Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art mad-dawra tal-ground tal-football li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex tal-gvern ċentrali, tal-kunsill lokali jew tas-settur privat?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-art mad-dawra tal-ground tal-football li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kif ukoll l-istess Ground tal-Football, kienu ġew dikjarata meħtieġa għal Skop Pubbliku permezz ta’ Dikjarazzjoni tal-President Nru 375 datata 7 ta’ Lulju 1985.
Il-
Ground tal-Football
ġie trasferit lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz ta’ Avviz Legali Nru 86/2010 datat 19 ta’ Frar 2010, filwaqt li l-art tal-madwar ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali tal-lokal fejn jinsab dan il-
football ground.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35489 u 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35256.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35506 u jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35506.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35499 u jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartment tal Kummerċ ma jilliċenzjax ticket booths.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozi Żgħar u Konsumatur — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34979, 34225, 33489 u 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Billi l-latrina pubblika f'Misraħ il-Bajja Bugibba ilha magħluqa aktar minn 4 snin u billi ukoll dalwaqt jibda l-istaġun tas-sajf fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jara li immedjatament tiġi rispettatat talba tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar sabiex din il-latrina tgħaddi lill-kunsill ħalli titranġa bla aktar telf ta' żmien?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment digà ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ikun jista’ jirranġa u jnaddaf din il-latrina, u qed jistenna li l-Kunsill jagħmel it-talba skont il-proċedura normali sabiex din tgħaddi f’idejh b’devoluzzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista dettaljata tas-sejħiet għall-offerti li saru mill-bidu ta' din is-sena, inkluż in-numru tas-sejħa, għall-proprjetajiet tal-gvern biex jingħataw b'kera, lista ta' dawk li saru għal għotjiet b'ċens u lista ta' dawk is-sejħiet li saru għal bejgħ ta' proprjetà tal-gvern? Jista' jgħid kemm fil-fatt minn dawn il-proprjetajiet ġew mikrija, mogħtija b'ċens jew mibjugħa, lil min u għal kemm?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti li saru mill-bidu tas-sena s’issa. Din il-lista tinkludi n-numru tas-sejħa, dettalji ta’ liema proprjetà ingħatat b’ċens, bejgħ jew kirja, kif ukoll f’liema każi ġie konkluż il-kuntratt jew il-ftehim ta’ kirja, ma’ min, u għal kemm ingħata.
Jista' l-Ministru jgħid hekk fil-present il-Gvern ta' Malta , cioè jekk huwiex vera li artijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet ta' dipartimenti tiegħu u jiġu amministratti minn dawn l-istess dipartiment ħarġux għall-bejgħ? Fejn jinsabu dawn l-artijiet? Min applika għalihom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija proċedura normali tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li minn żmien għal żmien joħroġ għall-bejgħ bl-offerti għall-pubbliku, artijiet f’diversi inħawi ta’ Malta u Għawdex skont it-termini tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268), nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35026 fejn ġew indikati l-proprjetajiet inkluzi artijiet li ġew maħruġa għall-bejgħ bl-offerti matul l-2012 sa l-aħħar ta’ Mejju.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ilment li tressaq quddiem il-Joint Office aktar minn tliet xhur ilu dwar ħajt perikoluż li hemm bejn proprjetà ta' terzi li tmiss ma' dik tal-Joint Office ma ttieħdu l-ebda passi dwar s'issa jew lanqas ma saret spezzjoni minn naħa tal-uffiċjali inkarigati biex il-persuna li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tkun tista' tagħmel it-tiswijiet meħtieġa?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-ilment tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa u hemm il-ħsieb li ssir spezzjoni fuq dan il-ħajt sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'valur għall-art se jintuża għal finijiet ta' boll meta dawk li llum joqgħodu fi djar li bnewhom huma stess fuq art mogħtija mill-gvern snin ilu u sallum għadha fuq konvenju meta jigu imsejħa biex jagħmlu l-kuntratt?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti finali ta’ djar li nbnew mir-residenti fuq art tal-Gvern u li sallum għadhom fuq konvenju ma jsirux mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern iżda jsiru mill-Awtorità tad-Djar. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru li tressaq id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Actonel li minn Malta jiswew €38.50 kull erba' pilloli, minn Brussels jiswew €56 kull 12-il pilloli, u għaldaqstant jiswew erba' darbiet iżjed?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Niġbed l-attenzjoni ta’ Onor. Interpellant li l-prezz tal-Actonel Once a week raħas din is-sena bl-intervent tal-Awtorita tal-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur minn €38.20 għal €34.20.
Waqt li veru li pakkett ta’ 12-il pillola jekk taħdmu fuq bażi pro rata jiġi orħos minn kemm jinbiegħ f’Malta, iżda pakkett ta’ 4 pilloli fi Brussels jinbiegħ €38.42 li huwa aktar ogħli milli kemm jinbiegħ f’Malta.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Tnaqqis tal-Vot fil-Budget 2012
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu huwa responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas-sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34471, jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-Qrati fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35219.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34960 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34471, jista' l-Ministru issa jgħid kemm kellu kawżi fil-Qrati fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol li għandu ċ-chairman preżenti tal-MCCAA? Jista' jinforma lill-Kamra għal kemm żmien hija mikrija Mizzi House bħala uffiċċji għal Malta Competition and Consumer Affairs Authority u jgħid kemm hu l-ammont tal-kirja sena b'sena, u jekk hemmx klawżola jew parti, fil-kuntratt tal-kiri, li tistipolażieda fil-kera? Jekk fl-affermattiv, b'liema rata tiżdied il-kera u x'inhuma r-raġunijiet marbutin maż-żieda u f'liema ċirkostanzi ? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal Kamra?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar iċ-chairman preżenti tal-MCCAA ngħatat permess ta PQ 32253. Dwar it-tieni parti tal mistoqsija li titratta l-kirja ta’ Mizzi House qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel żewġ faċċati tal-kuntratt li fihom l-informazzjoni meħtieġa mill-Onor. Interpellant.