Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – Tiġdid ta’ liċenzji għal armi tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jitlob lill-Pulizija li meta jkun hemm applikazzjoni għal tiġdid ta’ liċenzja ta’ arma tan-nar, l-applikant ikun mitlub li jipprovdi ċertifikat li m’għandux problemi ta’ saħħa mentali jew mard/kundizzjonjiet oħra li jistgħu jwasslu biex jabbuża minn din il-liċenjza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li għal kull minn jitlob liċenzja taħt l-Att dwar l-armi, il-Pulizija titlob biex ma l-applikazzjoni jinġieb ċertifikat mediku li juri li persuna li qed tapplika, kapaċi li żżomm u tuża arma. Issir verifika jekk kienx ħati ta’ xi reati kriminali jew jekk jaqax taħt xi wieħed mis-sitwazzjonijiet tal-artikolu 24 tal-Kap 48, tal-liġijiet ta’ Malta. Sussegwentament l-applikant jitla għat-test quddiem il-Weapons Board, li jeżamina l kapaċita tal-persuna li żżomm u tuża l armi. Il-Bord wara jibgħat rakkomandazzjoni lill pulizija u f’każ ta’ riżultat pożittiv, tkun tista toħroġ liċenzja. L-applikant ikun jeħtieg li jippreżenta kopja tal-membership ma għaqda rikonoxxuta għal dan il-għan, kif ukoll polza ta’ l-assikurazzjoni għar-riskji ta’ terzi persuni. Il-Korp huwa dejjem miftuħ sabiex ikompli jsaħħaħ din l-analiżi. Għaldaqstant inbeda proċess intern ta' kif din l-analiżi tista tkun imsaħħa, inkluż bl-għajnuna ta' professjonisti oħrajn.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Infurmat ukoll li tali eżerċizzju jaqbeż l-advisory cost.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Director General 1 Chief Assistance and Rescue Officers 9 Station Officers 27 Architect and Civil Engineer 1 Leading Assistance and Rescue Officers 61 Assistance and Rescue Officers (3 on unpaid leave and 1 suspended) 152 ERL employees 8 RSSL employees 1 Director 2 Senior Manager 1 Assistant Correctional Manager 1 Nurse 1 Detention Service Officer 1 Principal (of which one is carrying duties with a VO) 3 Assistant Principals 3 Clerks 4 Tradesman 1 Labourer (one suspended) 2 Trainee Assistance and Rescue Officer 64 Total 343

Dipartiment tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mad-Dipartiment tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li huwa hekk kif ġej: • Kap tad-Dipartiment • Uffiċjal fi Grad 5, bi rwol ta’ Manager II (Compliance) • Uffiċjal fi Grad 7, bi rwol ta’ Manager II (Compliance) • Uffiċjal fi Skala 7, bi rwol ta’ Manager II (Compliance) • Assistant Principal • Customer Care Officer • Senior Clerk

Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm 25 persuna ingaġġata mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif deskritti fit-tabella provduta hawn taħt: Director Assistant Director Office of the Assistant Director Manager II (Project Management) Operations Unit Manager II (Accounting & Finance) Senior ICT Support Officer RSSL Officer Legal Unit Junior Legal Officer Gender Mainstreaming Unit Manager II Manager I SOGIGESC Unit Senior Manager Manager II Human Rights Initiatives Unit Senior Manager (Project Management) Manager II Manager I Research and Coordination Unit Senior Manager Manager II Intercultural and Anti-Racism Unit Advisor Senior Manager (Project Management) Manager II x2 Manager I x5

Direttorat tad-Difiża – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mad-Direttorat tad-Difiża, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fid-Direttorat tad-Difiża huma maqsumin kif muri hawn taħt: Grad 1x Direttur 1x Assistent Direttur 1x Uffiċjal Prinċipal Anzjan 1x Manager II 1x Prinċipal 1x Uffiċjal Eżekuttiv

Forzi Armati ta’ Malta – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mal-Forzi Armati ta' Malta, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mal-Korp tal-Pulizija, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġbir ta’ vetturi mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru vetturi mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2023, maqsuma lokalità, lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm baqa' vetturi abbandunati, mkissra eċċ. fit-toroq li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux, maqsuma lokalità, lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap. 516) — Skrivani tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skrivani tal-Parole ai termini tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Kap. 516, matul l-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm żewg skrivani tal-Parole u preżentament hemm skrivan tal-Parole wieħed. Infurmat li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess sabiex dan l-irwol jimtela.

Artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 — Deroga magħrufa bħala s-sovereign clause

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sas-sena 2023, kemm-il darba Malta applikat id-deroga magħrufa bħala s-sovereign clause skont l-artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 u għalhekk ħadet fuqha r-responsabbilità ta’ applikazzjoni għall-ażil? Jista’ jindika għal kull każ in-nazzjonalità ta’ kull applikant għall-ażil, ir-raġuni mogħtija minn Malta għal tali deroga u jekk l-Istat Membru responsabbli aċċettax l-imsemmija deroga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2023, id-deroga ta’ ‘sovereignty clause’ ġiet applikata għal seba’ applikanti li jinkludu, tlieta mil-Libja, tlieta mill-Iran u waħda mill-Mali.

