkanti & p/o Triq it-Tramuntana; Għaxaq Triq Il-Merill; Fgura Triq il-Merħba; San Ġwann Triq il-Mensija; Mellieha Triq il-Mellieha; Qrendi Sqaq il-Mejda; Naxxar Triq il-Mazza; Marsa Triq il-Marsa; Naxxar Triq il-Marokk; Swieqi Triq il-Markiz J. Scicluna; Attard Triq il-Marg; Mellieha Triq il-Marfa; Mtarfa Triq il-Maqdes Ruman; Naxxar Sqaq Il-Maghtab; Żebbuġ Triq il-Madonna & p/o Triq Sidtna tal-Angli; Żabbar Triq il-Madaffa; Valletta Triq il-Lvant; San Pawl il-Bahar Triq Il-Luzzu ; Żabbar Triq il-Luq; MostaTriq il-Lunzjata; Fgura Triq il-Liedna; Naxxar Triq il-Libja; Kirkop Triq il-Lewziet; Siġġiewi Triq il-Lewza p/o; Gudja Triq il-Lewz; Rabat Sqaq il-Lewz; Mġarr Triq il-Lellux; Mosta Triq il-Leggenda; San Pawl il-Bahar Triq il-Lampuki; Tarxien Triq il-Lampuka; Marsa Triq il-Labour, Giuseppe Garibaldi, Santa Luċija; Marsa Triq il-Labour; Naxxar Vjal Il-Labour; Żejtun Triq il-Labour; Sliema Triq il-Kurunell Savona; Msida Triq il-Kunzar p/o; Dingli Triq Il-Kuncizzjoni; Isla Triq il-Kuncizzjoni; Mosta Triq il-Kuncizzjoni; Birkirkara Triq il-Kullegg; Safi Triq Il-Kuccard; Żejtun Triq Il-Kotob, Santu Kristu; Mosta Triq il-Kostituzzjoni; Naxxar Triq Il-Kostinjus; Mqabba Triq il-Konvoj ta' Santa Marija; Mtarfa Triq Il-Konti Salvatore Manduca; San Pawl il-Bahar Triq Il-Knisja; Swieqi Triq il-Kejla p/o; Mosta Triq il-Kbira; Żejtun Triq il-Kbira; Mtarfa Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello; Marsaxlokk Triq il-Kavallerizza; Santa Venera Triq il-Kardinal Sciberras; Kalkara Triq il-Kapuccini; Furjana Triq il-Kappucini; Naxxar Triq il-Kappella ta' Santa Marija; Naxxar Triq Il-Kappella ta' San Mikiel; Żejtun Triq il-Kantur; Santa Venera Triq il-Kanonku Bonnici; Birkirkara Triq il-Kan. Karm Pirotta; Birżebbuġa Triq il-Kan. Karm Bugelli; Marsaxlokk Triq il-Kajjik/ Triq ic-Cippi; San Pawl il-Bahar Triq il-Kahli; Żebbuġ Triq il-Kacca; Għargħur Sqaq Il-Hofra; Qrendi Sqaq il-Hofra; Żebbuġ Triq il-Hlewwa; Birkirkara Triq Il-Herba; Mġarr Triq il-Hawlija; Qormi Triq il-Harruba; Qormi Triq il-Handaq p/o; Żejtun Vjal il-Hamsa u Ghoxrin ta' Novembru; Marsa Triq il-Haddiem; Gżira Triq Il-Gżira; Għaxaq Triq il-Gudja; Gudja Dawret Il-Gudja; San Ġwann Triq il-Gojjin; Żabbar Triq il-Gizimina; Santa Luċija Triq il-Gizimin; Kalkara Triq il-Gir; Swieqi Triq il-Giebja; Rabat Trejqet Il-Gewz; Marsa Triq il-Gerrejja p/o ; Naxxar Triq il-Germanja; Naxxar Triq il-Gellewz; Birżebbuġa Triq Il-Gebel u Triq Tal-Papa p/o; Birżebbuġa Triq il-Gebel; Luqa Triq Il-Gdida; Paola Triq il-Gdida; Mosta Triq il-Garrier; Rabat Triq il-Gargir and Triq Ghajn Kajjet; Santa