Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kliniċi tal-psikjatrija – Appuntamenti li ġew ikkanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12762 u jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm appuntamenti li ġew ikkanċellati f'kull waħda mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13121 li għamel hu stess fis-seduta tal-bieraħ.

Sptar Mater Dei – Tim psikjatriku residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhu kompost it-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei, x'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu u liema huma r-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13122 li għamel hu stess fis-seduta tal-bieraħ.

Ħarsien tal-interessi tat-tfal

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żviluppi ġodda kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tisħiħ tal-ħidma koordinata bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), id-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskejjel biex jiġi assigurat li jkun hemm passi preventivi biex jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal matul l-aħħar tnax il-xahar u x'titjib sar f'dan ir-rigward matul dan il-perjodu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika il-mistoqsija tagħha.

Każ ta’ individwu — Inkjesta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk infetħitx inkjesta fuq il-kawża tal-mewt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, meta nfetħet? Jekk le, hemm ħsieb li din l-inkjesta tinfetaħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ li semmiet hi qed jiġi investigat.

Kummissarju tas-Saħħa Mentali — Rapporti annwali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali għas-sena 2021 u għas-sena 2022 u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rapporti għadhom ma ġewx ippublikati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hekk kif ir-rapporti annwali mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-snin 2021 u 2022 jiġu preżentati lili, inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min għandu aċċess għal-lista tal-mediċini out of stock? Jista’ jgħid ukoll għalfejn tneħħiet is-sistema online li kienet qed tintuża sa ftit xhur ilu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11535.

Sptar Karin Grech – Rapporti ta’ bullying

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk waslulux rapporti ta’ bullying tal-istaff fl-Isptar Karin Grech li saru lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)? Jekk iva jista’ jgħid x’sar fuq dawn ir-rapporti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm każ wieħed ta’ bullying u nħareġ warning bil-miktub.

Sptar Mater Dei — Nuqqas ta’ spiżjara speċjalizzati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li fl-Isptar Mater Dei hemm nuqqas serju ta’ spiżjara speċjalizzati biex iħalltu l-kimoterapija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li fl-Isptar Mater Dei hemm jaħdmu 51 spizjar, hemm 18 il-compounder jagħtu servizz fit-taqsima li semmiet hi.

Sptar Mater Dei — Spiżjara u pharmacy technicians

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spiżjara u pharmacy technicians jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u jekk dan in-numru hux biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm suppost li jkun l-istaff complement tal-ispiżjara u pharmacy technicians fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 83 Spiżjara u Pharmacy Technicians jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Farmaċija fl-Isptar Mater Dei.

Amputazzjonijiet minuri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13013, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk in-numru ta' amputazzjonijiet minuri huwiex fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex iżomm ir-rata ta’ amputazzjonijiet maġġuri baxxa (fil-fatt l-inqas fl-Ewropa) id-dipartiment tal-kirurġija vaskulari f’Mater Dei jagħmel ħiltu sabiex jaqbad każijiet simili minn kmieni. Dan allura jwassal biex waqt li matul is-snin naqset ir-rata ta’ amputazzjonijiet maġġuri, żdiedet minflok ir-rata ta’ amputazzjonijiet minuri għax issa l-każijiet qed jinqabdu kmieni.

Kliniċi tal-psikjatrija – Appuntamenti li ġew ikkanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12762 u jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm appuntamenti li ġew ikkanċellati f'kull waħda mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista bl-informazzjoni mitluba minnu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – Tim psikjatriku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhu kompost it-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei, x’inhuma l-ħinijiet li jaħdmu u liema huma r-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Emerġenza Psikjatrika f’Mater Dei hu offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa u jikkonsisti f’konsulent, resident specialist , HST u BST. It-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei jeżamina l-pazjent u fejn hemm bżonn jirreferi l-pazjent għas-servizzi psikjatriċi lit-Team Crisis Resolution Home Treatment.

Mater Dei – Dental Unit — Tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex tfal bi bżonnijiet speċjali (pazjenti) ġew trasferiti mid-Dental Unit f'Mater Dei għal dik tal-Università u ħolqu piż ġdid fuq il-familjari minħabba li f'dan is-sit mhux possibbli jingħata loppju ġenerali u mhux qed jiġu moqdija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti tfal bi bżonnijiet speċjali jingħataw kura mid-dipartiment tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei — Swali tal-mediċina u tal-kirurġija - Nurse patient ratio

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-nurse patient ratio fis-swali tal-mediċina u tal-kirurġija f'Mater Dei, sala b'sala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-swali ġenerali tal-mediċina u tal-kirurġija hemm 5 nurses matul il-ġurnata f’kull sala u 3 matul il-lejl.

Sptar Mater Dei — Swali tal-mediċina u tal-kirurġija - Nurses full/part-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-ammont ta' nurses li jaħdmu full time/part time fis-swali tal-mediċina u tal-kirurġija f'Mater Dei, sala b'sala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Binja tal-Outpatients ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Outpatients ġdid, li kien imwiegħed fl-2019 u minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li aktar kmieni din is-sena, il-Gvern ħa lura l-binjiet ta’ St. Luke’s, Karen Grech, u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Gvern bħalissa qiegħed jagħmel eżerċizzju sabiex ifassal pjan ħolistiku għall-iżvilupp tal-infrastruttura fil-qasam tas-saħħa għas-snin li ġejjin.

Nadur, Xagħra u Għajnsielem — Bereġ tas-Saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikunu qed joperaw (xahar u sena) il-Bereġ tas-Saħħa ġewwa n-Nadur, ix-Xagħra u Għajnsielem f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3628. Ninformah ukoll illi sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu nfetħu ċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Victoria kif ukoll iċ-Ċentru komunitarju ġewwa l-Qala.

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12484, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda mill- konsulenti msemmija fl-istess tweġiba?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12484.

Mellieħa – Appuntamenti għal speech therapy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-speech therapy fil-Mellieħa mhux se tibqa’ tingħata nhar ta’ Ħamis u għaliex l-appuntamenti skedati għandhom isiru online, jekk għat-tfal din mhix għażla? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx diġà case load għolja u kif din se tidħol fi skeda inqas, jekk dan jirriżulta f’appuntamenti inqas frekwenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi speech therapy fil-Klinika tal-Komunità tal-Mellieħa tingħata tlett ijiem fil-ġimgħa.

Mediċini Servikar u Cardioaspirin ta' 100mg

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-pilloli Servikar, u Cardioaspirin ta' 100mg (liema pilloli jinsabu fi swieq oħrajn tal-Unjoni Ewropea) mhumiex disponibbli f'Malta? Peress li l-Maltin m'għandhomx aċċess għall-formula kimika ta' Servikar (li hi differenti minn dik ta' Diovan pereżempju), jista’ jgħid għalfejn għad-dożaġġ ta' 100mg ta' Cardioasprin, f'Malta ssib 75mg?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Cardioaspirin hija asperina li hija disponibbli, waqt li minflok Servikar jintuzaw Amlodipine u Valsartan.