Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persuni barranin detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin detenuti bħalissa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni barranin li bħalissa jinsabu detenuti fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, flimkien mal-pajjiżi minn fejn ġejjin, huwa indikat fit-tabella t’hawn taħt. Nazzjonalità Raġel Mara Total BANGLADESH 60 0 60 SYRIA 17 0 17 NIGERIA 10 1 11 LIBYA 10 0 10 INDIA 5 3 8 ERITREA 5 0 5 SOMALIA 4 0 4 PAKISTAN 4 0 4 GAMBIA 4 0 4 ALGERIA 3 0 3 MOROCCO 1 2 3 GHANA 3 0 3 MALI 3 0 3 BOTSWANA 0 2 2 SUDAN 2 0 2 COLOMBIA 1 1 2 CAMEROON 2 0 2 PALESTINE 1 0 1 CONGO 1 0 1 UGANDA 0 1 1 GEORGIA 1 0 1 SERBIA 1 0 1 SENEGAL 1 0 1 ETHIOPIA 1 0 1 PHILIPPINES 1 0 1 EYGPT 1 0 1 UKRAINE 1 0 1 NEPAL 1 0 1

Ċentri ta’ Detenzjoni - Uffiċjali impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-uffiċjali impjegati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni f’Malta u Għawdex skont: il-grad; l-istatus ta’ impjieg (full-time, part-time jew definite contract); u s-snin ta’ servizz?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt. Designation No Employees Employment Type CEO 1 Full-Time Detention Service Duty Officer 6 Full-Time Detention Service Officer 130 Full-Time Detention Service Officer 2 30 Full-Time Director Corportate Services 1 Full-Time ICT Executive 1 Full-Time Manager Accounts and Finance 1 Full-Time Officer in Charge 26 Full-Time Senior Manager HR 1 Full-Time Senior Manager Operations 1 Full-Time Senior Nursing Manager 1 Full-Time Support Staff 2 Full-Time Secretariate 3 Full-Time Total 204 Group Years in Service Employees Group 1 0–6 years 108 Group 2 7–13 years 68 Group 3 14–20 years 23 Group 4 21–27 years 2 Group 5 28–34 years 3

Ċentri ta’ Detenzjoni - Uffiċjali impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali impjegati bħalissa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni f’Malta u Għawdex, maqsuma skont kull ċentru?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għall-uffiċjali bl-uniformi jew oħrajn amministrattivi?

Ix-Xewkija, Għawdex – Inċident f’residenza – Passi investigattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, wara l-ewwel intervent b’rabta mal-każ li seħħ fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Settembru 2026 f’residenza fix-Xewkija, sarux żjarat oħra mill-Pulizija fir-residenza inkwistjoni, kif ukoll x’passi investigattivi ttieħdu, inkluż jekk itteħdux stqarrijiet, sarux spezzjonijiet jew inġabritx xi evidenza?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-informazzjoni mitluba sparixxiet!

Ix-Xewkija, Għawdex – Inċident f’residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati uffiċjali tal-Pulizija għall-intervent b’rabta mar-rapport li sar fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Settembru 2026 dwar allegat inċident f’residenza fix-Xewkija, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm dam kull uffiċjal fuq il-post, kemm kien it-total ta’ sigħat ta’ xogħol iddedikati għal dan l-intervent, u kemm intużaw vetturi tal-Korp tal-Pulizija, inkluż in-numru ta’ vjaġġi jew żjarat li saru fuq il-post?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirrefewri lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 3043

Għawdex – Lokalitajiet u żoni turistiċi – Preżenza tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-Distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi frekwenti l-preżenza ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili u rondi mill-Pulizija tad-Distrett, apparti l-Community Police, f'lokalitajiet u żoni turistiċi f'Għawdex bħax-Xlendi, Marsalforn, il-Port tal-Imġarr u x-Xagħra matul l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ kwart tas-sena?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Korp tal-Pulizija – Reklutaġġi ġodda – Snin 2025 u 2026

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2025 u 2026 rispettivament? Jista’ jgħid ukoll kemm mir-reklutaġġi ġodda huma operattivi f'Għawdex fil-maġġoranza tal-ħidma tagħhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li dettalji dwar ir-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2025 u 2026 huwa kif jidher fit-tabella li minnhom kien hemm kuntistabli ta’ riserva li ntbagħat iservi f'Għawdex. Barra mill-uffiċjali li jidhru fit-tabella kien hemm tnejn u disgħin (92) rekluta li bdew it-taħriġ tagħhom l-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati fis 26 ta’ Settembru 2026, filwaqt li spiċċa t-taħriġ ta’ tmienja u erbgħin (48) rekluta li minnhom dawk li temmew it-taħriġ b’suċċess, ser jieħdu l-ġurament fis-16 ta’ Ottubru, 2026. Year Probationary police constables External Probationary Police Inspectors Reserve Police Constables Re-Instatements Total 2025 123 2 28 31 184 2026 * 7 12 13 32