Uffiċjali Korrettivi — Passi dixxiplinarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14815, jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu l-passi dixxiplinari li ttieħdu fuq uffiċjali korrettivi, u kemm-il każ kien hemm minn kull tip ta’ ksur ta’ liġi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi 35 il każ ġew konklużi permezz tal-għoti ta’ penali. Passi dixxiplinari li ttieħdu fuq uffiċjali korrettivi skont il-Prison Act (260.03) kif wkoll il-Ftehim Kollettiv kienu dawn: - Ċanfira bil-Miktub – 25 - Sospensjoni ta’ jumejn bla paga – 5 - Sospensjoni ta’ ħamest ijiem bla paga – 2 - Sospensjoni ta’ għaxart ijiem bla paga – 1 - Sospensjoni ta’ ġurnata leave – 1 - Twissija Verbali – 1

Kundizzjoni tas-saħħa ta’ priġunier

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kundizzjoni tas-saħħa tal-priġunier li ġie rappurtat li pprova jtemm ħajtu f'Novembru li għadda u li kien jinsab f'qagħda kritika? Jista' jgħid ukoll jekk dan ġiex trasferit mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ma naħsibx li huwa etiku li dettalji mediċi ta' persuna jkunu imxandra, madanakollu dispost li ninforma lill-Onor. Interpellant b'dak li infurmat b'mod privat.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Uffiċjali sospiżi jew imkeċċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li kienu sfaw sospiżi jew imkeċċija minn forzi dixxiplinari oħra, inkluż mill-Forzi Armati ta' Malta? Jekk iva, kemm hemm, u x'kienu r-raġunijiet ta' tkeċċijiet jew sospensjonijiet tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi jsir skrutinju għal kull persuna li tapplika għal rwol ta' uffiċjal korrettiv fejn jiġi analizzat ir-rekord tal-persuna. Dawn l-uffiċjali Korrettivi jinkludu persuni li ġew impjegati numru twil ta' snin ilu. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq aktar informazzjoni, nitolbu jagħmel talba aktar speċifika.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, rispettivament għal kull lokalità, ta’ kemm saru reati kriminali fis-snin 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in numru ta’ reati li seħħew f’kull lokalità f’dawn il-gżejjer fis-sena 2022 hekk kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat illi bħal kull sena, il-crime report għas-sena 2023 ikun publikat fi żmien li ġej. Reati kriminali fis-sena 2022 Lokalità 2022 ATTARD 222 BALZAN 65 BIRGU 70 BIRKIRKARA 568 BIRZEBBUGIA 417 BORMLA 234 DINGLI 44 FGURA 276 FLORIANA 176 FONTANA - GHAWDEX 14 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 106 GHARB - GHAWDEX 34 GHARGHUR 67 GHASRI - GHAWDEX 7 GHAXAQ 108 GUDJA 177 GZIRA 333 HAMRUN 527 IKLIN 56 ISLA 76 KALKARA 67 KERCEM - GHAWDEX 27 KIRKOP 65 LIJA 44 LUQA 222 MARSA 357 MARSASKALA 332 MARSAXLOKK 117 MDINA 23 MELLIEHA 379 MGARR 110 MOSTA 453 MQABBA 35 MSIDA 485 MTARFA 26 MUNXAR - GHAWDEX 43 N/A 31 NADUR - GHAWDEX 90 NAXXAR 331 PAOLA 446 PEMBROKE 73 PIETA' 154 QALA - GHAWDEX 27 QORMI 579 QRENDI 52 RABAT 262 RABAT - GHAWDEX 238 SAFI 50 SAN GILJAN 1007 SAN GWANN 276 SAN LAWRENZ - GHAWDEX 15 SAN PAWL IL-BAHAR 1369 SANNAT - GHAWDEX 33 SANTA LUCIJA 49 SANTA VENERA 248 SIGGIEWI 152 SLIEMA 645 SWIEQI 176 TA' XBIEX 103 TARXIEN 177 VALLETTA 456 XAGHRA - GHAWDEX 103 XEWKIJA - GHAWDEX 63 XGHAJRA 55 ZABBAR 377 ZEBBUG 308 ZEBBUG - GHAWDEX 129 ZEJTUN 326 ZURRIEQ 172

Dipartiment tal-Probation u l-Parole – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-persuni ingaġġati mad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Director Għaddej il-proċess tal-għażla Assistant Director 1 Principal Probation Officer 1 Senior Probation Officer 4 Psychologist 1 Psychology Practitioner 1 Probation Officer 20 Trainee Probation Officers 2 Officer in Scale 5 1 Principal 2 Senior Operative (Group IV) 1

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ddaħħlu fuq droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li ddaħħlu fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin f’dawn l-aħħar 15-il sena in konnessjoni ma’ reati ta’ droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minħabba li r-rekords bdew jinżammu b’mod diġitali mis-sena 2015 ‘il quddiem, nista’ niprovdi n-numru minn dik is-sena ‘il quddiem. 2023 – 92 persuna 2022 – 90 persuna 2021 – 85 persuna 2020 – 92 persuna 2019 – 95 persuna 2018 – 100 persuna 2017 – 104 persuna 2016 – 95 persuna 2015 - 80 persuna

Paceville — Skwadra speċjali tal-Pulizija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14639, peress li f’din it-tweġiba m’hemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Pulizija ser tagħmel skwadra speċjali għal Paceville kif kien imwiegħed diversi drabi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14639.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm fuq l-għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan fid-dawl li din hija proprjetà privata requisitioned u hemm talba biex tingħata lura? Jista’ jgħid ukoll xi pjan ta’ kontinġenza hemm mill-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mhux l-intezjoni tal-Korp li l-post preżenti ma jibqax iservi ta' għassa tal-Pulizija.