Luċija Triq il-Gardenja; Attard Triq il-Gamar; Mġarr Triq il-Fuhhar l-Ahmar; Mosta Triq il-Fuhhar; Żebbuġ Triq il-Fraxxnu; Naxxar Triq il-Fortizza tal-Mosta; Xghajra Triq il-Fortizza tal-Grazzja; Birżebbuġa Triq il-Fortizza ta' Karagg; Birżebbuġa Sqaq il-Fortizza; Birżebbuġa Triq il-Fortizza; Mosta Triq il-Fortizza; San Pawl il-Bahar Triq il-Fortizza; Naxxar Triq il-Forga p/o; Żabbar Triq il-Fikus; Żabbar Triq il-Figel ; Birkirkara Triq il-Ferrovija l-Antika; Siġġiewi Triq Il-Fawwara; Siġġiewi Sqaq Il-Fawwara; Mosta Triq il-Farinal; Żejtun Triq il-Faqqus; Mosta Triq il-Familja Cumbo; Mqabba Triq il-Familja Brancati; Fgura Triq il-Falkunier & Triq ir-Rghajja; Birżebbuġa Triq il-Bzulija; Marsaskala Triq il-Buttar; Dingli Triq il-Buskett; Żebbuġ Triq il-Buskett; Dingli Triq il-Bufula, p/o Triq Panoramika; Marsaskala Triq il-Btieti; Santa Venera Triq il-Brunzar; Iklin Triq il-Bruka; Santa Luċija Triq il-Bruka; Birżebbuġa Triq il-Brolli; Naxxar Triq il-Brazil; Santa Venera Triq il-Blata l-Kahla; Mosta Triq Il-Bidnija; Naxxar Triq il-Berquq; Mosta Triq il-Bergamott; Mosta Triq il-Bennej; Mqabba Triq il-Belt Valletta ; Għaxaq Triq il-Belt Valletta; Mqabba Triq Il-Belt Valletta; Mosta Triq il-Bdoti; MostaTriq Il-Bdiewa Sqaq Nru. 4; Marsaskala Xatt il-Batterija ta' Rihama; Birżebbuġa Triq il-Barrieri; Żurrieq Triq il-Barrieri; Għaxaq Triq il-Barklor; Mosta Triq il-Baqqunier; San Pawl il-Bahar Triq il-ballut; Mosta Triq il-Ballata; Għaxaq Sqaq il-Bajtar; Żabbar Triq il-Bajada; Żabbar Triq il-Bahrija; Qormi Triq il-25 ta' Mejju; Pieta Triq id-Duluri; Żabbar Triq id-Dliela ; Luqa Triq Id-Disgha ta' April; Dingli Triq Id-Dejqa; Gudja Triq Id-Dejqa; Fgura Triq id-Dejma; Żejtun Triq id-Dahla ta' San Tumas; Dingli Triq id-Dahar Buskett Road; Mġarr Triq id-Dahar; Naxxar Triq ic-Cirasa; Paola Triq ic-Cimiterju ;Naxxar Triq ic-Cili; Birgu Triq Ic-Centinarju tal-Parrocca; San Ġwann Triq ic-Cawsli; Għargħur Sqaq Ic-Cawl; Għargħur Sqaq Hofra parti minn; Rabat Triq Ħobbejza; Żurrieq Triq Ħlantun (Phase 2); Rabat Triq hdejn tal-Mithna; Fgura Triq Haż-Żabbar, Triq Hompesch; San Giljan Triq Hans Stumme; Attard Triq Hannibal; Naxxar Triq Hannewija; Żebbuġ Triq Hali; Żebbuġ Triq Hal-Mula; Qrendi Triq Hal-Lew; Lija Triq Hal-Bordi p/o, tal-Mirakli, N.Cottoner, Sant' Andrija Sqaq Nru. 1 ; Rabat Triq Hal Tartani p/o; Żebbuġ Triq Hal Sajd; Gudja Triq Hal Resqun; Marsa Triq Hal Qormi; Żurrieq Triq Hal Millieri; Paola Triq Hal Luqa; Qormi TriqHal Luqa; Għaxaq Dawret Hal Għaxaq; Mqabba Triq Hal Farrug; Birżebbuġa Triq Hal Far ; Balzan Wied Hal Balzan; Żebbuġ Hajt