Kuntratt tal-isptarijiet - Kontijiet/pretensjonijiet ta’ ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk ġewx preżentati kontijiet jew pretensjonijiet ta’ ħlas minn xi kumpaniji lokali wara t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-isptarijiet?
Jista’ l-Ministru jindika x’inhu l-ammont totali ta’ ħlasijiet pendenti jew li għadhom qed jiġu kkunsidrati bħala dovuti lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom ma ġewx imħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-ismijiet tal-kumpaniji lokali, u x’inhuma s-servizzi jew ix-xogħlijiet li għadhom ma ġewx imħallsa għalihom fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom iridu jitħallsu
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx kumpaniji lokali li għad għandhom jitħallsu xi somom relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet jew mat-terminazzjoni tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-relazzjoni tal-Gvern Malti kienet biss mal-konċessjonarji. Kull kuntratt li sar bejn il-konċessjonarji u kumpaniji lokali hija materja kummerċjali ta’ bejniethom.
Kuntratt tal-isptarijiet - Awditur Ġenerali/CFR - Verifiki
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali tal-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - Taxxi/kontribuzzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rabat, Malta - Ċentru għall-Anzjanità Attiva - Pjanijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u xi pjanijiet hemm sabiex iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jibda jopera għal aktar minn darbtejn fil-ġimgħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm il-ħsieb li l-operat taċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jiżdied. Dan se jkun qed isir gradwalment, skont kif tiżdied id-domanda ta’ attendenza mill-anzjani għal dan iċ-ċentru.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitqiegħdu s-siġġijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, ħdejn Treatment Room 6, biex pazjenti li jkunu qed jistennew biex jidħlu għal trattament jew biex jittieħdilhom id-demm għall-warfarina, ikollhom fejn joqogħdu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat hemm żewġ swali ta’ stennija, fejn hemm siġġijiet.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34157 u 34433 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
L-Isptar Mater Dei – Health Carers u Senior Health Carers – Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-allowance ta’ €330 maqbul f’Mejju 2024, għall-Health Carers/Senior Health Carers li jaħdmu fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei, qed jitwaqqaf?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Health Carers/Senior Health Carers li jagħmlu xogħol ta’ ‘patient care duties’ ikomplu jgawdu mill-allowance maqbul f’Mejju 2024.
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Operazzjoni ta’ knee replacement - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-bdil tal-irkoppa (knee replacement)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li filwaqt li meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentar 30729 f’Novembru, kien hemm 715 pazjent li qed jistennew total knee replacement, aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, dan l-ammont issa niżel għal 527.
Nominalment dawk huma il-figuri li jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma stajniex nikkuntatjaw u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.
Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk ħlasijiet sarux lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra mill-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kuntratt tal-isptarijiet - VAT u t-taxxi dovuti – Verifiki/kontrolli mill-awtoritajiet fiskali
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux verifiki jew kontrolli mill-awtoritajiet fiskali biex jiġi assigurat li l-VAT u t-taxxi dovuti ġew imħallsa fil-ħin f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntratt tal-isptarijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.