Ħruġ ta’ visas – Eżenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn inħarġu visas minkejja li l-applikazzjoni ma kinitx tinkludi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, fosthom il-bijometrija, assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, prova ta’ akkomodazzjoni, prova ta’ mezzi finanzjarji jew intervista? Jekk iva, jista’ jagħti ċ-ċifri sena b’sena u jispjega fuq liema bażi ngħataw dawn l-eżenzjonijiet?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-Onor. Interpellant għandu jkun informat illi dan il-Ministeru ma joħroġx visas.

Visas – Applikazzjonijiet – Intermedjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk individwi, aġenti, kumpaniji jew intermedjarji privati kinux awtorizzati jippreżentaw jew jiġbru applikazzjonijiet u dokumenti relatati mal-visas f’isem terzi? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn l-intermedjarji u jispjega liema proċess ta’ verifika u sorveljanza kien japplika għalihom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Visas – Applikazzjonijiet minn ċittadini Libjani – Proċedura għall-approvazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-proċedura li kienet tintuża għall-eżamijiet u l-approvazzjonijiet ta’ applikazzjonijiet għal visas ippreżentati minn ċittadini Libjani, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif inbidlet din il-proċedura matul dan il-perjodu u min kellu l-awtorità finali biex japprova jew jiċħad applikazzjoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel mistoqsijiet illi jaqgħu  fil-mansjoni ta’ dan il-Ministeru

Visas maħruġa lil ċittadini Libjani għal skopijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas għal skopijiet mediċi lil ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kontrolli kien hemm biex tiġi vverifikata l-awtentiċità tad-dokumenti mediċi u tal-appuntamenti ppreżentati mal-applikazzjonijiet?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-Onor. Interpellant għandu jkun informat sew dwar ir-responsabiltajiet ta’ dan il-Ministeru.

Visas – Applikazzjonijiet minn ċittadini Libjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal visas minn ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati, miċħuda, irtirati jew baqgħu pendenti, u jagħti ċ-ċifri skont it-tip ta’ visa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-Onor. Interpellant għandu jkun informat illi dan il-Ministeru ma joħroġx visas.

AFM – Żona SAR

Question

B’referenza għall-ħidma tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ (SAR) ta' Malta matul l-2025, jista’ l-Ministru: i.  jikkonferma li l-AFM irrispondiet għal inqas minn 1% tal-565 każ ta' periklu rreġistrati fiż-żona SAR tagħha u ħalliet 'il fuq minn 23,500 persuna f'periklu; ii. jgħid jekk hux minnu li l-gwardja tal-kosta Libjana tħalliet tidħol fiż-żona SAR ta' Malta mill-inqas 34 darba fl-2025 biex tirritorna bil-forza 'l fuq minn 1,500 persuna lejn il-Libja; u iii. jgħid x'inhi l-bażi legali għall-koordinazzjoni ta' tali ritorni u dan kif jallinja mal-obbligi ta' Malta taħt il-prinċipju ta' non-refoulement u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Birżebbuġa – Żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku – Infurzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti rigward short-lets u ż-żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku fil-lokalità ta' Birżebbuġa, bejn Ġunju u Awwissu 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awissu 2026, il-Pulizija tad-Distrett, flimkien mat-Tim tal-Pulizija għall-Komunità f’Birżebbuġa, komplew jieħdu inizjattivi konkreti biex jindirizzaw u jnaqqsu l-każijiet ta’ imġieba anti-soċjali, bħal  ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, imġiba indeċenti u problemi relatati ma’ abbużi minn akkomodazzjoni short-let. Bħal ma sar f’lokalitajiet oħra, dan kien jinvolvi ħafna siegħat ta’ ronda, matul dan il perjodu.  Il-Pulizija żammet kuntatt dirett mar-residenti u mal-komunità matul il-perjodu kollu u f’kull ħin ħadet azzjoni abbażi ta’ informazzjoni, u rapporti li rċeviet, kif ukoll ħadet azzjoni dwar inċidenti li ġew osservati minnha waqt il-qadi tad-doveri tagħha. Fuq kull rapport ta’ ksur ta’ ordni u paċi pubblika, il pulizija ħadet azzjoni abbażi ta’ ċirkustanzi ta’ kull każ. Kien hemm żewġ każi dwar diċenza pubblika fejn il-persuni responsabbli ingħataw taħrika li tħallset on the spot. L-azzjonijiet tal-pulizija huma kontinwi u bil-kollaborazzjoni mal-pubblika u l-Kunsill Lokali, ser tibqa’ taħdem b’mod preventiv biex jiġu evitati tali offiżi u oħrajn, u waqt li kull ilment jiġi segwit, ir-residenti tal-lokalità jgħixu f’ambjent kwiet u sigur.

