Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, Child Protection Services u Child Safety Services — social workers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jiżdiedu s-social workers fid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, fiċ-Child Protection Services u ċ-Child Safety Services mill-iktar fis possibbli? Kemm beħsiebu jżid l-istaff għal dawn it-tliet servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi niġbed l-attenzjoni tal-kollega li ċ-Child Safety Services huwa servizz tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u għaldaqstant nistiednu jirreferi dik il-parti tal-mistoqsija lil Ministru ikkonċernat.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) qed tagħmel minn kollox biex iżżid il-professjonisti soċjali impjegati magħha u li, mbagħad, ikunu assenjati biex jaħdmu kemm fid-diversi aġenziji tagħha u kemm ma’ diversi entitajiet oħra tal-Gvern permezz ta’ ftehim kuntrattwali magħrufa bħala Service Level Agreements (SLAs).
Fost l-oħrajn infakkar li sentejn ilu l-FSWS u l-UĦM iffirmaw Ftehim Kollettiv għal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-31 ta’ Diċembru, 2021. Dan kien Ftehim Kollettiv storiku għax għall-ewwel darba rrikonoxxa li l-professjonisti tal-FSWS, jiġifieri l-ħaddiema soċjali (social workers), tuturi soċjali (social mentors), psikologi (psychologists), terapisti tal-familja (family therapists), community workers, youth workers u counsellors; jaħdmu mal-aktar persuni vulnerabbli u ma’ ka¿ijiet li jkollhom bżonn għajnuna speċjalizzata Dan ir-rikonoxximent issarraf f’dik li hija magħrufa bħala l-FSWS Allowance ta’ € 1,500 ewro fis-sena għal dawn il-kategoriji ta’ professjonisti li huma warranted u li jiffurmaw madwar 60% tal-impjegati kollha tal-FSWS. Minbarra din l-allowance, infakkar lill-Onor. Interpellant li, dawn il-ħaddiema kollha ħadu wkoll żieda medja ta’ € 1,100 ewro fis-sena fis-salarju bażiku tagħhom. Barra minn hekk il-Ftehim Kollettiv ipprovda wkoll għal Continuous Professional Development (CPD) Allowance ta’ € 700 fis-sena.
Dan kollu sar biex il-ħidma ta’ dawn il-professjonisti tkun rikonoxxuta anki b’ mod finanzjarju u tagħmilha wkoll attrajenti biex il-professjonisti jaħdmu mal-FSWS.
Minbarra dan l-FSWS tgħin lill-Università billi toffri madwar 90% tal-practice placements lid-Dipartiment tas-Social Work & Social Policy għall-istudenti tat-tielet u r-raba’ sena u b’hekk tħajjarhom jimpjegaw ruħhom magħha. Tajjeb ngħid li din l-istrateġija qed taħdem għax waqt li l-Università qed tipproduċi medja ta’ madwar 30 social worker fis-sena, l-FSWS irnexxielha dejjem f’dawn l-aħħar snin timpjega bejn wieħed u ieħor medja ta’ 23 – 25 minn dawn il-gradwati ġodda fis-social work.
Tajjeb ngħid ukoll li s-sena li għaddiet il-Ministeru għen ukoll lill-Fakultà biex tagħmel kampanja pubbliċċitarja ħalli tħajjar aktar żgħażagħ jagħżlu karriera fil-qasam soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas total fis-sena biex iżomm minuri fid-djar li qed tmexxi l-Aġenzija Appoġġ? Jista' jagħti figura f’ewro ta' kemm spejjeż jitħallsu kull sena u ċjoè fis-sena 2019 imqassma hekk:
1. Ir-renta jew ix-xiri tad-djar/
flats
;
2. llma u dawl;
3. Kera tal-Internet, telefon,
mobile phones
u
television
;
4. Provisti tal-ikel u xorb;
5. Provista ta' tindif;
6. Miżati tal-iskejjel;
7. Miżati għal-lezzjonijiet tal-privat;
8. Provisti edukattivi;
9. Miżati għal Football Nurseries jew attivitajiet sportivi, mużikali, jew interessi oħrajn;
10.
