Domestic Violence - Persuni li kellhom bżonn jidħlu f’xelters
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30181 u jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom bżonn jidħlu f’xelter tad-Domestic Violence fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif li qed tistaqsi dwaru jinsab fl-estratt tar-Rapport Statistiku tal-Aġenzija Appoġġ għal Jannar – Ġunju 2025 li ġie ppublikat fl-aħħar ta’ Awwissu 2025 (paġni 52-58).
Billi dan ir-rapport jirreferi biss għax-xelter
Għabex
, liema xelter jitmexxa direttament mill-
Aġenzija Appoġġ
fi ħdan l-FSWS, qiegħed nagħti wkoll l-istess tagħrif dwar il-persuni li kienu riferuti u ddaħħlu (
admitted
) f’ xelters oħrajn immexxija mill-għaqdiet mhux governattivi fis-settur u li magħhom il-Ministeru u l-FSWS għandhom Ftehim ta’ Sħubija Soċjali
jew
Public Social Partnership
(
PSP
) kif inhuma magħrufin. Dan it-tagħrif jinsab fit-tabella li ssegwi:
Sena
Isem tax xelter
Total
Jannar sa Diċembru 2024
Il-Milja
33
Dar Merhba Bik/ Dar Santa Bhakita
135
Għabex
187
Jannar- Ġunju 2025
Il-Milja
8
Dar Merhba Bik/ Dar Santa Bhakita
85
Għabex
147
Vjolenza Domestika - Persuni li rrifjutaw risk assessments
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30180 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm persuni li rrifjutaw li jsir risk assessment fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mill-istatistika tal-FSWS jirriżulta li fl-2024 kien hemm 698 li irrifjutaw ir-
risk assessment
waqt li bejn Jannar u Settembru tal-2025 kienu 123 li rrifjutaw
risk assessment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30179 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm saru risk assessments fuq vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi u kif ġew ikklassifikati (high, medium jew low risk)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif li talbet huwa kif ġej:
SENA
Għadd ta’ Persuni li marru jagħmlu RISK ASSESSMENT
Għadd ta’
RISK ASSESSMENTS
li saru
Għadd ta’ Persuni li marru jagħmlu RISK ASSESSMENT imma RRIFJUTAW
2024
(Jannar – Diċembru)
1,314
1,674
698
2025
(Jannar – Ġunju)
683
834
124
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
L-Università ta’ Malta – Master of Social Work – Stipendju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26180 dwar l-istipendju tal-istudenti f’korsijiet tas-social work, li fiha ntqal li “wara studju li sar dan il-kors qed jiġi elevat għal klassifikazzjoni ta’ stipendju ‘High Priority’ b’kuntratt ta’ ‘Working Placement’ ta’ tliet (3) snin.”, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dawn il-miżuri?
Jista’ jgħid ukoll xi promozzjoni saret mill-Università ta’ Malta sabiex il-miżuri tajbin imsemmija fit-tweġiba, jitħabbru b’mod effettiv sabiex jattiraw iktar studenti lejn is-social work?
Jista’ jagħti d-data tal-istqarrija pubblika jew tal-press conference li fiha tħabbru dawn il-miżuri u jippreżenta kopja ta’ din l-istqarrija pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li nżammu żewġ press conferences rigward dawn il- miżuri, kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri - Sigurtà soċjali mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm kienet is-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem u l-impjegati fis-setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jagħti n-numru ta’ pensjonanti li ser jirċievu ż-żieda ta’ €10 imħabbra fil-Baġit għall-2026, kif ukoll in-numru ta’ pensjonanti li se jitilfu benefiċċji addizzjonali minħabba li b’din iż-żieda ma jibqgħux intitolati għalihom? Jista’ wkoll jelenka liema huma dawn il-benefiċċji u kemm jammontaw, u kemm huwa kull benefiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda ta’ €10.00 fil-ġimgħa mħabbra fil-Budget għas-sena 2026 tingħata lil madwar 102,000 pensjonant kontributorju u dawk mhux kontributorju.
Tajjeb li ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi hekk kif ġara f’kull Budget f’dawn l-aħħar snin il-capping ta’ benefiċċji addizzjonali li jkunu eliġibbli għalihom il-pensjonanti jew benefiċċjarji dejjem jitwessgħu b’kemm tkun żdiedet il-pensjoni sabiex dak li jiġi miżjud ma jintilef qatt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31800 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jikkjarifika jekk iż-żieda ta’ €10 lill-pensjonanti tinkludix iż-żieda tal-COLA ta’ €4.66, jew jekk hijiex separata minnha? Jista’ wkoll jispjega liema perċentwal miż-żieda ta’ €10 se jibqa’ f’idejn il-pensjonant jekk dan jgħix f’dar tal-anzjani u parti mill-pensjoni tiegħu titnaqqas?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fil-COLA hija nkorporata fiż-żieda ta’ €10.00 fil-ġimgħa li ngħtat lill-pensjonanti kollha bħala żieda ġenerali. Tajjeb jingħad illi ż-żieda addizzjonali flimkien ma’ dik tal-COLA hija l-ħdax ‘il żieda konsekuttiva li ngħatat lill-pensjonanti kollha kontributorji u dawk mhux kontributorji.