Laringu; Żabbar Triq Hadd in-Nies p/o; Gudja Sqaq Habel Wati; Naxxar Triq Habel Gendus; Msida Triq Ġwann Mamo; Għaxaq Triq Guzeppi D'Arena; Paola Triq Guzeppi Agius; DingliTriq Guze Ellul Mercer; Qormi Triq Gorg Zammit; Luqa Triq Gorg Zahra p/o Triq L-iskola p/o Triq l-Ahwa Vassallo; Luqa Triq Gorg Zahra p/o Indri Micallef p/o Triq Wigi Briffa; Rabat Triq Gorg Borg Olivier; Mġarr ,Triq Gnien Ghajn Dwieli; Rabat Triq Gnien Fieres; Pembroke Trejqet Giuseppe M. Letard; San Pawl il-Bahar Triq Giusepp Despott; Msida Triq Giorgio Mitrovich; Mosta Triq Gio C Dei Marchesi Mallia Tabone; Żejtun Triq Giebja Rumana, Tursin il-Bir; Naxxar Triq Gibilta; San Pawl il-Bahar Triq Ghawdex; Qormi Triq Gharram; Mellieha Triq Ghar u Casa; Siġġiewi Triq Ghar Lapsi (Tal-providenza) ; Rabat Triq Ghar id-Dwieb; Rabat Triq Ghar Barka; Mġarr Triq Ghajn Tuffieha/ Unnamed road off Triq Ghajn Tuffieħa ; Mellieha Triq Ghajn Tuffieha, Triq San Pawl il-Bahar; San Pawl il-Bahar Triq Ghajn Rihana; Mqabba Triq George Martin; Rabat Triq Ġebel Ghomor p/o; Żurrieq Triq Gdida fi Triq Wied Fulija; Mtarfa Triq Ġdida fi Triq L-Imtarfa; Fgura Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq; Dingli Triq Ġdida fi Triq it-Turretta; Mqabba Triq Ġdida fi Triq Innocenzju; Dingli Triq Ġdida fi Triq il-Maddalena; Naxxar Vjal Ġdida fi Triq il-Labour; Naxxar Triq Ġdida fi Triq il-Għargħur; Marsaskala Triq Gdida fi Triq il-Buttar; San Giljan Triq Gdida fi Triq Albert Mayr; Siġġiewi Triq gdida fi Moghdija ta' Fuq Djar il-Baqar; Marsa Triq Garibaldi Behind Factories; Żebbuġ Triq Ġanni Cilia; Għaxaq Triq Gammari Dalli; Pembroke Triq Gabriele Henin; San Ġwann Triq G. Despott; Gudja Sqaq Fuq Wied Betti; Dingli Triq Frenc Abela, Triq il-Kuncizzjoni; Mtarfa Triq Frans Galea; Żabbar Triq Francis X. Attard; Naxxar Triq Francis Attard; Kalkara Triq Francesco Chircop; Rabat Sqaq Fra Diegu; Marsaxlokk Triq Forti Delimara & il-Fanal Delimara; Mġarr Triq Fomm ir-Rih; Birkirkara Triq Fluer-de-Lys; Mġarr Triq Fisher - Il-Kbira; Gudja Triq Filippu Castagna; Rabat Triq fil-Limiti tal-Wilga; Rabat Trejqa fi Triq Wied il-Qlejja; Żabbar Sqaq fi Triq Villabate; Rabat Sqaq fi Triq tas-Salib; Rabat Triq fi Triq tal-Merhliet; Siġġiewi Triq fi Triq ta' Bellu; Dingli Triq fi Triq ta' Baldu; Rabat Triq Fi Triq Ta' Santi; Birżebbuġa Triq fi Triq Ta'Wied il-Qoton; Żabbar Triq fi Triq San Leonardu; Dingli Triq fi Triq San Ġwann Bosco, part of Triq San Ġwann Bosco, Dahla tas-Sienja and Sqaq il-Museum; Birżebbuġa Sqaq fi Triq Limiti ta' Wied il-Qoton; Mġarr Triq fi Triq Limit tal-Lippija; Siġġiewi Triq fi Triq