Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-korsijiet li fil-pre¿ent huma offruti lill-priġunieri u kemm hemm priġunieri li qed jattendu dawn il-korsijiet regolarment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 23 priġunier/a li qed jattendu għal xi kors.
Il-korsijiet jinkludu:
Skill building ( LEAP)
Life skills
Maltese history
Italian
Drums practice
Adventure in music
Maths
English conversation
Spanish
Basic sewing course
Maths
English
Crafts
Italian
Life Skills Sessions
Music educational sessions
Basic Digital Skills
Video forum
Personal Development Sessions
English lessons
Physical Education
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il laqgħa saret tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet għamel xi laqgħat imma fil-preżent mhux qed jiltaqa’. Malli jittieħdu deċiżjonijiet ta’ struttura ta’ tmexxija huwa ttamat li Bord għall-Governanza jkun riattivat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Għajnsielem/Xewkija Għawdex – Triq l-Imġarr — inċidenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, kemm-il inċident seħħ fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem/Xewkija f'Għawdex li fih xi persuna jew persuni sfaw bi ġrieħi ħfief jew gravi? Kemm-il persuna tilfet ħajjitha f'dawn l-inċidenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Marzu 2019, il-pulizija rreġistrat u rrikorriet għal ħamsa u tmenin (85) inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr Għajnsielem / Xewkija li kienu jinvolvu xi tip ta’ korrimenti jew imwiet. Minn dawn kien hemm inċident wieħed fatali li ħalla persuna mejta. Tabella bid-dettalji dwar it-tip ta’ inċidenti rreġistrati, f’dan il-perjodu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs – osservazzjonijiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il osservazzjoni ġiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali mill-Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs dwar il-ħabs u l-priġunieri skont dak li jipprovdi l-artikolu 8(4) tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika xi jrid ifisser meta jgħid, “Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs”.
Uffiċjali tal-ħabs li ntbagħtu jaħdmu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta' Mejju 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il uffiċjal tal-ħabs intbagħat jaħdem fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda uffiċċjal korrettiv li ntbagħat jaħdem fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi – uffiċjali mneħħija mil-kariga tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il uffiċjal huwa neħħa mill-kariga tiegħu fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għat-tneħħija ta' kull wieħed mill-uffiċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali li tneħħew mill-kariga tagħhom mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mis-sena 2013 huwa kif gej:
· 2018 Uffiċjal Korrettiv (1) wieħed li twaqqaf waqt iż-żmien tal-
probation
.
· 2019 Uffiċjal korrettiv (1) wieħed li tkeċċa mis-servizz pubbliku fuq azzjoni dixxiplinarja tal-PSC
Direttivi mogħtija lill-uffiċjali tal-ħabs dwar dmirijiethom
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'direttivi ta lill-uffiċjali tal-ħabs dwar id-dmirijiet tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija direttivi mogħtija minnu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istanding orders (direttivi) maħruġa mill amministrazzjoni tal-ħabs minn żmien għal żmien huma relatati mal-operat tal-ħabs. Għalhekk f’dawn l-istanding orders hemm inkluż is-sigurtà tal-ħabs, li hu żona ta’ sigurta’ massima, u hemm informazzjoni sensittiva. Għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid, min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data meta ġie maħtur u f'liema qasam għandu għarfien u esperjenza għal kull wieħed mill-membri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-Onor. Prim Ministru approva l-Bord Għall-Governanza tal-Ħabsijiet fil-20 ta’ Settembru 2018, u huwa kostitwit kif ġej:
Chairperson
Is-Sur Anthony Mario Ellul (esperjenza fl-immaniġġar ta’ proġetti u implementazzjoni ta’ proġetti)
Membri:
Prof. Janice Formosa Pace B.Psy. (Melit.), M.Sc Forensic and Legal (Leics.), Ph.D. (Hudd.)
