Legislature:
Category:
Reset
Active:

Financial Organised Crime Agency

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi mwaqqfa l-Financial Organised Crime Agency li ġiet imħabbra mill-predeċessur tiegħu waqt konferenza tal-aħbarijiet u permezz ta' stqarrija nhar is-27 ta' Ġunju 2019 u li t-twaqqif tagħha ġie diskuss u approvat mill-Kabinett?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi mwaqqfa l-Financial Organised Crime Agency minħabba li dawn il-funzjonijiet qed jiġu moqdija permezz tal-entitajiet preżenti.

Baġit 2024 – Istallazjoni awdjoviżiva fi Pjazza Tritoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-istallazzjoni awdjoviżiva dwar il-Baġit 2024 fi Pjazza Tritoni? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija installazzjoni awdjoviżiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni barranin li jħallsu l-bolla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu bolla hawn Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu ġejjin u kemm kien l-ammont li nġabar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (bolol) imħallsa minn persuni barranin hawn Malta, għas-sena 2022, hu skont it-tabella hawn taħt: Impjegati Kontribuzzjoni mill-Impjegati (Euro) Kontribuzzjoni mill-‘Employers’ (Euro) Unjoni Ewropea 63,287 €69,363,419.42 €69,498,713.07 Pajjizi Terzi 61,544 €50,880,952.93 €50,719,295.18 Total 124,831 €120,244,372.35 €120,218,008.25 Kien hemm ukoll dawn il-persuni li ħallsu kontribuzzjonijiet soċjali Class II: Persuni Kontribuzzjoni Class II Unjoni Ewropea 2,149 €1,665,346 Pajjizi Terzi 204 €143,358 Total 124,831 €1,808,704

Air Malta — Medjaturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12835, jista' l-Ministru jikkonferma li l-unika persuna li serviet bħala medjatur bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, ma rċeviet l-ebda ħlas la mingħand il-kumpanija Air Malta u lanqas mingħand il-Ministeru għall-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu f'xi kapaċità oħra li mhix dik ta' medjatur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-unika persuna li serviet bħala medjatur, bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, ma rċeviet l-ebda ħlas la mingħand il-kumpanija Air Malta u lanqas mingħand il-Ministeru għall-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu f'xi kapaċità oħra li mhix dik ta' medjatur.

Kumpaniji Maltin li joperaw fil-Blockchain — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema jaħdmu f'Malta, ma' kumpaniji Maltin, li joperaw fil-blockchain?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-figura definittiva fuq l-impjieg f'dan ir-rigward ma tistax tingħata peress li l-NSO tuża l-klassifikazzjoni tal-attività ekonomika hekk imsejħa NACE biex ikunu kkalkulati l-livelli tal-impjiegi fl-intrapriżi. Din il-klassifikazzjoni ma tittrattax il-blockchain bħala settur separat, jiġifieri għalih innifsu.

Tfal b’diżabilità — Kreditu tat-taxxa għal terapija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità matul is-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar din l-iskema tkun tista’ tingħata s-sena d-dieħla, meta jinħadmu l-kontijiet tat-taxxa għas-sena 2023.

Traineeship Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6630, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, u jgħid x’irriżulta mit-Traineeship Scheme? Kemm mill-parteċipanti li kienu qed jitħarrġu b’din l-iskema sabu xogħol permanenti mal-Gvern (Servizz Pubbliku), u mal-privat fi tmiem din l-iskema? Kemm mill-parteċipanti għadhom sal-lum jirreġistraw għax-xogħol? Kemm mill-parteċipanti reġgħu ġew impoġġija f’xi skema oħra simili?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskema tat-Traineeship li kienet attiva bejn Jannar 2016 u Mejju 2021 kien hemm 660 parteċipant. Minnhom 547 sabu xogħol mas-settur privat wara li temmew l-iskema. 74 oħra sabu xogħol mas-servizz jew settur pubbliku wara li spiċċaw l-iskema u 39 ma kienux jidhru f’impjieg wara li temmew l-iskema. Dawn iċ-ċifri jindikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol wara li temmew l-iskema u ma jfissirx li sal-lum il-ġurnata għadhom fl-istess impjieg. Skont l-aħħar cifri t’Ottubru 2023 jidher li hemm 12-il persuna mit-total tal-parteċipanti tal-iskema ta' Traineeship fil-perjodu imsemmi li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol full-time jew part-time. Mill-parteċipanti kollha, matul is-snin jidher li 91 ħadu sehem fi skemi oħra amministrati minn Jobsplus. Dawn jinkludu Bridging the Gap; Community Inclusive Employment Scheme; LSF Headstart; Intercept; Sheltered Employment Training; Work Exposure Scheme; Work Training Exposure Scheme Gozitan Registering Clerks; Youth Guarantee.

Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji – Appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux appelli minn deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji quddiem il-Qorti tal-Appell, maqsuma sena b’sena mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk saru jista’ f’kull każ jagħti l-ismijiet tal-partijiet fl-appell, u jekk l-appell ġie deċiż, jgħid id-data ta’ meta ġie deċiż?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Artikolu 13A(6) tal-Kap. 373 — Att kontra Money Laundering

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn skont l-artikolu 13A(6) tal-Att kontra Money Laundering, Kap. 373, hi r-regola u mhux l-eċċezzjoni li biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u ta’ dokumenti li jistgħu jiġu sottomessi fl-appell quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri) minn deċiżjoni tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fir-rigward ta’ impożizzjoni ta’ piena amministrattiva mill-istess FIAU, il-każ f’kull istanza quddiem il-Qorti jinstema’ bil-magħluq u s-sentenza ma tiġix ippubblikata? Jista’ jgħid jekk din għandhiex tkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħsieb wara l-artikolu 13A(6) kien illi, filwaqt li l-operat superviżorju u ta’ infurzar tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (‘il-Korp’) jkun sindikabbli mill-Qrati u l-persuna suġġetta jkollha rimedju fejn din tħoss ruħha aggravata minn deċizjoni tal-Korp, l-eżerċizzju ta’ tali dritt ma jippreġudikax la l-operat tal-Korp, la l-persuna suġġetta stess u wisq inqas il-klijenti ta’ din tal-aħħar. U dan għaliex l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li tiġi ppreżentata jew diskussa waqt l-imsemmija appelli, fost oħrajn: (a) ikun fiha tagħrif li huwa kummerċjalment sensittiv; (b) tinkludi data personali jew dettalji sensittivi tal-klijenti tal-persuna suġġetta li tkun intavolat l-appell bħalma huma kontijiet, bilanċi, trasferimenti eċċ.; (ċ) jaf tirrigwarda sitwazzjonijiet ta' nies jew entitajiet li jew il-persuna suġġetta naqset milli tirraporta suspett ta' ħasil ta’ flus jew iffinanzjar tat-terroriżmu lill-Korp; u (d) tkun tirrigwarda talbiet għall-informazzjoni li jixħtu dawl dwar xi analisi finanzjarja tal-Korp jew xi investigazzjoni kriminali. Ta’ min jgħid ukoll li dan il-provvediment ġie addottat wara l-iskrutinju da parti ta’ din il-Kamra u li waqt il-laqgħat li jkun hemm ma’ istituzzjonijiet bħalma huma l-Kummissjoni Ewropea, il-MONEYVAL u l-FATF fejn jiġi diskuss il-qafas ta’ infurzar taħt l-Att kontra Money Laundering dan il-provvediment dejjem tqies bħala miżura importanti.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20990 tal-Leġislatura XIII.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12913 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’ u f’kull każ jgħid ma’ liema Liċenzja ta’ Operatur (skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68) huma reġistrati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12913.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12914 u jgħid kemm hawn persuni li għandhom fil-pussess tagħhom Driver’s Tag valida (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12914.

Vetturi bil-‘GY’ u ‘LY’ plates — Driver’s Tag maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12915 u jgħid kemm-il Driver’s Tag inħarġet (għall-vetturi li jispiċċaw bl-ittri ‘GY’ u ‘LY’) mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12915.

NACE code 49.32 – Tax payers eżentati milli jiġbru l-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12916 u jgħid kemm hawn tax payers li huma eżentati milli jiġbru l-VAT għaliex jaqilgħu anqas minn €30,000 taħt NACE code 49.32?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba diġà ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12916.

Baġit 2024 — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2024 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.

Għotja għal xiri u installazzjoni ta’ reverse-osmosis — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-għotja fuq xiri u stallazzjoni ta' apparat li jippurifika l-ilma (RO), minn meta bdiet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati u minn dawk li ġew aċċettati, kemm għad baqa' applikanti li għadhom ma tħallsux?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2019 sal-lum, kien hemm 8,025 applikazzjoni. Applikazzjonijiet li kkwalifikaw u ġew aċċettati u mħallsa jammontaw għal total ta’ 7,929 filwaqt li applikazzjonijiet li għadhom pendenti, minħabba stennija ta’ aktar informazzjoni, jammontaw għal 96. Mhux possibbli jkollna informazzjoni dwar applikazzjonijiet li ġew rifjutati, peress li dawn ma jiġux milqugħa awtomatikament mis-servizz elettroniku, fejn issir l-applikazzjoni.

Ċensiment 2021 — Anzjani li jgħixu waħedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid miċ-ċifri li ħarġu mill-aħħar ċensiment kemm għandna anzjani f’pajjiżna li jgħixu waħedhom, lokalità b’lokalità? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm minnhom għandhom 80 sena u aktar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li miċ-ċifri li ħarġu mill-aħħar ċensiment tal-21 ta’ Novembru 2021, l-anzjani f’pajjiżna li kienu jgħixu waħedhom kienu jammontaw għal 20,187. Tabella li turi l-figuri mqassma skond il-lokalità, kif ukoll kemm minn dawn huma ta’ 80 sena jew aktar, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Baġit 2024 – Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq u kemm jonqos x'jintefaq f'reklamar għall-Baġit 2024? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni billi jaqsam bl-ammonti tan-nefqa relattiva fuq liema mezz ta' media sar ir-reklamar u lil liema entitajiet terzi ħallas biex jirreklama u jagħti l-ammonti li tħallsu rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.

Baġit 2023 — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'reklamar għall-Baġit 2023? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni billi jaqsam bl-ammonti tan-nefqa relattiva fuq liema mezz ta' media sar ir-reklamar u jipprovdi wkoll lil liema entitajiet terzi ħallas biex jirreklama u jagħti l-ammonti li tħallsu rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12905.

Benefiċċji soċjali – Fondi rkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.