Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 694 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 975.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet – Ċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3619 u ċjoè: B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikati ta' kwalità u/jew konformità għax-xogħlijiet li diġà saru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, f’Birżebbuġa, qed jitwettqu minn Infrastructure Malta skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti ta’ kwalità applikabbli għall-proġett. Infrastructure Malta hija responsabbli mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tax-xogħlijiet sabiex tiżgura li dawn jitwettqu skont l-istandards u r-rekwiżiti kuntrattwali stabbiliti.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Konformità mal-L.S. 646.11

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, separatament għall-Ministeru u għal kull dipartiment, awtorità, aġenzija, korporazzjoni, kumpanija u entità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-informazzjoni li ġejja dwar il-konformità mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 646.11, ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: (a) skont ir-regolament 9(1): min huma l-persuni nominati biex jassistu fit-tħaris tas-saħħa u s-sigurtà u fil-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji fuq il-post tax-xogħol, x’kariga għandhom, x’inhuma l-kwalifiki u t-taħriġ rilevanti tagħhom, u liema postijiet tax-xogħol ikopru; (b) skont ir-regolament 9(3): fejn ma hemmx persunal kompetenti intern biex jiġu organizzati l-miżuri meħtieġa, liema persuni jew servizzi esterni kompetenti ġew ingaġġati, u x’inhu l-ambitu tas-servizz tagħhom; (ċ) skont ir-regolament 9(6): kif ġie ddeterminat li n-numru u l-kompetenza tal-persuni nominati jew tas-servizzi esterni huma adegwati għad-daqs tal-entità, għan-numru ta’ persuni preżenti u għall-perikli eżistenti, u x’ħin u riżorsi huma allokati lill-persuni nominati internament; (d) skont ir-regolament 10: meta saret l-aħħar evalwazzjoni tar-riskji għal kull post tax-xogħol u meta ġiet riveduta l-aħħar; min wettaqha;  liema miżuri korrettivi għadhom pendenti u x’inhuma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom; u (e) skont ir-regolament 11: liema proċeduri huma fis-seħħ f’każ ta’ periklu serju u imminenti, inkluża l-evakwazzjoni, u kemm hemm persuni kompetenti nominati biex jimplimentawhom f’kull post tax-xogħol? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’din l-informazzjoni u, fejn xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti għadu mhux issodisfat, jindika r-raġuni u d-data sa meta ser tiġi żgurata l-konformità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W167.

Marsaskala – Triq ix-Xatt/Ġnien tal-Fajtata – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i.    kemm kienet in-nefqa tal-festin li sar f’Mejju tal-2026 għall-inawgurazzjoni ta' parti mill-proġett ta' tisbiħ fi Triq ix-Xatt f’Marsaskala, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament; ii.   kemm kienet in-nefqa tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' tisbiħ li sar fil-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala fid-9 ta’ Mejju 2026 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament; u iii.   kemm kienet in-nefqa tax-xogħol kollu li sar matul dawn l-aħħar xhur għat-tisbiħ tal-Ġnien tal-Fajtata f’Marsaskala u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont bid-dettalji ta’ kull spiża separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Marsaskala – Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini – Bus shelters/bus stops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jitpoġġew il-bus shelters u l-bankijiet fuq il-bus stops li nqalgħu madwar erba’ xhur ilu minħabba x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, fi Triq ix-Xatt, Pjazza Dun Tarcis Agius u Triq is-Salini, f’Marsaskala?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Marsaskala – Triq is-Salini – Arkati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-arkati li kien hemm fi Triq is-Salini, Marsaskala tneħħew u minflok saru fetħiet bi travi tal-konkos, meta dawn kellhom isiru arkati tal-ġebla Maltija kif kienu oriġinarjament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Marsaskala – Triq is-Salini – Xogħlijiet relatati mal-Fast Ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema permessi qed isiru x-xogħlijiet relatati mal-post fejn hu maħsub li jitrakka l-Fast Ferry fi Triq is-Salini, Marsaskala, fid-dawl li l-applikazzjoni PA/06645/25 għadha pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa’ ġie imwieġeb diversi drabi, iż-żona tan-naħa tas-Siberja tal-promenade kienet ikkundannata b’riskju ta’ kollass u periklu għall-pubbliku li jiffrekwenta ż-żona.  Għaldaqstant, ix-xogħol qed isir b’notifika ta’ emerġenza skond kif tippermetti l-liġi f’sitwazzjonijiet simili.

Baġit 2026 – Miżura 135 – Ikkummissjonar tal-istudju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat l-istudju msemmi fil-Miżura 135 tal-Baġit 2026 dwar l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini li jinbena mis-sena 2030? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra jew, jekk għadu ma tlestiex, jgħid meta huwa mistenni jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid meta huwa mistenni li jiġi kkummissjonat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Jobsplus – Youth Guarantee u Training for Employment