Lawrenti; Birżebbuġa Sqaq fi Triq l-Immakulata Kuncizzjoni; Żebbuġ Triq fi Triq it-Tnax ta' Mejju; Rabat Triq fi Triq it-Tigrija; Siġġiewi Triq fi Triq it-Tigrija; San Pawl il-Bahar Triq fi Triq il-Wardija; Żurrieq Triq fi Triq il-Wardija; Birżebbuġa Sqaq fi Triq il-Kuncizzjoni; Żebbuġ Sqaq fi Triq il-Buskett; Rabat Triq Fi Triq Hofra ta' Ritz; Luqa Triq fi Triq Hal Farrug; Żebbuġ Triq fi Triq H'Attard; Żebbuġ Sqaq fi triq 12 ta' Mejju; Dingli Triq fi Triq ta' Sabbat; Rabat Triq Ferris; Lija Triq Fernand Grech; Birżebbuġa Triq Ferdinand Stuflesser II; Pembroke Triq Falaise; San Giljan Sqaq Fabri; Siġġiewi Triq f' Wied Hesri; Santa Venera Triq Erbgha ta’ Settembru 1918; Żebbuġ Triq Emmanuel Cilia ; Żurrieq Triq E. Grech; Żejtun Triq E Attard Bezzina ; Żejtun Triq Dwiemes p/o; Mosta Triq Durumblat; Marsaxlokk Triq Duncan; Għaxaq Triq Dun V. Scicluna Hernandez; Luqa Triq Dun Pawl; Żebbuġ Triq Dun Mikelang Sapiano; Santa Luċija Triq Dun M Mifsud; Għargħur Triq Dun Karm Vella; Mosta Triq Dun Karm Schembri; Birkirkara Triq Dun Karm; Qormi Triq Dun Ġwann Cilia; Mġarr Triq Dun Guzeppi Micallef; Luqa Trejqa Dun Gulju Muscat; Attard Triq Dun Alwig Galea; Dingli Sqaq Djar il-Bniet; Marsa Triq Dicembru 13; Marsaxlokk Triq Delimara; Balzan, Attard Vjal De Paule, Sqaq 1 fi Triq l-Imdina; Santa Luċija Triq Dawret it-Torri ; Mosta Triq Dawret il-Wied; Rabat Triq Dahlet id-Dejr ; Żabbar Triq Corrado ; Żejtun Triq Connaught ; Naxxar Triq Cipru; Birkirkara Triq Censu Costa p/o; Hamrun Triq Censu Bugeja; Għaxaq Trejqet Carmelo Rosario Dimech; Għargħur Triq Caravaggio; Mosta Triq Burmarrad, Triq il-Bidnija u Vjal Millbrae; Naxxar Triq Burmarrad ; San Pawl il-Bahar Triq Burmarrad ; Pembroke Triq Burma; Gudja Triq Burglat; Siġġiewi Triq Bur Ix-Xewk; Siġġiewi Triq Bur it-Tokk; Fgura Triq Buqexrem; Rabat Triq Buqana; Mqabba Sqaq Buhar; Żejtun Triq Bugharbiel; Birżebbuġa Triq Brolli/ Has-Saptan; Għaxaq Triq Brolli; Naxxar Sqaq Brimbu; Santa Venera Triq Brighella; Paola Triq Bormla; Mosta Triq bla isem qrib Triq il-Bdiewa; Rabat Triq bla isem Migra l-Ferha; Rabat Triq bla isem minn Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello to Triq Buqana; Rabat Triq bla isem limiti tad-Dwejra; Paola Triq bla isem limiti ta' Kordin/Ras Hanzir; Mġarr Triq bla isem Limiti ta' Fomm ir-Rih.; Siġġiewi Triq bla isem limiti ta' Xaqqa; Rabat Triq bla isem hdejn il-kappella tan-Nattivita; Żurrieq Triq bla isem fir Triq il-Belt Valletta; Mosta Triq bla isem fil-Bidnija; Mġarr Triq bla isem fi Triq Temi Zammit ; Rabat Triq bla isem fi Triq Santa Katerina; Mosta Triq bla