Pocket money
għat-tfal;
11. Spejjeż ta’ kuljum;
12. Spejjeż mediċi għal Tobba, Dentisti, Oftalmologu eċċ;
13. Spejjeż għal mediċini, nuċċalijiet, eċċ;
14. Terapija privata u mit-terapisti tal-Fondazzjoni;
15. Ħlasijiet għal interventi Psikjatriċi;
16. Ħlasijiet għal interventi Psikoloġiċi bħalma huma
assessment;
17. Ħlasijiet għal interventi mill-Pulizija;
18. Ħlasijiet għal rapport tal-Qrati;
19. Salarji tal-
Care Workers
;
20. Salarji tal-Ħaddiema Socjali;
21. Salarji tal-
Managers
;
22. Salarji tas-
Supervisors
li jagħmlu SAVs (
Supervised Access Visits
) u t-trasport li jitħallas meta dan iseħħ;
23. Salarji tal-
Youth Workers
;
24. Salarji tal-avukati tal-Fondazzjoni;
25. Salarji tal-membri tal-Bord Konsultattivi għat-tfal u żgħażagħ;
26. Salarji ta’ min qed jagħmel is-superviżjoni tal-membri tal-istaff;
27. Ħlasijiet għal
night shift workers
;
28. Ħlasijiet għat-tindif tad-dar;
29. Ħlasijiet ta’
maintenance
tad-dar; u
30. Ħlasijiet għall-gass, ħlasijiet għall-kiri, petrol u
maintenance
ta’ karozzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlmentari 13625 u jgħid kemm hemm nies ta’ 'l fuq minn 50 sena li se jieħdu benefiċċji soċjali u x'tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni li tingħata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali rigward in-numru tal-benefiċċjarji, tkun tirrifletti dejjem in-numru attwali ta’ benefiċċjarji. Id-Dipartiment qatt ma jista’ jkun jaf in-numru ta’ benefiċċjarji li (ġejjin mil-liema kategorija ġejjin), li għadhom mhumiex applikanti sad-data li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14329 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lillOnor Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista; l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet (sena b'sena) kienu bejn koppji tal-istess sess u kemm kienu bejn koppji eterosesswali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hiex qiegħda tingħata għajnuna soċjali lill-persuni li preżentement jinsabu f’ħabsijiet barra minn pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jħallas l-ebda Għajnuna Soċjali lil persuni li qegħdin il-ħabs, la f’Malta u lanqas barra minn Malta.
COVID-19 – spazji pubbliċi jibqgħu aċċessati għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament x’qed jagħmel biex jassigura li spazji pubbliċi jibqgħu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u ma jiġux ostakolati minn stabbilimenti tal-ikel u x-xorb bl-imwejjed u s-siġġijiet tagħhom, issa li minħabba COVID-19 għandhom jinżammu distanzi akbar bejn in-nies u huma meħtieġa spazji akbar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għas-sitwazzjoni kawżata minn COVID-19, jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni separati għal Malta u għal Għawdex?
a) liema servizzi ta' terapija għall-persuni b'diżabilità waqfu jingħataw;
b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew;
c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu;
d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun;
e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u
f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport toffri diversi servizzi. Dawk meqjusa servizzi ta’ terapija huma mogħtija minn Occupational u Speech Language Therapists. Dawn kellhom jitwaqqfu mill-mod kif normalment kienu jingħataw minħabba li jinvolvu kuntatt dirett mal-persuni b’di¿abilità u/jew mal-familjari tagħhom.
