Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14291 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina IVABRADINE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14076 u jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14336 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Continuing Professional Development Activities — sussidju lill-infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a) Meta bdiet l-iskema għas-sussidju lill-infermiera skont il-Continuing Professional Development Activities? b) Kemm-il applikazzjoni saret minn dakinhar ‘l hawn? ċ) Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u x’kien l-ammont ta’ sussidju mħallas lill-infermiera? d) Għalxiex intalab dan is-sussidju? e) Kemm baqa’ applikazzjonijiet pendenti u meta hu maħsub li jitħallas is-sussidju dovut partikolarment ta’ dawk l-infermiera li applikaw kwazi sena ilu? f) Sakemm din l-iskema hu maħsub li se tibqa’?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14338 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

telefonati fuq il-linja 179

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq il-linja 179 matul l-2009? Jista' jagħti breakdown tas-suġġetti trattati f'dawn it-telefonati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

PET Scan — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal PET Scan matul l-2009? Kemm fil-fatt saru? Kemm ħallas il-Gvern lis-settur privat għal dawn l-iscans? Fiex wasal il-Gvern sabiex ikollu ukoll dan it-tagħmir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14380 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Thalassemia — approvazzjoni tal-pillola EXJADE

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14058, 1194 u 11804 u jgħid f’liema stadju waslet l-approvazzjoni tal-pillola EXJADE sabiex tingħata b’xejn mis-servizz pubbliku tas-saħħa lil dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni tat-Thalassemia? Jista’ jagħti data indikattiva ta’ meta din il-mediċina se tkun disponibbli għal dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14154 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13725, japprezza l-Ministru li l-Bord Mediku li kull darba li persuna tintalab biex terġa' tidher fi żmien qasir, dan ikun ifisser li l-persuna trid terġa' tmur privatament għand speċjalista biex jerġa' jsir ċertifikat skont il-bżonn? Għaldaqstant jirrealizza l-Ministru li l-Bord Mediku, jekk kompost minn speċjalisti li jaħdmu ukoll privatament, għandhom potenzjalment konflitt ta' interess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14431 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — care workers full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal care workers fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei jew ma' xi Aġenzija tal-Gvern? Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u min hu l- employer tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14432 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Health and Social Care National Diploma — ETC - rikonoxximent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Health and Social Care National Diploma tal-MCAST hix rikonoxxuta hawn Malta u dan skont ma ntqal mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ meta dawn ġew mistoqsija minn xi studenti? X'inhi r-raġuni għal dan jekk inhu hekk? X'passi jridu jittieħdu biex dan il-kors offrut lokalment fl-aħħar mill-aħħar ikun ukoll rikonoxxut hawn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

servizzi paramediċi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid jekk huwiex veru li s-servizzi paramediċi li l-Gvern jipprovdi liċ-ċittadini jekk dawn ikunu jgħixu ġewwa d-djar privati tagħhom imma ma jiġux provduti jekk dawn l-istess ċittadini jispiċċaw jgħixu ġewwa homes privati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jipprovdi servizzi paramediċi lill-persuni li jgħixu fil-komunità, fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u dawk li qegħdin fi djar tal-anzjani privati fl-iskema tal-Public Private Partnership.

servizzi liċ-ċittadini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizzi li jingħataw liċ-ċittadini ġewwa d-djar tagħhom jingħatawx ukoll jekk dawn iċ-ċittadini anzjani jkunu residenti ġewwa homes privati? Jista' jgħid kemm ngħataw minn dawn is-servizzi matul is-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-servizzi domiċiljarju mgħotija minn San Vincenz ma jingħatawx b'mod dirett lill residenti ġewwa djar privati (Private Community Homes) ħlief lil dawk id-djar li jagħmlu parti mill-Private Public Partnership. Indirettament jista' jkun li hemm xi anzjani li qegħdin jagħmlu użu minn dan is-servizz jekk kemm-il darba l-anzjani jkunu rreferuti minn xi aġenziji jew Entità fil-Kura Primarja.

