Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sapport – Support Workers – Exit interviews

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru exit interviews lis-support workers ta’ Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat li jirreżenja jingħata stedina bil-miktub għal ‘exit interview’; madankollu, mhux kull impjegat jaċċetta din l-istedina. Dawk li ma jaċċettawx l-istedina għal laqgħa wiċċ imb wiċċ jintbagħtilhom stedina sabiex jimlew formola li tinkludi sett ta’ mistoqsijiet, iżda lanqas din mhux dejjem tiġi milqugħa. L-istatistika dwar in-numru ta’ ‘exit interviews’ tmur lura sas-sena 2024. Aġenzija Sapport għandha rekord ta’ 15-il ‘exit interview’ ma’ support workers fl-istatistika tagħha, li minnhom 9 saru fl-2024 u 6 saru fl-2025.

Aġenzija Sapport – Support Workers – Riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm support workers (full-time jew part-time) fl-Aġenzija Sapport irriżenjaw tul dawn l-aħħar ħames snin skont in-numru ta’ snin ta’ esperjenza li kellhom fl-istess Aġenzija: i.    0 – 5 snin; ii.    6 – 10 snin; iii.    11 – 15-il sena; iv.    16 – 20 sena; u v.    20+ sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

TWEĠIBA Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. 0-5 snin 6-10 snin 11-15 -il sena 16-20 sena 20+ sena Minnhom Senior Support/Care Workers 2021 9 2 1 1 0 1 2022 10 2 1 0 1 0 2023 9 3 3 2 0 2 2024 12 9 2 1 0 0 2025 18 8 2 1 0 3 Barra minn hekk, nixtieq ninforma lill-Onorevoli li dawk kollha li rriżenjaw ġew sostitwiti b'impjegati ġodda.

Aġenzija Sapport – Part-time Support Workers – Riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw part-time support workers minn Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Riżenji 2021 12 2022 17 2023 11 2024 15 2025 14

Aġenzija Sapport – Full-time Support Workers – Riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw full-time support workers minn Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Sena Riżenji 2021 18 2022 13 2023 33 2024 25 2025 33

Persuni b’diżabilità intellettwali severa – Strateġija tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-gvern għal persuni b’diżabilità intellettwali severa u li servizz tal-komunità (mhux residenzjali) mhux biżżejjed biex jgħixu ħajja independenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, rratifikata u ffirmata fl-2012, kull persuna b’diżabilità għandha dritt tgħix fil-komunità bl-assistenza neċessarja.

Residenzi ta’ Aġenzija Sapport – Lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx lista ta’ stennija ta’ persuni b’diżabilità biex jidħlu f’residenzi ta’ Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrateġija tal-Istat tmur lil hinn mill-għoti ta’ residenza għal persuni b’diżabilità, sabiex tiffoka fuq l-implimentazzjoni tad-deistituzzjonalizzazzjoni u tiġi mħarsa il-UNCRPD. F’dan il-kuntest, qed inkomplu nsaħħu u nespandu s-Servizz tal-Personal Assistant bil-għan li aktar persuni jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti u b’dinjità fil-komunità. Fil-preżent hemm madwar 600 benefiċjarju mqassmin fuq żewġ skemi differenti.

Residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm residenzi mmexxija minn Aġenzija Sapport u f’liema bliet u rħula jinsabu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi disa’ djar fil-komunità, iżda ma taqsamx informazzjoni fejn jinsabu sabiex tipproteġi lill-persuni li jgħixu fihom.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34149 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi hemm tliet (3) parkeġġi riservati għal persuni li huma detenturi ta’ blue badge. Barra minn hekk, fl-inħawi tal-binjiet tal-Ministeru u tal-Entitajiet li jaqgħu taħti, hemm diversi parkeġġi pubbliċi oħra riservati għal persuni b’diżabilità, li jistgħu jintużaw kemm mill-impjegati kif ukoll mill-pubbliku.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva li mistenni jimplimenta matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u sal-lum m’hemm l-ebda Direttiva pendenti għat-traspożizzjoni f’dan l-istess perjodu.

Aġenzija Sapport - Ħaddiema - Kriterji

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kriterji ta' eleġibbilità li wieħed irid jissodisfa biex jibda jaħdem f'wieħed miċ-Ċentri tal-Aġenzija Sapport? Tista’ tgħid ukoll jekk jingħatax taħriġ lil dawn il-ħaddiema qabel jew wara li jibdew l-impjieg u jekk iva, x'tip ta' taħriġ jingħata?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tispeċifika liema gradi jew professjonijiet qed tirreferi għalihom fil-mistoqsija tagħha.

Aġenzija Sapport - Tmiem ta’ impjieg - Dipartimenti/Entitajiet/Awtoritajiet oħra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ma baqgħetx taħdem mal-Aġenzija Sapport u marret taħdem ma’ dipartiment, entità jew awtorità oħra matul is-sena 2025? Tista’ tgħid ukoll kemm-il sena kienu ilhom jaħdmu mal-istess aġenzija dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport ma għandhiex informazzjoni dwar impjegati li, matul is-sena 2025, telqu mill-Aġenzija u bdew jaħdmu ma’ xi dipartiment, entità jew awtorità oħra.

Aġenzija Sapport – Tmiem ta’ impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna temmet l-impjieg tagħha mal-Aġenzija Sapport matul is-sena 2025? Tista’ tgħid ukoll kemm-il sena kienu ilhom jaħdmu mal-istess aġenzija dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li matul is-sena 2025 ġew reklutati 102 impjegat, inklużi wkoll is-sostituzzjonijiet ta' 80 impjegat li temmew l-impjieg tagħhom. 9 minn dawn l-80 impjegat irtiraw. Il-perjodu ta' servizz tal-ħaddiema jvarja bejn ftit ġranet u snin, skont il-każ.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.    it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.   data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.  ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xahar ta’ Jannar ma attendejtx għal-laqgħat relatata mal-Kunsill tal-Ewropa jew fl-livell ta’ Unjoni Ewropea. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tagħha u jekk iva, kemm?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Health & Safety Officer impjegat full time mhux mitlub mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Persuni b’diżabilità - Sfidi biex jibqgħu jgħixu fil-komunità

Question

Peress li l-anzjani huma intitolati għal għajnuna fit-tindif tad-dar tagħhom, filwaqt li persuni b’diżabilità jingħataw biss tmien sigħat ta’ għajnuna kull erba’ ġimgħat, tista’ l-Ministru tgħid għaliex teżisti din id-differenza, fid-dawl tal-fatt li persuni b’diżabilità jaffaċċjaw iktar sfidi biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-assistent personali jista’ jgħin lill-persuni b’diżabilità fit-tindif personali tagħhom, sakemm is-servizz jibqa’ wieħed ta’ assistenza personali u mhux limitat biss għat-tindif. Is-servizz ta’ assistenza personali jista’ jkopri aktar minn tmien sigħat kull erba’ ġimgħat, iżda n-numru ta’ sigħat ivarja minn każ għall-ieħor. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-servizz ta’ ‘homehelp’, il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33385.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtha li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmata li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiċi tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.