Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — lista ta' proġetti kapitali

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Budget 2021 – benefiċċji lil persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom skont il-Budget 2021?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

National Disability Surveys

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18424 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar żewġ National Disability Surveys li saru f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex ikun aktar ċar fit-talba tiegħu.

Marsaxlokk Waterpolo Club – proġett

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18426 u tgħid jekk il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Aġenzija Sapport: Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum li għandna mwaqqfa f’pajjiżna? Kemm minnhom kienu mwaqqfa f’dawn l-aħħar seba’ snin u fejn twaqqfu? X’inhi l-allokazzjoni finanzjarja globali sabiex jiġi operat dan is-servizz?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi 12-il-Ċentru ta’ Matul il-Jum (11 f’Malta u 1 f’Għawdex). Fl-aħħar seba’ snin twaqqfu dawn iċ-Ċentri: § Għajnsielem Learning Hub - Għawdex, 2015 § Skills Space – Sliema, 2017 § Baħar iċ-Ċagħaq, 2020 L-ispiża globali finanzjarja sabiex Aġenzija Sapport topera dawn iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum hi ta’ madwar €10.3 miljun fis-sena. Dan minbarra spejjeż oħra ta’ madwar €250,000 fis-sena bħala spiża kapitali fuq għamara, apparat, proġetti ta’ ristrutturar u infrastruttura teknoloġika.

Ta’ Qali Outdoor gym

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-outdoor gym f’Ta’ Qali nqala’ minn postu fl-aħħar ġranet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-outdoor gym f’Ta’ Qali ġie maqlugħ fl-aħħar ġranet minħabba li ser jiġi rinovat b’apparat ġdid. Apparti hekk qed tiġi rinovata wkoll l-art tal-istess outdoor gym u l-art tal-mini pitch li jinsab fl-istess akwata.

Ta’ Kandja – Shooting Range

Question

B’referenza għall-fatt li x-shooting range f’Ta Kandja ġie stmat €13-il miljun minflok is-€7 miljun li ġie stmat u b’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur li sab li rapport ta’ The Shift News kien korrett jiġifieri li 59% tax-xogħlijiet kienu mogħtija mingħajr approvazzjoni u b’referenza għall-fatt li l-Ministru stqarret li mhemmx responsabilità politika x’tinġarr, tista’ l-Ministru tgħid min se jġorr ir-responsabilità ta’ dan il-mismanagement gross ta’ fondi pubbliċi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jiena infurmata li l-proġett tax-Shooting Range fl-ebda mument ma kellu stima uffċjali ta’ €7 miljun. Filfatt l-istimi li ġew ikkummissjonati minn SportMalta, saru fuq ix-xogħol tal-kostruzzjoni li kellha b¿onn ix-shooting range. Dawn saru b’mod indipendenti, u ċioe mill-uffiċjali tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura l-Proġetti Kapitali u jkopru 51% tan-nefqa totali fuq ix-Shooting Range (u ċioe €5 miljuni esklu¿ il-VAT). L-istima tgħid li n-nefqa totali mistennija fuq dawn il-kuntratti kellha tkun ta’ €5,328,295 (eskluz il-VAT), meta fil-verità, il-kuntratti kellhom valur ta’ €5,050,894 (eskluz il-VAT) u ċioe nefqa attwali ta’ €277,400 inqas milli stmat. Dan ifisser li mhux talli ma kien hemm l-ebda mismanagement ta’ fondi pubbliċi, anzi x-shooting range ġiet irħas milli ġiet stmata. M’huwiex korrett lanqas l-Onorevoli interpellant meta jgħid li x-Shooting Range ġiet tiswa €13-il miljun, meta huwa r-rapport tal-Awditur Ġenerali stess li jikkonferma li x-shooting range ġiet tiswa €11-il miljun (inklu¿ il-VAT). Lanqas huwa korrett l-Onorevoli interpellant meta jgħid li 59% tax-xogħol sar mingħajr approvazzjoni u dan ukoll joħroġ mir-Rapport tal-Awditur Ġenerali. Anzi r-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-proċess tal-procurement kien kollu approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tagħha u entitajiet li jaqgħu taħtha sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Għaqdiet, Assoċjazzjonijiet u Klabbs Sportivi – għajnuna — COVID-19

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18233 u tindika b’mod individwali liema kienu dawk l Assoċjazzjonijiet u Klabbs Sportivi li ngħataw għajnuna (u kemm kienu l-ammonti b’mod individwali għal kull Assoċjazzjoni) mill-Gvern matul l-aħħar 10 xhur bħala sostenn għas-sitwazzjoni problematika u diffiċili li ħolqot l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna lill-istess għaqdiet sportivi fl-operat tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kien hemm żewġ skemi kif indikat fit-tabella hawn taħt: Use of Facilities Total Number of clubs/associations 40 Total Amount €163,157.52 Ground Rents Total Number of clubs/associations 132 Total Amount €312,388.73

Għaqdiet/assoċjazzjonijet sportivi – allokazzjoni ta’ flus

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18234 u ċjoè: Mill-vot għall-isport imħabbar fl-estimi tal-baġit għas-sena li ninsabu fiha, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kif se jkunu qed jintefqu l-flus fl-allokazzjoni mħabbra u kemm f’ammonti mill-istess allokazzjoni l-għaqdiet/assoċċjazzjonijiet sportivi ser ikunu qed jibbenefikaw b’mod individwali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi, kif inhi l-prassi, trid tiġi approvata mill-bord tad-diretturi, biex wara jkunu jistgħu jiġu mwiegħda ammonti speċifiċi lill-għaqdiet individwali.

