Transport Malta — servizz tal-Arriva - rotta li tidħol f'Popeye's Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Transport Malta li fost it-rotot ta' Malta permezz tal-Arriva, tiddaħħal Popeye's Village bħala post minn fejn tgħaddi l-Arriva, speċjalment meta dan il-post huwa destinazzjoni turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma' taqbilx li ssir modifika speċifikament fil-lokal ta’ Popeye Village u dan peress li l-Awtorità ma tħossx li dan it-tibdil fin-network, li jista’ jirriżulta f’żieda fis-sussidju, huwa ġustifikat.
Peress li jirriżulta ċar li s-sevizz tal-Arriva għal Ħal Kirkop permezz tar-rotta 71 mhuwiex ikopri il-bżonnijiet ta' dan ir-raħal, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 73 li titlaq minn Nigret, iż-Żurrieq minflok tgħaddi minn barra r-raħal (triq l-Industrija) tgħaddi minn Triq ir-Ramlija, sabiex tiġbor il-ħafna nies li qed jibqgħu l-art? Jista' jara li r-rotta 72 li titlaq mill-Qrendi tgħaddi minn Triq ir-Ramlija ukoll, minflok minn triq l-Industrija? Jista' jara li din tissolva immedjatament peress li aktar ma tidhol ix-xitwa aktar il-problema qed taggrava għax triq l-Industrija hija wisq il-boghod miċ-Ċentru tar-Raħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja tal-problema li hemm fuq ir-rotta 71 u bħalissa qegħdha timmoniterja din ir-rotta sabiex tassigura li l-iskeda ta’ kull 15-il minuta tinżamm peress li l-operatur ma kienx qed iżomm mal-iskeda stipulata skont il-kuntratt. B'hekk il-passiġġieri li jirkbu minn Ħal Kirkop jingħataw is-servizz kif suppost.
Infurmat ukoll li fir-rigward tar-Rotta 72 Transport Malta ma' taqbilx li din ir-rotta tgħaddi minn Triq ir-Ramlija peress li din qegħdha tipprovdi servizz lill-ħaddiema li jaħdmu fl-akwati ta’ Triq l-Industrija u dan minħabba li t-triq imsemmija hija diġa' servuta bir-rotta 71.
Jista' l-Ministur jwieġeb mistoqsija parlamentari 37640 u jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta l-underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għax milli jidher fuq is-sit ir-ritmu tax-xogħol naqas b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar jiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif inhu magħruf dan il-proġett kien intaqa' ma dewmien minħabba sejbiet arkeoloġiċi . Barra minn hekk issa li ġej żmien il-Milied u żmien ix-xita u l-maltemp li jista' jikkawża ħsarat waqt ix-xogħlijiet komplikati li fadal, ġie deċiż li x-xogħol jiġi sospiż għal wara Frar 2013 biex b'hekk il-mira hija li x-xogħol jitlesta' qabel l-aħħar tas-sena d-dieħla.
Kalkara — xogħlijiet fi Triq Patri Mattew Sultana - kuntratt mhux iffirmat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37500, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kuntrattur ma iffirmax dan il-kuntratt? X'penali għandu għal dan l-aġir? Meta kien hemm l-ewwel sejħa għall-offerti f'dan ir-rigward? Liema kienu l-kuntratturi li applikaw? Kemm kienet l-istima li għamel il-perit li se tiġi tiswa din it-triq biex issir? Kemm kien il-valur ta' kull kuntrattur li tefa l-offerta biex jagħmel din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena s’issa mill-Ministeru tiegħu biex jiffaċilita l-aċċess bejn Malta u Għawdex bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi tal-Arriva li waqfu bi ħsarat waqt li kienu qed iwettqu l-vjaġġ tagħhom mit-3 ta' Lulju 2011 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' ħsarat ġew irrapurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi d-dati ta' meta nħarġu l-promotions kif ukoll id-dati ta' meta ġew mgħotija l-applikanti għall-interviews mill-2010 sal-lum fi Transport Malta? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għal kull sejħa li ħarġet? Jista' mbgħad jagħti d-dati ta' meta l-promotions ingħataw uffiċjalment lil persuni magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37403, jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta tiġġudika lill-impjegati tagħha u cioè: tikkonsidra dawk li huma responsabbli minn dawk li huma meqjusa bħala irresponsabbli speċjalment meta jiġi biex jingħata xogħol ta' responsabilità? Jista' jgħid kif Transport Malta tasal għal din id-deċiżjoni meta l-istess impjegati jibqgħu ma jingħatawx promozzjoni peress li jkunu qed jesegwixxu xogħlhom bħal dak ta' grad għola?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Grand Harbour Regeneration Corporation — ħaddiema li ġew trasferiti minn dipartiment jew direttorat
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartiment u direttorat kienu jesegwixxu xogħlhom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament qabel ma dawn ġew trasferiti mal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'kienu l-gradi ta' dawn il-persuni u jispeċifika x-xogħol li kien jitwettaq minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuni magħżula għall-evaluation committee
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni magħżula biex jiffurmaw l-evaluation committee li jikkonsistu f'chairman, segretarju u tliet evalwaturi humiex uffiċjali jew jokkupaw grad inqas fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min jiddeċiedi fl-għażla ta' dan il-kumitat u fuq liema kriterji jiġi magħżul?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika min huma dawk li jikkomponu l-interviewing panel fi ħdan Transport Malta u jgħid kif dan il-panel jiġi magħżul? Jista' jgħid jekk il-marki li dan il-panel jassenja humiex konklussivi u fuq liema bażi jasal għal tali konklużjoni u japprova li l-marki assenjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27547 u 27360 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37620, 37383, 36750 u 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) meta huwa previst li jitlesta ix-xogħol fuq il-Mellieħa
bypass
;
b) meta kellu jistlesta x-xogħol; u
ċ) inqabbżitx is-somma tal-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sakemm ma' jinqalgħux imprevvisti, ix-xogħol fuq il-ByPass tal-Mellieħa huwa mistenni li jitlesta sa Frar 2013 (snags mhux inklużi).
Oriġinarjament dan ix-xogħol kellu jitlesta sa Diċembru 2012. Is-somma tal-kuntratt għadha ma' nqabżitx.
Costa — Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mollijiet ġew mogħtija xi forma ta' wiċċ ġdid, matul il-kosta li twassal bejn il-Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna matul din is-sena? F'kull każ min għamel ix-xogħol u kif ġiet garantita l-kwalità tax-xogħol li sar fuq dawn il-mollijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta — Servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita l-Mosta, hux minnu li s-servizz offrut qed jgħaddi minn Triq id-Dura għal Triq il-Midbaħ? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dan qed ifisser li tal-linja qed tgħaddi bil-kontra tal-flow tat-traffiku normali? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li s-servizz tal-linja jistax jiġi rivedut u jgħaddi kif kien qabel, jiġifieri li minn Triq id-Dura jgħaddu għal Triq l-Għaddajjar, għal Triq in-Naħal u toħroġ fi Triq Vjal il-Qalbiena Mostin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — diskussjonijiet rigward Traffic Management System
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2010 sal-lum Transport Malta kienet involuta f'diskussjonijiet rigward Traffic Management System? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu dawk it-temi diskussi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.