Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu s-service li jmiss għall-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum dan is-service?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 34120.

Forzi Armati ta’ Malta – Helicopters - Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar manutenzjoni tal-helicopter tat-tip Augusta Westland li jinsab operabbli preżentement fil-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ż-żamma u manutenzjoni tal-ħelikopters tiffunzjona bħala proċess kontinwu, li jimxi b’mod strett mar-regolamenti tal-manifattur u skont il-programm ta’ manutenzjoni li huwa approvat mill-manifattur u jimxi skont il-protokolli stabbiliti. Is-sistema strutturata ta’ programm ta’ manutenzjoni li tintuża hija ‘Continuous Airworthiness Maintenance Program’ li jsir b’interval ta’ kull ħamsa u għoxrin (25) siegħa. Ninsab infurmat li l-manutenzjoni fuq dan il-helikopter hija skedata għal stadju iktar tard din is-sena.

Għawdex – Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi u kull tip ta’ makkinarju ieħor ġewwa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm sezzjonijiet speċjalizzati differenti ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-preżent id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jopera minn żewġ sezzjonijiet speċjalizzati distinti f’Għawdex: it-taqsima tat-tifi tan-nar fuq l-art u t-taqsima tat-tifi tan-nar u s-salvataġġ marittimu. L-għodda għad-dispożizzjoni hija diversa fosthom numru ta’ fire engines, inġenji għat-tifi ta’ nirien tal-ħaxix, apparat tal-hazmat, rhib għal fuq il-baħar, bowser tal-ilma u vetturi li jintużaw f’inċidenti tat-traffiku u salvataġġ, fost oħrajn. Komplejna ninvestu wkoll fir-riżorsa umana b’kundizzjonijiet aħjar u ilbies protettiv aqwa wkoll. Intant, ninsab infurmat ukoll li fil-futur qrib se jkun hemm vettura oħra tat-tifi tan-nar ta’ daqs medju f’Għawdex, kif ukoll vettura speċjalizzata għal kontra l-inċidenti tal-kimika f’Għawdex ukoll. Dan bħala parti mill-moderninazzjoni u l-investiment kontinwu fil-Protezzjoni Ċivili.

L-Isla - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Isla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ l-Isla kien ta’ disa’ u ħamsin (59), li minnhom kien hemm ħmistax (15) marbuta ma serq.

Il-Kalkara - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Kalkara u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Kalkara kien ta’ disa’ u sittin (69), li minnhom kien hemm għoxrin (20) marbuta ma serq.

Bormla - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Bormla u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Bormla kien ta’ mitejn u erbgħin (240), li minnhom kien hemm sebgħa u disgħin (97) marbuta ma serq.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul l-2025, il-popolazzjoni medja fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi kienet ta’ 727 fejn 374 minnhom kienu barranin.

Ħaż-Żabbar - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar kien ta’ tlett mija u sitta u ħamsin (356), u minnhom kien hemm mija’ u tlieta 103 marbuta ma’ serq.

Il-Birgu - Dellitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Birgu kien ta’ erba’  sebgħin (74), u minnhom kien hemm seba’ u tletin (37) marbuta ma’ serq.

Ħal Tarxien - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien kien ta’ mitejn u disgħa (209), u minnhom kien hemm seba’ u erbgħin (47) marbuta ma’ serq.

Santa Luċija - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, Malta, u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Santa Luċija kien ta’ sebgħin (70), u minnhom kien hemm sbatax (17) marbuta ma’ serq.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 33366.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33388.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

San Ġiljan u s-Swieqi - Short lets - Rapporti fuq storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mir-residenti fuq storbju eċċessiv minn proprjetajiet mikrija fuq bażi short let fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan u s-Swieqi separatament, minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ġew imħarrka li kisru l-paċi pubblika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Mejju 2024 u s-27 ta’ Jannar 2026, il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat tmienja u għoxrin (28) rapport mingħand residenti tas-Swieqi u San Ġiljan relatati ma’ storbju eċċessiv jew argumenti li jinvolvu persuni barranin li kienu qed joqogħdu f’diversi propjetajiet, inklużi dawk użati għal short lets u oħrajn. Dawn l-inċidenti seħħew kemm waqt li l-imsemmija persuni kienu ġewwa l-propjetajiet jew waqt li dawn ikunu barra fi triq deħlin għal l-istess propjetajiet. Kif isir dejjem f’dawn iċ-ċirkostanzi, meta l-Pulizija setgħet tivverifika l-ilmenti dwar l-istorbju, il-persuni kkonċernati ġew imwissija biex jieqfu. Fost dawn il-każijiet, kien hemm ukoll każ fejn inħarġu akkużi.

Il-Fgura - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Fgura u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Fgura kien ta’ mitejn u disa’ u tmenin (289), li minnhom kien hemm erbgħa u sittin (64) marbuta ma serq.

Marsaxlokk - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Marsaxlokk kien ta’ mija u tlettax (113), li minnhom kien hemm ħamsa u erbgħin (45) marbuta ma serq.