Dawn is-servizzi, minkejja li ma baqgħux jingħataw kif kienu normalment imdorrijin bihom il-benefiċjarji tas-servizzi, il-professjonisti xorta baqgħu jagħtu sostenn u jsegwu lill-klijenti b’mod onlajn fejn possibbli, billi jagħmlu assessjar kif ukoll jagħtu sapport lil impjegati oħra tal-Aġenzija sabiex jiżviluppaw u jwasslu programmi lill-klijenti. Madankollu, dawk il-każijiet meqjusa ta’ emerġenza xorta baqgħu jingħataw is-servizz wiċċ imb’wiċċ. Dan japplika għal klijenti kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Il-ftuħ tas-servizzi bħal kif kien qiegħed isir diġa’, isir skont id-direzzjoni u f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet rispettivi. Sadattant, l-Aġenzija Sapport hi kommessa li b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet, tibqa’ tgħin lill-klijenti tagħha u l-familjari tagħhom sabiex jingħataw sostenn u motivazzjoni biex ikampaw mas-sitwazzjoni.
Għadaqstant, il-professjonisti tal-Aġenzija baqgħu j¿ommu kuntatt b’mod regolari permezz tat-telefown u sessjonijiet onlajn
sabiex ikun assigurat li persuni b’di¿abiltià u familjari tagħhom jinagħtalhom is-sapport meħtieġ waqt l-interruzzjoni mis-servizzi kif imdorrijin bihom. Programmi lill-benefiċjarji ta’ Servizzi ta’ Matul il-Jum, benefiċjarji tal-proġett INK, u servizzi oħrajn baqgħu jirċievu dawn it-tip ta’ sessjonijiet. Servizzi fil-Komunità baqgħu jingħataw f’ka¿ijiet ta’ emerġenza kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fil-ka¿ ta’ Servizzi Residenzjali, dawn baqgħu jingħataw. Ħarġiet u attivitajiet fi gruppi twaqqfu skont id-direzzjoni tal-awtoritajiet. Is-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali taw sapport kontinwu permezz ta’ telefonati lill-familji, li komplew jingħataw l-interventi meħtieġa f’ka¿ijiet ta’ emerġenza, waqt li taw assistenza wkoll fl-operat ta’ helpline nazzjonali għal anzjani u persuni vulnerabbli li kellhom b¿onn l-għajnuna matul dan il-perjodu. It-tim ta’ ħaddiema tal-Aġenzija bba¿ati f’Għawdex, estendew ukoll il-ħidma tagħhom biex flimkien ma’ entitajiet oħra, iqassmu ikel u mediċina lil familji vulnerabbli u persuni b’di¿abilità f’Għawdex.
Applikazzjonijiet għal skemi baqgħu wkoll jiġu proċessati għajr għal dawk li kienu jeħtieġu assessjar minn terapisti wiċċ’imb’wiċċ. Is-Servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali baqa’ jsir b’mod onlajn ukoll, apparti l-impenn biex bqajna nwasslu b’mod regolari interpretazzjoni ta’ messaġġi pubbliċi mill-awtoritajiet.
Matul dan il-perijodu kollu, l-Aġenzija Sapport ħadmet b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mal-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, mas-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità, mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, NGOs, kif ukoll ma’ assoċċjazzjonijiet ta’ ġenituri. Dan apparti li l-Aġenzija dejjem rat il-bżonnijiet tal-persuni b’di¿abilità u l-familjari tagħhom u rat kif inkludiet u indirizzat il-bżonnijiet li kellhom.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni eleġibbli għal benefiċċju soċjali – kont il-bank
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kemm-il darba persuna tkun eleġibbli għal benefiċċju soċjali, tibqa’ ma jkollhiex kont tal-bank?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jippreferi li kull pagament li jinħareġ ikun depożitat f’kont bankarju, jekk persuna ma jkollhiex kont bankarju f’isimha, xorta waħda titħallas b’ċekk, sakemm is-security paper taċ-ċekkijiet tkun għadha fis-suq bi prezz raġonevoli.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkompli jħeġġeġ biex kull persuna titħallas f’kont bankarju minħabba diversi vantaġġi, fosthom aċċess immedjat permezz tal-magni ATM f’kull ħin tal-ġurnata, iffrankar ta’ kjuwijiet biex jissarraf iċ-ċekk u aktar minn hekk, sigurtà kontra serq u frodi.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14739, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma'
massage parlours
;