isem fi Triq San Pawl Tal-Qliegha; Siġġiewi Sqaq bla isem fi Triq San Lawrenz tal-Gholja No.3; Mdina Triq bla isem fi Triq l-Infetti; Mqabba Sqaq bla isem fi Triq is-Sejba; Mġarr Triq bla isem fi Triq is-Santi; Rabat Triq Bla isem fi Triq il-Blajjet; Qormi Triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta; Attard Triq bla isem fi Triq Haz-Żebbuġ; Iklin Triq bla isem fi Triq Erin Serracino Inglott; Żebbuġ Triq bla isem fi Triq Dun Mikiel Xerri; San Pawl il-Bahar Triq bla isem fi Triq Burmarrad; Naxxar Triq bla isem fi Sqaq Habel Zwejra; Swieqi Triq bla Isem bejn Triq is-Slielem u Triq Zejni; Rabat Triq bla isem; Mqabba Triq biswit ic-Cimiterju; Birżebbuġa Triq BirŻebbuġia; Hal Tarxien Triq Birbixkilla p/o / Sqaq Nru 1; Gudja Triq Bir Miftuh (p/o William Baker, Triq Vincenzo Dimech, p/o Triq Pietro Gagliardi, p/o Triq il-Maghsar and p/o Triq San Mark); Żabbar Triq Bieb is-Sultan / n/s in Triq is-Sahhara / Triq Alessio Erardi ; Pembroke Triq Bice Mizzi Vassallo; San Giljan Triq Bertha K. IL.G.; Żurrieq Triq Benghisa, Hal Far; Birżebbuġa Benghajsa MATS Station; Birżebbuġa Triq Benghajsa; Birżebbuġa Triq Belle Isle p/o; Żejtun Triq Beland; Żebbuġ Triq Batu, p/o Triq Santa Marija; Santa Venera Triq Batterija; Żurrieq Sqaq Barcellona; Żebbuġ Wied Baqqiegha; Żurrieq Sqaq Ballott; Hamrun Triq Atocia; San Pawl il-Bahar Triq at Wied ta' Ghajn Mula; Lija Triq Annibale Preca; Birkirkara Triq Anglu Mallia; Żebbuġ Triq Angelo Melilli;,Qormi Triq Angelo Borg; Żebbuġ Triq Andrea Bogdan; Għaxaq Triq Andar; Żebbuġ Triq Ambroġ Buttiġieġ ; Marsaxlokk Triq Alternate rural route for Delimara; Mosta Triq Alofju Wignacourt; Rabat Sqaq Alleys in Triq Wied l-Isqof; Bormla Triq Alessandra; Marsa Triq Aldo Moro, Gvern Lokali; Żebbuġ Triq Adeodato Gatt p/o u p/o Triq Frans Sammut; Santa Venera Triq Adelaide Cini; Santa Venera Triq Abela; Ta' Xbiex TriqAbate Rigord; Pembroke Triq A.N.Z.A.C.; Żabbar Triq A. Caligari; Marsaxlokk Triq 8 ta' Mejju; Birżebbuġa Triq 22 ta' Frar ; Lija Triq (Unnamed Road) off Triq Il-Mosta; Mosta Triq (Unnamed Road) Between Triq L-IMġarr & Triq Il-Bidnija; Birgu Triq La Vallette / Pjazetta San Filippu / Patri Indri Vella; Żejtun Misrah is-Suq ; Swieqi Triq il-Gizimin p/o; Kalkara Triq il-Genista.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11728, peress li l-mistoqsija oriġinali ma ġietx imwieġba, jista' l-Ministru jelenka u jipprovdi l-lista tat-toroq fejn saru s-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11728, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi mhumiex responsabbli mis-servizzi tad-dawl.