Marsaskala – Żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku – Infurzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti rigward short-lets u ż-żamma tal-paċi pubblika u d-dekor pubbliku fil-lokalità ta' Marsaskala, bejn Ġunju u Awwissu 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awissu 2026, il-Pulizija tad-Distrett, flimkien mat-Tim tal-Pulizija għall-Komunità f’Marsaskala, komplew jieħdu inizjattivi konkreti biex jindirizzaw u jnaqqsu l-każijiet ta’ imġieba anti-soċiali, bħal  ksur tal-paċi u l-ordni pubblika, imġiba indeċenti u problemi relatati ma’ abbużi minn akkomodazzjoni short-let. Dan involva diversi siegħat ta’ ronda, matul dan il perjodu. Permezz ta’ aktar preżenza fit-toroq, kontrolli u infurzar, kif ukoll kuntatt aktar dirett mar-residenti u mal-komunità, qed ikomplu jsiru sforzi biex jiġu identifikati u indirizzati sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ inkonvenjent jew ta’ theddida għall-kwalità tal-ħajja fil-lokalità, u biex jiġi assigurat illi l-lokalità tibqa’ lokalità sigura, nadifa u paċifika. Dawn l-inizjattivi wasslu biex kien hemm tnaqqis drastiku ta’ rapporti u kwereli li s-soltu jidħlu l-għassa tal-lokal, tant li fir-rigward ta’ residenzi short-lets, it-tim tal-lokal kellu rapport wieħed biss, f’dan il-perjodu, li ġie solvut wara li ttieħdu azzjonijiet neċessarji u immedjati. Il-kollaborazzjoni bejn il-Pulizija, il-Kunsill Lokali u r-residenti ser tkompli biex każi kif indikati fil-mistoqsija u oħrajn  jiġu indirizzati b’mod effettiv u kontinwu.

Il-Madliena – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fil-Madliena mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u t-23 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija ġew rreġistrati sebgħa (7) rapporti ta’ serq fil-lokalità tal-Madliena fis-sistema elettronika tal-Pulizija.

Għawdex – Ċitazzjonijiet għal ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet f’Għawdex relatati ma’ boroż ta’ skart domestiku li tħallew barra fil-ġranet jew fil-ħinijiet mhux permessi skont il-liġi matul is-sena 2025 u matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tingħata tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll f’liema lokalitajiet f'Għawdex inħarġu tali ċitazzjonijiet?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità 2025 2026 Total (sa 23/09) Fontana 1 1 Ghajnsielem 3 3 Gharb 1 1 Munxar 2 1 3 Rabat (Victoria) 1 1 Sannat 2 2 Xaghra 1 2 3 Zebbug 1 3 4

Il-Korp tal-Pulizija – Vetturi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-Korp tal-Pulizija f’Malta ngħataw vetturi inkluż muturi ġodda, il-Pulizija f’Għawdex ma bbenefikatx mill-istess investiment? Kemm-il vettura inkluż muturi ġodda ngħataw lill-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar sentejn u kemm minnhom ġew allokati f'distretti u skwadri f’Malta, u kemm minnhom ġew allokati lill-Pulizija f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex il-Pulizija f’Għawdex jingħataw vetturi ġodda fil-futur qarib?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn inħarrġu 84 vettura għall-użu tal-Korp tal-Pulizija li minnhom tlieta kienu ġew allokati f’Għawdex. 81 vettura oħra kienu allokati madwar distretti u skwadri tal-Pulizija differenti. Fiż-żmien li ġej il-pulizija mistennija tkompli tinvesti f’vejikoli oħrajn biex jintużaw f’Malta u f’Għawdex.

Ħ’Attard – Rapporti ta’ storbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju f'Ħ’Attard minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Gunju 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paci u ordni pubblika, Ħ’Attard kien hemm ghaxar (10) kazi rreġistrati.