Dott. Marija Axiak M.D M.R.C.Psych. MBA (Public Management)
Is-Sur Stephen Fenech LCCI (Business Studies), M.B.A. (Henley)
Dott. Vincent Micallef B.A. Legal & Humanistic (Theology) Studies; LL.D
Jista' l-Ministri jgħid, x'dokumenti ġew sottomessi lilu mill-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet għall-approvazzjoni preliminari tiegħu mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-imsemmija dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ħabs jeżisti element ta’ sigurtà u kunfidenzjalità li allura jistgħu jippreġudikaw l-operat tal-istess Ħabs għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapporti jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fil-preżent u kemm minnhom soffrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 73 mara li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni. Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta’ kemm minnhom sofrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità.
Jista’ l-Ministru jindika jekk f’dawn l-aħħar sentejn sarux konsultazzjonijiet mal-priġunieri sabiex jaraw xi jridu li jinbidel u x’qiegħed isir verament fil-Ħabs? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kienet il-prassi li jsiru konsultazzjonijiet mal-priġunieri. L-Amministrazzjoni tikkonsulta, mal-Prison Board, il-Psikjatri, il-Psikologi, is-Social Workers u professjonisti oħra biex tfassal dak li hu tajjeb għall-priġunieri.
Jista' l-Ministru jgħid, liema postijiet jew binjiet jew partijiet minnhom ġew iddikjarati minnu bħala ħabs mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data ta' meta l-ordnijiet mogħtija minnu dwar postijiet jew binjiet dikjarati bħala ħabs ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena infurmat li l-ebda post jew bini ma ġie ddikjarat bħala ħabs mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Bord ta’ Monitoraġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid, min kienu l-membri tal-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti d-data tal-ħatra ta' kull wieħed mill-membri u jindika wkoll jekk għadhomx iservu bħala membri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634, jista’ l-Ministru jgħid meta fit-18 ta’ Marzu 2019, fil-Parlament, l-istess Minsitru rrefera għal “rinovazzjoni fl-għases” kienx qed jirreferi għall-għases imsemmija fit-tweġiba 9634? Jista’ jgħid x’tip ta’ rinovazzjoni qed issir? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ta’ rinovazzjoni huwiex biex dawn l-ispazji jsiru skont il-Konvenzjoni ta’ Istanbul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li “rinovazzjoni fl-għases” mhix relatata ma’ dawk l-għases imsemmija fit-tweġiba 9634. Ir-rinovazzjoni tal-Għases tikkonsisti f’xogħol meħtieġ minn żmien għal żmien minħabba diversi fatturi fosthom dawk ta’ manutenzjoni, u/jew titjib ġenerali fil-binjiet kif ukoll fl-ambjent tal-lok.
Membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġa fuq il-Vjolenza Domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul matul taħriġ divers li ngħata lilhom mis-sena 2017, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Ad hoc training
Recruits
In service course
2017
84
97
-
2018
128
79
-
2019
-
56
140
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija Għawdxin u huma stazzjonati ġewwa Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u tmienja u ħamsin (158) membru Għawdxi jew membri li għandhom residenza ġewwa Għawdex u qegħdin stazzjonati ġewwa Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid meta reġa’ ġie ingaġġat lura fil-Korp, il-pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn huwa stazzjonat illum u kemm ilu stazzjonat hemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-pulizija li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, reġa’ ġie ingaġġat fil-Korp fl-20 ta’Marzu, 2019 u kien stazzjonat ġewwa Għawdex u għadu hemm sallum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti fil-Korp tal-Pulizija sabiex pulizija Għawdxin li jaħdmu f'Malta, jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma hemmx lista fil-Korp tal-Pulizija b’talbiet pendenti minn Pulizija li jaħdmu f'Malta sabiex jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex. Il-Kummissarju tal-Pulizija jirreloka pulizija għal Għawdex skont min ikun imissu mil-lista tas-sinjorità u kif jitolbu l-esiġenzi tas-servizz.