Servizzi tad-dawl fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11729, peress li l-mistoqsija ma ġietx imwieġba, jista' l-Ministru jipprovdi lista tat-toroq li fihom huwa ppjanat li se jingħaddew is-servizzi tad-dawl u linji minn taħt l-art fis-sena li ġejja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12132.

Mosta, Ta’ Mlit — Rotot ta’ trasport pubbliku

Question

Minħabba d-dawrien tad-direzzjonijiet ta' xi toroq arterjali li saru reċentement fil-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex jiġu emendati r-rotot preżenti tat-trasport pubbliku, sabiex l-utenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ta' Mlit ikunu moqdijin aħjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba t-tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku, id-dħul ġewwa l-Mosta mid-direzzjoni ta’ Ħal Lija sejjer ikun minn Triq il-Kungress Ewkaristiku, filwaqt li l-ħruġ mill-Mosta fid-direzzjoni ta’ Ħal Lija sejjer ikun minn Triq il-Kbira u minn Triq l-Indipendenza. Minħabba li fil-preżent għaddejjin ix-xogħlijiet ġewwa l-Mosta, ir-rotot tat-trasport pubbliku għalissa mhumiex isegwu dan it-traġitt. L-inħawi Ta’ Mlit qiegħdin jiġu moqdija permezz tar-rotta 44 fiż-żewġ direzzjonijiet u permezz tar-rotta 47 f’direzzjoni waħda.

Il-Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - Bankini

Question

Fid-dawl illi reċentement bankini li kienu tal-paving fi Triq il-Kostituzzjoni, ġewwa l-Mosta, inqalgħu bħala parti mill-proġett ta’ rain water culvert, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li dawn se jsiru tal-konkos, bil-kaġun li allura se jkun hemm telfien estetiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Pont tal-Bidnija — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet tal-pont tal-Bidnija, u jagħti rendikont dettaljat tax-xogħlijiet li saru u dawk li hemm ippjanati li jsiru u li s’issa għadhom ma twettqux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn din il-ġimgħa stess il-pont imsemmi ser ikun aċċessibbli għas-sewwieqa, u l-proġett mistenni jkun magħluq kompletament sa nofs Novembru. Ix-xogħlijiet li saru s’issa jinkludu, għarfien dwar is-servizzi eżistenti tat-triq u devjazzjoni tas-servizzi biex ikun jista’ jsir tkissir tal-pont u t-tħejjijiet tal-piles; tmien piles li saru fl-abutments fuq il-ġnub tal-pont biex isaħħu l-abutments eżistenti; tkissir tal-istruttura tal-pont eżistenti; tkissir tal-pilastru fin-nofs tal-pont biex jgħin għall-ftuħ tal-wied u l-passaġġ tal-ilma; travi tal-konkos (pile caps) u ħadid fuq kull naħa tal-abutments; tisħiħ mad-dawra taż-żewġ abutments permezz ta’ konkos rinfurzat u ħitan precast; tqegħid tat-travi precast li jiffurmaw is-saqaf tal-pont il-ġdid; tqegħid tas-soqfa precast biex jingħalqu l-culverts li saru minħabba l-mogħdija tas-servizzi; tisħiħ tal-retaining walls fuq il-ġnubijiet tat-triq permezz ta’ piles; travi (pile caps) tal-konkos rinfurzat fuq iż-żewġ naħat tul it-triq biex jintrabtu l-piles; bini ta’ hitan precast tul il-gnubijiet tat-triq; soqfa precast li qegħdin isiru biex tiġi ffurmata l-gallerija li ser sservi bħala bankina fuq iż-żewġ ġnubijiet tat-triq; travi precast (edge beams) li qegħdin jinħadmu li ser isiru tul it-triq kollha fejn ħa jitweħħel ir-railing tal-pont; u travi li ha jintrabtu l-crash barriers maghhom; tħejjijiet ta’ manholes fit-triq kif mitlub mill-entita’ tal-komunikazzjoni. Ix-xogħlijiet li fadal jitlestew huma; jinghata l-konkoz biex jintrabtu is-soqfa tal-precast (gallerija) mal-istruttura tat-travi; formazzjoni ta’ livelli għat-triq u jingħata l-asfalt; qlugħ u installazjoni ta’ arbli tad-dawl ġodda; installazjoni ta’ dwal; tqegħid ta’ travi precast fejn ser jitwaħħal ir-railing u eventwalment it-tqegħid tar-railing f’postu, preparazzjoni ta’ travi fejn ha jehlu l-crash barriers u installazzjoni tal-crash barriers.