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibbli li tingħata ċifra fir-rigward ta’ tnaqqis li jsir meta anzjan ikun jgħix f’dar tal-anzjani. Dan minħabba li jiddependi mid-dħul addizzjonali li l-anzjan ikollu minbarra l-pensjoni.
Barra minn hekk, eluf ta’ pensjonanti se jkollhom żidiet għola minn €10 fil-ġimgħa. Dan għaliex hemm diversi miżuri oħra li jfissru żidiet addizzjonali għal:
a) Pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u li d-dħul pensjonabbli tagħhom jaqbeż id-Dħul pensjonabbli Massimu ta’ din is-sena;
b) Pensjonanti romol li gradwalment se jkunu irċievew il-pensjoni sħiħa tal-konjuġi mejtin tagħhom;
c) Pensjonanti li bdew jieħdu l-pensjoni wara l-2008 u li qed jingħataw żidiet addizzjonali fil-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja tagħhom;
d) Pensjonanti tas-servizz li għal darboħra qed igawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom; u
e) Pensjonanti miżżewġin li jirċievu pensjoni minima bir-rata ta’ single, għax il-konjuġi jirċievi l-pensjoni wkoll, u li issa se jibdew jirċievu r-rata għola tal-miżżewġin;
Dawn ifissru żidiet addizzjonali għal eluf kbar ta’ pensjonanti li jvarjaw minn €2 sa saħansitra €15.64 fil-ġimgħa.
Ta’ min isemmi wkoll li permezz ta’ miżura tal-Budget 2026, mis-sena d-dieħla se jiddaħħal tibdil sabiex meta ż-żewġ membri ta’ koppja jkunu għal kura f’dar tal-anzjani jiffrankaw 10% mit-tnaqqis li jsirilhom mill-pensjoni. Dan sabiex dawn il-koppji jibqagħlhom aktar flus fi bwiethom għal bżonnijiet oħra personali li jkollhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tibbenefika minn xi benefiċċju għall-persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tibbenefika minn kull benefiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjonni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Benefiċċjari - Settembru 2025
Benefiċċju
Total
Assistenza għal Diżabilità
569
Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
924
Assistenza għal Diżabilità Severa
3,892
Kunsill Mediku – Psychotherapy u Hypno-Psychotherapy
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24295 fejn ġie mwieġeb, “Ninsab infurmat li l-hypnotherapy mhix regolata b’liġi ad-hoc f’pajjiżna. Madankollu hemm parir tekniku li din għandha tiġi studjata dwar jekk għandhiex tkun regolata taħt il-Psychotherapy Profession Act (Kapitlu 587) fejn diġà hemm referenza għal Hypno-Psychotherapy.”, jista’ l-Ministru jgħid:
i. jekk ittieħditx deċiżjoni dwar ir-regolamentazzjoni tal-hypnotherapy f’pajjiżna; u
ii. jekk il-Bord dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija li jaqa’ taħt il-ministeru tiegħu ġiex ikkonsultat dwar dan u x’deċiżjoni ttieħdet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li,
l-Ipnoterapija hija rikonoxxuta bħala modalità ta’ psikoterapija. Kull min ikun segwa studji f’din il-modalità jew f’xi modalità oħra rikonoxxuta u jissodisfa l-kriterji preskritti fl-Att imsemmi, ikun intitolat li jikseb
warrant
bħala psikoterapista. Dan il-
warrant
jawtorizza lill-persuna li teżerċita l-modalità li tkun studjat. Il-lista tal-professjonisti bil-warrant tinkludi psikoterapisti li jipprattikaw l-Ipnoterapija. Il-liġi tirregola l-professjoni u mhux il-modalitajiet. Għaldaqstant, f’dan il-kuntest, ma hemmx lok għal deċiżjoni li trid tittieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt care order preżentement?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Kura Alternativa fi ħdan l-FSWS isegwi 264 każ ta' care orders li ġew deċiżi, dawn inħarġu mill-awtorità kompetenti u 70 każ ta' care order li għadhom pendente lite u allura l-każ għadu fil-Qorti.
Birkirkara – Residenti li rċevew l-għajnuna soċjali fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu f’Birkirkara rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31615
BIRKIRKARA
136
218
354
Birkirkara – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Birkirkara rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31614
BIRKIRKARA
140
243
383
Gwardamanġa u l-Pietà – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu fi Gwardamanġa u l-Pietà rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31613
PIETA'
30
49
79
Gwardamanġa u l-Pietà – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fi Gwardamanġa u l-Pietà rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31612
PIETA'
31
53
84
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta r-rapport dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet? Jekk diġà lest, jista’ l-Ministru jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, ir-rapport li jmiss irid jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sal-aħħar tal-2025. Dan se jkun qed isir skont il-liġi.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W454