Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Kalkara - Bajja ta’ Rinella - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata?  Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, kawża tal-maltempata, il-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsara konsiderevoli fit-turġien li jagħtu aċċess għall-bajja, fil-bankini u fit-triq li ddawwar il-bajja. Numru ta’ ġebel kbir inġema’ fit-triq u ammont sostanzjali ta’ ramel tkaxkar mill-baħar. F’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, tpoġġew barrikati tal-konkos f’din it-triq biex jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fil-parti fejn sfrondat it-triq. Saru wkoll arranġamenti biex jitpoġġew tabelli sabiex il-pubbliku jiġi infurmat b’dan u jevita ż-żona. Qed isir assessjar taż-żona biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-ħsara fit-triq.

Ix-Xatt tax-Xgħajra - Ħsarat ikkawżati bil-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata?  Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li l-maġġor parti tal-ħsarat seħħew max-xatt. Id-dawra tax-xatt iġġarraf minħabba li ċeda s-sottobank u, konsegwentement, inqala’ r-railing u d-dawl dekorattiv. Ħafna mill-palm tul ix-xatt tqaċċat u ammont kbir ta’ ġebel ittella’ mill-baħar u kisser il-bankina. Tabelli u bins ukoll tkissru, filwaqt li xi bankijiet inqalgħu. Peress li d-dawra tax-xatt hija responsabbilita' centrali, l-awtoritajiet relevanti ġew infurmati biex flimkien jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni.

Ħal Għaxaq - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Wied il-Għajn - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn, li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Marsaxlokk - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Marsaxlokk ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Iż-Żejtun - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Iż-Żejtun ma ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru PQ 30353.

Ix-Xgħajra – Triq Orlando – Tiswija ta’ ċint

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċint fi Triq Orlando, ix-Xgħajra (fejn hemm parking area żgħira inti u nieżel mir-roundabout tax-Xgħajra), jitranġa peress li qed jaqa’ u huwa ta’ periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li l-ħajt hu proprjetà privata. Madanakollu l-Kunsill hu konxju li s-sigurta' tar-residenti hi importanti ħafna u għalhekk se jkun qed jieħu l-passi opportuni.

Żebbuġ, Għawdex - Sit tal-Batterija tal-Qbajjar - Proġett

Question

B’referenza għar-restawr u l-irranġar tas-sit tal-Batterija tal-Qbajjar u l-madwar fiż-Żebbuġ, Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu pproġettat li jsir fuq dan is-sit? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser: i.      tingħata lill-privat/kumpanija privata biex tuża parti minnha jew kollha għal skop kummerċjali; ii.     tintuża bħala venue għall-avvenimenti privati bħal tiġijiet/discos/club, fost oħrajn; u iii.    tkun qed tintuża għal użu kummerċjali biss, bħal ristoranti u/jew cafeteria?

Response (BONNICI, OWEN)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Belt Valletta – Triq Melita – Tiswija ta’ bankina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun irranġata l-bankina fi Triq Melita, il-Belt Valletta, fil-parti ta’ wara l-Berġa ta’ Kastilja, peress li hemm sprall imkisser?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minħabba n-natura tat-tiswijiet meħtieġa, għadda t-talba biex dawn isiru mill-Valletta Management Plan.  Ix-xogħolijiet se jsiru permezz tal-MoU li l-Kumitat tal-Valletta Management Plan għandu ma' Infrastructure Malta.

Raħal Ġdid - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid li, matul is-sena 2025, ma ġewx ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

Santa Luċija - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Santa Luċija li, matul is-sena 2025, ma kinux ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

Ħal Tarxien - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li, matul is-sena 2025, tqassmu tliet rivisti fil-lokalità, li l-ispiża tagħhom kienet ta’ €3488.90. Kopja ta’ dawn ir-rivisti qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Il-Gudja - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali il-Gudja li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata .

Il-Fgura - Kunsill Lokali - Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2025 sabiex jinforma lil-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali il-Fgura li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppublikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

Forti Bengħajsa - Żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-okkupanti ta’ Forti Bengħajsa ġewx żgumbrati kollha mis-sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li għad li ġiet servuta Eviction Order, hemm min fir-rigward għażel li jagħmel kawża kostizzjonali kontra l-Awtorità tal-Artijiet. L-Awtorita' qed issegwi l-perkors ta' dina l-kawża Kostituzzjonali.

Ix-Xemxija - Artijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex art reġistrata bħala art tal-Gvern, fl-area li tifforma parti mix-Xemxija u f’kull każ, jgħid liema huma dawn l-artijiet? B’mod partikulari, jista’ jgħid liema minn din l-art qiegħda fi Triq Telgħet ix-Xemxija, fi Triq ir-Ridott, fi Triq Raddet ir-Roti, fi Triq is-Simar, fi Triq Katerina Vitale u fi Triq il-Preistorja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob l-Onorevoli interpellanti tiddentifika bi pjanta, għal-liem art/artijiet qegħda tirreferi fil-PQ tagħha.

L-Imġarr - Ta’ Ħaġrat u Skorba

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33966, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ħallsu biex daħlu fis-siti ta’ Ta’ Ħaġrat u Skorba fl-Imġarr, separatament matul l-2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-interventi li saru fuq dawn iż-żewġ siti matul l-2024 u 2025, rispettivament għal kull sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ħallsu biex daħlu fis-siti ta’ Ta’ Ħaġrat u Skorba matul is-snin 2024 u 2025 huwa kif ġej: 2025 2024 TA' ĦAĠRAT 4,156 4,208 SKORBA 3,359 3,185 Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ interventi li saru fuq Ta’ Ħaġrat u Skorba matul l-2024 u 2025 kif mgħoddija lili.

Ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli li f’ċerti żoni ta’ xi lokalitajiet, l-iskart jinġabar fis-6:45am?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Reġjonali jistgħu jilħqu ftehim mal-kuntrattur rispettiv sabiex il-ġbir jibda f’ħin speċifiku miftihem bejn iż-żewġ partijiet.