Trasport pubbliku — Żieda ta’ frekwenza ta’ vjaġġi lejn l-MCAST

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11820 dwar ir-rotta AX1 tal-karozza tal-linja, jista' l-Ministru jara li jkun hemm servizz li jibda qabel is-06:40 a.m. sabiex l-istudenti jilħqu jaslu l-MCAST fil-ħin għal-lezzjoni tat-8:00 a.m.?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10553, 11843 u 12183 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10178 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru, inkluż l-entitajiet, hemm 34 ħaddiema impjegati minn kuntrattur li ngħata tender.

Ħaż Żebbug u Siġġiewi — Triq is-Siġġiewi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall ix-xogħol kollu li sar fix-xhur qabel Marzu 2013 fuq Triq is-Siġġiewi li tagħti minn Ħaż Żebbuġ għas-Siġġiewi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur ta’ qabel Marzu 2013, fi Triq is-Siġġiewi li tagħti minn Ħaż-Żebbuġ għas-Siġġiewi (apparti xogħlijiet minuri li saru minn GO u WSC), sar proġett relatat man-National Flood Relief Projects (storm water projects) mill-Ministeru dak iż-żmien responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumentazzjoni relatata ma’ dan il-proġett.

Xemxija, Eks Mistra Village – Studji fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u s-sigurtà tal-“pedestrians”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u dwar is-sigurtà tal-“pedestrians” għall-proġett tal-eks Mistra Village fix-Xemxija u jekk iva, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid fuq liema pjan saru l-marki tat-traffiku l-ġodda u ż-żebra crossings, u kif ġew konklużi li huma siguri?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-10 ta’ Ottubru 2023, l-Building and Construction Authority (BCA) ħarġet ‘stop notice’ fuq xogħlijiet sakemm jiġi attwat passaġġ sigur fit-triq (hawn annessa). Saret talba lill-Transport Malta biex tawtorizza ‘pedestrian crossing’ skont pjanta kif hawn ukoll annessa. Din it-talba ma kienetx milqugħa peress li ma kienetx konformi mal-istandards ta’ sigurtà għal ‘pedestrian crossings’ (hawnhekk annessi). Transport Malta irċeviet talba reviżjonata għal permess għal ‘pedestrian crossing’ (hawn ukoll annessa), liema talba ġiet milqugħa fis-16 ta’ Ottubru 2023 peress li din kienet konformi. Madanakollu l-applikant kien ukoll infurmat li kellu jintrabat li l-perit tiegħu kellu jikkonferma li qed jimxi ma’ li standards mitluba kif ukoll jissottometti talba għal ‘road works permit’ (dokumentat), liema kundizzjonijiet Transport Malta għadha ma rċevietx. Għaldaqstant, b’mod immedjat, Transport Malta ser tkun qegħda tieħu l-passi kollha neċessarji biex kwalunkwe marki li saru mingħajr awtorizzazzjoni jitneħħew minnufih.

