Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 258 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal Ministeru għall- Politika Soċjali u l-Familja.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru għall- Politika Soċjali u l-Familja.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fis-sena 2025 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal- Politika Soċjali u l-Familja.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-miżura fejn persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, speċjalment ġenituri waħedhom, setgħu jaħdmu ftit sigħat fil-ġimgħa (sa mhux iktar minn tmien sigħat) biex ikunu jistgħu jsostnu lilhom infushom u lill-uliedhom twaqqfet, meta kienet tassisti persuni f’riskju ogħla tal-faqar? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex tiddaħħal miżura simili fil-futur qarib?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 35104
fis-Seduta Nru 451 tal-XIV -il leġislatura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li fl-2026 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, irrikorrew għall-benefiċċji ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol?
Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni kienu intitolati għal benefiċċju għal:
i. ġimgħa jew inqas;
ii. bejn ġimgħa u ġimgħatejn;
iii. bejn ġimgħatejn u xahar; u
iv. xahar jew iktar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-Benefiċċju ta’ Korriment fis-sena 2026 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija kien ta’ 947 li minnhom ġew miċħuda 320.
It-tabella t’hawn taħt tirreferi għat-talba tal-Onor. Interpellanta fir-rigward taż-żmien li ġew intitolati għalih il-persuni eliġibbli. Tajjeb jiġi kkjarifikat illi fit-tabella hemm 142 talba li saru fl-2025 iżda li ġew imħallsa fl-2026. Dan ifisser li n-numru ta’ talbiet li saru din is-sena s’issa jammonta għal 485.
Intitolament ta' Benefiċċju
Talbiet
Ġimgħa jew anqas
263
Bejn ġimgħa u ġimagħtejn
87
Bejn ġimagħtejn u xahar
75
Xahar jew iktar
202
Total
627
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.