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingġata waqt seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14739, jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi oriġinaw il-vittmi ta' traffikar ta' persuni? Jista' jindika n-numru ta' vittmi għal kull pajjiż u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jindika kemm minn dawn il-każijiet kienu ta':
a. vjolenza fiżika;
b. vjolenza psikoloġika/emozzjonali;
c. abbuż finanzjarju/materjali
d. abbuż sesswali; u
e. abbandun (neglect)
F'kull kategorija, kemm kienu nisa, kemm irġiel u x'kienet l-età tal-vittmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal-link pprovduta hawn isfel, minn fejn tista’ taċċessa r- rapport statistku komprensiv dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni u l-Aġenzija Appoġġ, fil-qasam tal-vjolenza domestika matul l-2019. L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn paġna 15 sa paġna 24 tar-rapport, mill-link elenkata hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/FSWS%20Publications/Appogg%20Yearly%20statistical%20report%202019%20%20(online%20version).pdf
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi indirizzata l-problema tal-vjolenza domestika mill-perspettiva ta' min qed jabbuża (il-perpetrator)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-ħidma kollha tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, permezz tal-Aġenzija Appoġġ, fil-qasam tal-vjolenza domestika, inkluż dik l-għajnuna li tingħata lill-aggressuri (perpetrators), tinsab dettaljata fir-rapporti annwali tal-istess Fondazzjoni mill-2009 ’l hawn.
Dawn ir-rapporti huma aċċessibbli fuq dan is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni, fil-link li qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta, hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14010, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet li rċieva l-Ministeru tiegħu b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi sad-data tal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija miġbura fit-tabella ta’ hawn taħt:
Isem tal-Benefiċċju (Covid-19)
Benefit type
Talbiet li daħlu
Talbiet maħduma
Talbiet imħallsa
Benefiċċju ta’ Ġenitur
COPB
6,225
6,178
4,411
Benefiċċju ta’ Persuna b’Di¿abilità
CODB
523
504
373
Benefiċċju Addizzjonali tal-Qgħad u Benefiċċju tal-Qgħad Kontributorju
COUB
2,075
2,075
1,739
Benefiċċju Mediku
COMB
2,223
2,206
1,608
Total
-
11,046
10,963
8,131
In-numru ta’ talbiet miċħuda jammontaw għal 2,623 u dawk pendenti sal-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2020 kienu jammontaw għal 83, filwaqt li sa dakinhar kien hemm 209 ka¿ iehor maħdumin u qiegħdin jistennew li jiġu awtoriżżati. Tajjeb illi jiġi nnutat illi 401 persuna nfurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex iwaqqfu l-pagament ta’ COPB, CODB jew COMB li kienu qed jirċievu minħabba illi jew reġgħu rritornaw għax-xogħol jew bdew jirċievu l-għajnuna minn għand l-imgħallem tagħhom permezz tal-iskemi tal-Malta Enterprise. Barra minn hekk, 161 persuna li kienu jirċievu COUB twaqqfilhom l-initolament minħabba li reġgħu sabu mpjieg ġdid u ma baqgħux jirreġistraw.
COVID-19 – Telefonati fuq in-numri 25903000 u 25903030 – telefonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata saret fuq in-numri 25903000 u 25903030 kemm ilna bil-miżuri tal-COVID-19? Kemm minn dawn it-telefonati ġew imwieġba u liema area kellha l-akbar numru ta' telefonati? X'kienu l-aktar mistoqsijiet jew preokkupazzjonijiet li ħarġu minn dawn it-telefonati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Żieda għal wage supplement għal min għandu pensjoni ta’ €500
Question
Fil-każ ta’ persuni li huma fuq pensjoni u allura mhux intitolati għal wage supplement, jista’ l-Ministru jikkunsidra li min għandu €500 pensjoni u ma jgħaddix, ikun jista’ jiżdiedlu l-wage supplement sal-massimu tal-pensjoni?
Aġenzija Appoġġ — Assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14772, 14615 u 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Copy of PQ 14355 - entitajiet aġenziji korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija).xlsx