Għawdex — Triq ir-Rabat u Triq Ta' Xħajma - miżuri kontra sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10751, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid fid-dawl tal-inċidenti riċenti u ta' dawn l-aħħar xhur li seħħew kemm fi Triq ir-Rabat kif ukoll Triq Ta' Xħajma, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tan-Nadur, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar xhur, Transport Malta għamlet ‘network-wide road safety assessment’ li kien jinkludi evalwazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji u Triq ir-Rabat inkluż l-area ta’ Xħajma, tagħmel parti min din l-evalwazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ sigurtà aħjar fuq din it-triq ser jiġu pprovduti lill-Ministeru ta’ Għawdex. Inoltre’, Transport Malta ma rċeviet l-ebda talbiet għal ‘fixed speed camera’, madankollu ser tkun qed tevalwa il-kriterji meħtieġa skond kif imniżżel fl-Speed Management Policy - Annex 3C. Ninnota ukoll li Transport Malta toħroġ statistika ta’ aċċidenti tat-toroq minn fuq ir-rapporti tal-Pulizija, però Transport Malta ma tkunx provduta bid-dettalji tal-post eżatt fejn ikun seħħ l-aċċident u lanqas fuq il-kawża ta’ l-aċċident innifsu per eżempju jekk il-karozzi nvoluti kienux qed isuqu b’veloċità eċċessiva.

Blue Badge – Ħruġ ta’ permessi ġodda għal parking bay

Question

B'referenza għall-perjodu bejn Jannar 2021, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ġdid għal blue badge parking bay inħareġ separatament għal kull sena? Minn dawn, kemm-il permess kien għal communal parking bay?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 inħarġu 717 il- permess għal parkeġġi ‘blue badge’ ġodda li minnhom 262 kienu ‘communal’. Fl-2022 inħarġu 917 il-permess li minnhom 326 kienu ‘communal’ u fl-2023 inħarġu 408 il-permess li minnhom 56 kienu ‘communal’.

Blue Badge – Tiġdid ta’ permessi għal parking bay

Question

B'referenza għall-perjodu bejn Jannar 2021, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għal blue badge parking bay ġie mġedded separatament għal kull sena? Minn dawn kemm-il permess kien għal communal parking bay?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġi għal dawk il-persuni li għandhom il-‘Blue Badge’ jiġġedded awtomatikament sakemm ma jkun hemmx oġġezzjoni jew informazzjoni li l-persuna m’għadhiex eliġibbli.

Blue Badge – Permessi għal parking bay li ma ġewx imġedda

Question

B'referenza għall-perjodu bejn Jannar 2021, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jinforma kemm-il permess għal blue badge parking bay ma ġiex mġedded separatament għal kull sena? Minn dawn kemm-il permess kien għal communal parking bay? X'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità tiġi aġġornata kważi kuljum. Huwa ikkalkulat li fis-snin segwenti ma ġewx imġedda dawn il-parkeġġi: Fl-2021 – 70 parkeġġ; Fl-2022 – 90 parkeġġ; Fl-2023 – 75 parkeġġ Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li meta persuna jkollha parkeġġ personaliżżat riservat, qabel ma Transport Malta tirtira dak il-permess issir konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali sabiex ikun stabbilit jekk dak il-parkeġġ ikunx bżonnjuż għall-użu komuni, f’liema każ ma jkunx hemm għalfejn jitneħħa.

Blue Badge – Permessi għal parking bay li ġew irtitati

Question

B'referenza għall-perjodu bejn Jannar 2021, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għal blue badge parking bay ġie rtirat separatament għal kull sena? Minn dawn, kemm-il permess kien għal communal parking bay? X'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija ġew irtirati permessi għall-parkeġġi hekk kif isegwi: Sena 2021 2022 2023 Ammont 289 372 306 Il-permessi għall-parkeġġi għal persuni b’diżabilità jitneħħew meta l-Transport Malta jkollha informazzjoni li l-applikant m’għadux eliġibbli jew meta l-applikant stess japplika għal parkeġġ personalizzat.