Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna nominata fir-rigward tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issottomettitx ir-rapport tagħha għas-sitt xhur tal-attività tagħha mill-1 ta' Settembru 2019 sad-29 ta' Frar 2020? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi rapport skont kif jipprovdi l-artikolu 29 (3) (e) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rigward ir-rapport imsemmi tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif wasal fil-Ministeru.
In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, u f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il istituzzjoni ġdida finanzjarja ġiet liċenzjata mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm-il istituzzjoni finanzjarja ttiħdietilha, jew ma ġietx imġedda il-liċenzja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1406 istituzzjoni ġdida finanzjarja li ġiet liċenzjata u 898 istituzzjoni finanzjarja li ċedew jew ittiħditilhom il-liċenzja tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjieg ġdid sar fil-Malta Communications Authority mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, ġiet impjegata persuna waħda (1) mill-15 ta’ Jannar 2020 sa llum.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq virtual meetings
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta’ euro intefqu mill-Ministru tiegħu u minn kull entità li taqa’ taħtu mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza f’virtual meetings bħal Zoom eċċ? Kemm minn dawn kienu relatati mal-ħidma tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenzija tal-informatika tal-Gvern, MITA, ilha għal dawn l-aħħar tliet snin tinvesti f’inizjativa msejħa “Government Modern Workplace Initiative”, li tagħti għodda lill-impjegati fis-Servizz Pubbliku sabiex ikunu jistgħu jaħdmu minn djarhom.
Fir-rigward tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u l-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru, għadna 1,861 liċenzja għal faċilita’ ta’ xi tip ta’ virtual meetings. Kull liċenzja tiswa medja ta’ € 20 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi deroga għal Malta mogħtija mill-Unjoni Ewropea li jippermetti li l-gvern jirrifjuta l-ħruġ ta’ liċenzji ġodda ta’ burdnara? F'każ li hemm, jista jpoġġi d-dokumentazzjoni relatata fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ma nbidel xejn minn dak li kien ġie miftiehem waqt it-taħdidiet li kien hemm biex Malta tkun aċċettata bħala Membru Sħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Minsiteru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu s’issa flus fuq marketing tal-eBiznify?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn meta reġa’ ġie mniedi l-programm eBiznify fid-29 t’April 2020, sal-20 ta’ Mejju 2020, intefqu Euro 1,051 eskluż il-VAT f’marketing marbut ma din l-inizjattiva.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq filmati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-lum fuq filmati li fihom deher is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jinfurmana għal liema filmati qed jirreferi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjieg ġdid sar fil-Malta Gaming Authority mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mid-data msemmija, l-MGA impjegat erba’ ħaddiema ġodda biex jieħdu post daqstant impjegati li ma baqgħux mal-Awtorità fl-2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjieg ġdid sar fil-Malta Financial Services Authority mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Malta Financial Services Authority ġew impjegati disgħa u tletin (39) persuna mill-15 ta’ Jannar 2020 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jindika kemm ġemma’ flus il-poplu Malti matul is-sena 2018 u 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Minn estimi li jsir mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-poplu Malti ġemma’ € 1.213 biljun matul is-sena 2018 u li telgħa għal € 1.483 biljun għas-sena 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Ministeru tiegħu, jew xi entità fi ħdanu, qattx intalbet l-approvazzjoni tagħhom għat-twettiq tal-proġett marbuta mat-tliet sptarijiet pubbliċi (San Luqa, Karin Grech u Gozo General Hospital)? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ approvazzjoni intalbet, jekk din ingħatatx u jekk iva, meta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċizjonijiet dwar il-proġett tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ittieħdu direttament mill-Kabinett tal-Ministri.
Garanzija statali favur il-kumpanija Malta Air Travel
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14013, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalxiex inħarġet garanzija statali ta’ €3.2m favur il-kumpanija Malta Air Travel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garanzija statali ta’ Eur3,200,000 hi temporanja u tkopri “bridge loan facility” li ġiet mogħtija l-kumpanija Malta Air Travel Ltd sabiex tiffinanzja pagament relatat ma’ xiri li jista jsir ta’ arjuplani sakemm jiġu assikurati finanzjament fi-tul u aktar fondi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu jekk student li jkun qed jieħu l-istipendju u li jaħdem part-time, jiġi mwaqqaf mix-xogħol minħabba l-COVID 19, u mhuwiex intitolat għal għajnuna kif għandhom kollegi li kellhom l-istess xogħol u tilfuh, però mhumiex studenti?
COVID 19 — Pensjonanti part-time li tilfu l-impjieg
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu jekk pensjonant li jaħdem part-time u jiġi mwaqqaf minħabba l-COVID 19, mhuwiex intotalat għall-ebda għajnuna kif għandhom kollegi li kellhom l-istess xogħol u tilfuh, peress li huma pensjonanti?
Minkejja d-diversi talbiet, minħabba l-COVID-19, jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Gvern ma ipprovda l-ebda deferral għat-taxxi fuq id-dħul ta' self employed part-time, li hija ta' 15% u trid tinġabar sal-aħħar ta' April 2020?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa dovuta fuq id-dħul tul il-perjodu stipulat tal-Covid-19 għal kull taxpayer li kien in regola tista' tiġi deferred. Tant hu hekk li ma ġew imposti l-ebda penali u interessi fuq il-pagamenti li ma sarux fiż-żmien stipulat li kellha titħallas it-taxxa dovuta.