Ekwestri Malta — membri

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18235 u tindika jekk ġietx imwaqqfa uffiċċjalment Ekwestri Malta u allura jekk iva tistax tgħid min huma l-membri li qed jiffurmaw din l-entità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li EquestriMalta ġiet imwaqqfa. Bħaissa għaddej il-proċess sabiex din l-entita’ tibda tiffunzjona mill iktar fis.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tagħha hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-binja temporanja li bhalissa qed jopera minnha l-Ministeru ghall-Inkluzjoni u l-Kwalita tal-Hajja f’Cavalier House fil-Belt Valletta hemm numru ta’ restrooms, iżda minħabba limitazzjonijiet arkitettonici fil-binja, dawn mhumiex aċċessibli. Madanakollhu bhalissa qieghed jigi mfassal pjan ta’ evalwazzjoni biex possibilment ghalinqas wieħed minn dawn ir restrooms fil-binja jkun konvertit għal persuni b’dizabilita. Il-binja internament hija aċċessibli bil-lift. Aktar tard dan ix-xahar, il-Ministeru se jkun qed jibda jopera minn binja gdida f’Hal Lija u li fiha zewg restrooms li huma accessibli ghall-persuni b’dizabilita.

Marsaxlokk Waterpolo Club — proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra”.

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ għajnuna qed tingħata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? X’każijiet kellha matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jistgħu jirreġistraw irwieħhom bħala persuni b’diżabilità mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Ikun hemm każijiet ukoll fejn persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali tapplika għal Blue Badge, u din tingħata skont jekk il-persuna tilħaqx il-kriterji ta’ kif tingħata. Barraminhekk, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tilqa’ talbiet ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jħossuhom li ġew diskriminati u tinvestiga biex tistabillixxi jekk din seħħitx tassew, u jekk seħħet, taħdem biex din tiġi eliminata. Il-Kummissjoni toffri wkoll assistenza lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali anke jekk tali għajnuna tmur lil hinn mill-kompetenzi tagħha, billi tirreferi l-persuna lill-entità kompetenti skont il-każ.

Proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex – aċċess għall-Persuni b’Diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex hux jew hux ser ikun aċċessibbli għall-Persuni b’Diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u d-dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.

Ta’ Kandja Shooting Range – irregolaritajiet – Awditur Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18227 u ċjoè: Wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat f’Diċembru 2020 u li l-istess konklużjonijiet urew biċ-ċar numru kbir ta’ irregolaritajiet fit-twettiq tal-proġett tas-shooting range f’Ta’ Kandja, tista’ l-Ministru tgħid jekk u min ser ikun qed jerfa’ r-responsabilità politika għal dawn in-nuqqasijiet kbar imsemmiha fir-rapport?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’hemm ebda responsabbilta’ politika x’tintrefa, hekk kif muri biċ-ċar fl-istess rapport li qed jagħmel referenza għalih l-onorevoli interpellant. Jigi innotat li r-rapport irrikonoxxa li SportMalta wettqet b’suċċess dan il-proġett fi żmien qasir sabiex Malta tkun tista’ tospita it-Tazza tad-Dinja tal-Isparar. Ġie ċċertifikat li bir-riżorsi limitati u l-ħin li SportMalta kellha għad-dispożizzjoni tagħha fit-twettiq ta' proġett sportiv ta' dan il-kobor, xorta wettqet xogħol ta’ livell għoli. Itieħdet nota tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport. SportMalta diġà qed twettaq u timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex tejbet is-setup amministrattiv tagħha fi proġetti attwali u futuri.

Ta’ Kandja Shooting Range – ċertifikazzjoni ta’ xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet kollha li saru fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet kollha li saru fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja

Ta’ Kandja Shooting Range – spiża tal-Proġett

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18229 u tgħid kemm ġiet tiswa x-Shooting Range f’Ta’ Kandja u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont ta’ kif intefqu l-ispejjeż kollha fuq l-imsemmi proġett?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rendikont ta’ kif intefqu l-ispejjeż kollha fuq ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja.

Ta’ Kandja Shooting Range –Għeluq ta’ Range 4

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18230 u ċjoè: Peress li ma kien hemm l-ebda referenza fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu dwar Range 4 fix-Shooting Range f’Ta’ Kandja, u li issa ilha magħluqa għal madwar 12-il xahar, tista’ l-Ministru tikkonferma u tgħid x’kienet ir-raġuni għal dan l-għeluq tal-imsemmija range li mhux jippermetti li t-tiraturi jagħmlu użu minnha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’Range 4 żviluppaw ħsarat li qed jiġu indirizzati.