Question

B’referenza għall-istqarrija tas-7 ta’ Ottubru 2026 dwar il-programmi Youth Guarantee u Training for Employment ta’ Jobsplus, jista’ l-Ministru jipprovdi, separatament għal kull programm u għal kull sena mill-bidu tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2026, in-numru ta’ persuni li bdew jipparteċipaw f’kull programm, in-numru ta’ persuni li temmewh u n-numru ta’ persuni li waqfu jipparteċipaw qabel it-tlestija tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3509 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 988 fejn intqal li “x-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi, huma maħsuba li jibdew hekk kif jitlesta ix-xogħol kollu ta’ twessiegħ fi Triq Bur il-Kbir u t-triq tkun aċċessibbli fuq żewġ karreġġjati” u fid-dawl li Infrastructure Malta ħabbret li Triq Bur il-Kbir ser tkun miftuħa fil-ġranet li ġejjin, jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda ix-xogħol fi Triq Blat il-Qamar, liema xogħol kien diġà skedat u l-kuntrattur ġie magħżul?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wara t-tlestija tax-xogħlijiet fi Triq Bur il-Kbir fis-Siġġiewi u l-ftuħ tat-triq għat-traffiku, il-prijorità li jmiss hija li titkompla l-implimentazzjoni tal-proġetti skedati taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd. Sussegwentement, Infrastructure Malta terġa’ tagħmel il-koordinazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-aħjar żmien biex jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-iskeda tax-xogħlijiet infrastrutturali ppjanati.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Inawgurazzjoni – Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3426 u jgħid kemm swiet l-inawgurazzjoni li saret f’Mejju 2026 ta’ parti mill-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika f’Ħal Tarxien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3425 u jgħid kemm sewa s’issa l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża totali tal-proġett meta jitlesta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Misraħ ir-Repubblika – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3424 u jgħid meta hu mistenni li jitlesta l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta – Xogħlijiet infrastrutturali – Kumpens għal danni jew telf finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri stabbiliti minn Infrastructure Malta sabiex persuni jew negozji li jqisu li ġarrbu danni jew telf finanzjarju b’riżultat ta’ xogħlijiet infrastrutturali mwettqa mill-istess entità jkunu jistgħu japplikaw għal kumpens?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3508 u jagħti f’tabella kemm kienet in-nefqa ta' Infrastructure Malta minn Jannar 2026 sa Settembru 2026, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta – Ammonti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3272 u 3415 u jagħti figura finanzjarja dwar kemm għandha tiġbor fondi Infrastructure Malta mingħand entitajiet u azjendi tal-Gvern sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Infrastructure Malta tagħmel xogħol għal diversi entitajiet u ażjendi tal-gvern, liema xogħlijiet isiru b’mod kontinwu u l-pagamenti tagħhom huma suġġetti għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet.

Infrastructure Malta - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1858, 2294, 3268 u 3413 u jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Infrastructure Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta tagħmel użu mis-servizzi ta’ diversi professjonisti sabiex tkun tista’ twettaq il-proġetti infrastrutturali tagħha. F’kull każ jiġu segwiti l-proċeduri applikabbli skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ħal Luqa - Triq il-Gudja - Disinn tal-bankina u spazji għall-parkeġġ mitlufa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn f’partijiet mill-bankina fi Triq il-Gudja, f’Ħal Luqa, saret usa’ minn partijiet oħra, b’tali mod li ntilfu numru ta’ parkeġġi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tad-disinn finali tat-triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta, permezz tal-kuntrattur maħtur minnha, wettqet ir-rikostruzzjoni u t-titjib ta’ Triq il-Gudja, Ħal Luqa, bħala parti mill-iskema “Vjal Kulħadd”, bil-għan li din it-triq issir aktar aċċessibbli għall-utenti kollha tat-triq, b’attenzjoni partikolari u prijorita mogħtija lill-utenti vulnerabbli, fosthom il-persuni li jimxu u ċ-ċiklisti. Peress li t-triq hija twila madwar 780 metru, ġentilment qed jintalab li l-Onorevoli Interpellant jindika ż-żona jew is-sezzjoni speċifika tat-triq li għaliha qed issir referenza f’din il-Mistoqsija Parlamentari. Din il-kjarifika tippermetti lil din l-Aġenzija tidentifika b’mod aktar preċiż il-post inkwistjoni u, għaldaqstant, tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u preċiża relatata maż-żona kkonċernata.

Policy P46 (DC15) – Permessi ta’ żvilupp approvati

Question

B’referenza għall-Policy P46 tad-Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15) tal-Awtorità tal-Ippjanar, li tirrikjedi li żviluppi residenzjali b’16-il residenza jew aktar jipprovdu refuse room aċċessibbli mil-livell tat-triq, jista’ l-Ministru jgħid: i.    kemm kien in-numru totali ta’ permessi ta’ żvilupp approvati bejn l-2015 u l-2025 li għalihom tapplika din il-policy; ii.   kemm kien in-numru ta’ permessi ta’ żvilupp approvati bejn l-2015 u l-2025 fejn il-policy ġiet effettivament applikata u inkluża bħala kundizzjoni fil-permess, kellha tkun standard condition; iii.   jekk u kif l-Awtorità tivverifika li tali refuse rooms ikunu ġew implimentati kif mitlub, inkluż jekk isirux spezzjonijiet fuq il-post jew verifiki oħra; u iv.   kemm kien in-numru ta’ permessi ta’ żvilupp approvati bejn l-2015 u l-2025 fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa, maqsuma skont il-lokalità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2015 u l-2025 ġew approvati 793 applikazzjoni għal żvilupp ta’ 16-il residenza jew aktar. Fir-rigward tal-Policy P46, fejn ir- refuse room tkun diġà prevista fil-pjanti approvati, ma jkunx hemm il-ħtieġa li tiġi imposta kundizzjoni separata fil-permess. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorità tal-Ippjanar twettaq il-verifiki meħtieġa, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ konformità.