servizzi lill-anzjani fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-politika tal-Gvern dwar is-servizzi li jingħataw l-anzjani fil-komunità meta dawn ikunu qed jgħixu ġewwa home privata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-servizzi li jingħataw l-anzjani fil-komunità huma intenzjonati li jingħataw biex l-anzjan ikun jista' jibqa jgħix ħajja aħjar fl-istess komunità. Għal dawk l-anzjani li jkunu qegħdin fid-Djar tal-Anzjani kemm dawk tal-Gvern u wkoll dawk privati ħafna mis-servizzi huma provduti mill-istess dar. L-anzjani ġo djar Privati xorta jistgħu japplikaw għal-servizz oħrajn bħal dak tal-inkontinenza. Rigward servizzi oħrajn dawn jiġu żviluppati skond ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli.

servizzi provduti mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'kienu s-servizzi li l-Gvern provda fil-komunità matul il-perjodu ta' Jannar u Settembru 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li dawn is-servizzi li d-Dipartiment għall-Anzjani provda fil-komunità matul il-perjodu ta' Jannar u Settembru 2009: Home Care Help, Social Work, Handyman, Telecare, Incontinence Nappies/Pads, Meals on Wheels, Ċentri ta' Matul il-Jum, Occupational Therpay u Physiotherapy.
Leg 11 PQ #12767 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — Triq il-Marfa - ċimiterju Omm il-Ħniena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8320 u jgħid kemm hemm oqbra tajbin biex jintużaw fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa? Kemm hemm applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jiksbu qabar f’dan iċ-ċimterju? Kemm jistgħu jitħaffru oqbra ġodda fil-bqija taċ-ċimterju li għadha mhix tintuża? Meta se jibda x-xogħol tat-tħaffir għall-oqbra l-ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fiċ-ċimiterju ta’ Omm il-Ħniena fi Triq il-Marfa, limiti tal-Mellieħa n- numru t’oqbra li jintużaw huwa 84. Numru pendenti ta' applikazzjoniliet għal xiri ta' oqbra huwa ta’ 110 . Hemm post għal tħaffir ta' 74 qabar ġdid fil-parti mhux żviluppata f'dan iċ-ċimiterju. Id –Dipartiment għal Saħħa Ambjentali mhux f’pożizzjoni li jagħti data dwar l-aħħar parti ta’din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #13441 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Clinical Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi studji professjonali u indipendenti biex jiġi verifikat il-fatt li ħafna drabi clinical waste qed jiġi trasportat biss ftit metri il-bogħod miċ-civil abbatoir biswit il-biċċerija tal-Marsa minħabba l-inċineratur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13858 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tas-sena 2009? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom? Minn liema lokal ġejjin u kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13859 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet rekwiżizzjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għadhom rekwiżizzjonati? F'liema lokalità qegħdin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant li postijiet rekwizizzjonati fadal 399 u huma mferxxin kwazi f’kull lokalità ta’ Malta. Informat ukoll hekk: Lokalità Total Albertown 01 Attard 03 Balzan 02 Birkirkara 30 Burmarrad 01 Birżebbuġa 04 Cospicua 19 Fontana Gozo 01 Fgura 03 Floriana 15 Gwardamangia 02 Għaxaq 01 Gżira 26 Ħamrun 21 Kalkara 05 Kirkop 02 Luqa 06 Marsa 08 Marsascala 01 Mdina 01 Mellieha 03 Mosta 06 Mqabba 03 Msida 05 Nadur Gozo 02 Naxxar 02 Paola 16 Pietà 06 Qormi 22 Qrendi 05 Rabat 10 Rabat Gozo 02 San Gwann 01 San Lawrenz Gozo 01 Senglea 12 Sliema 19 St Julians 09 St Paul's Bay 06 Sta Venera 02 Ta' Xbiex 01 Tarxien 07 Valletta 74 Vittoriosa 05 Xewkija Gozo 01 Xgħajra 02 Żabbar 10 Żejtun 10 Żurrieq 05 399
Leg 11 PQ #14014 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'mard rari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' mard rari matul l-2009? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14016 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul l-2009 u fejn intbagħtu rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.