Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellanta li tabella li turi n-nefqa ta’ flus għall-fuel/petrol/diesel imħallsa mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu fis-snin indikati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jinnota li fil-każ tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, il-Ministeru ġie ffurmat wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Għawdex – Ix-Xagħra – Triq Ġorf – sistema tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet differenti jew aħjar minn tal-Ministru li ppreċedieh sabiex Triq Ġorf ġewwa x-Xagħra Għawdex titqabbad mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku, mingħajr il-bżonn li r-residenti jkollhom jużaw il-fosos bħal fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk wara l-petizzjoni miġbura mir-residenti ta' din it-triq kwantu s-servizz tad-drenaġġ u li ġiet ippreżentata lill-Ministru ta' qablu, hux ser jiltaqa’ mal-istess residenti sabiex jismagħhom u jasal għal soluzzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, kien hemm tmintax-il persuna f’position of trust u persuna waħda b’servizzi ta’ konsulenza u li issa m’għadhomx. Mill-għadd ta’ persuni li kienu f’position of trust, kollha rritornaw fis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — awdituri
Question
B'referenza għad-ditta tal-awdituri li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas tħallsu, jagħti d-data u jgħid għal liema servizzi tħallsu, minn kull entità taħt ir-responsabilità tal-Ministeru mill-2013 'il quddiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas lid-ditta tal-awdituri Crowe Horwath la min-naħa tal-Ministeru u lanqas min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, id-direct orders li ngħataw fis-snin indikati minnha huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Statistical Transfer Agreement bejn Malta u l-Estonja
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istatistical transfer agreement li ġie ffirmat bejn Malta u l-Estonja nhar il-Ġimgħa 24 ta' Jannar 2020?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Water Services Corporation – sottomissjonijiet lir-REWS
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti ġew sottomessi lir-REWS fir-rigward tal-operat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-2019, u f’kull każ, x’kien l-ilment u x’kien l-eżitu finali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu twaqqfet ir-REWS fil-2015, kemm attwalment mill-uffiċjali f’ħdan l-istess REWS li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) professjonali kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess REWS?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li m’hemm l-ebda uffiċjal ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) li preċedentament kienu impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet mill-istess REWS.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qatt ma ltqajt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12369 u jgħid kienx stabbilit liema opra tal-baħar għamlet il-ħsara lill-interconnector u min ser ikun qed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż finanzjarji marbuta mat-tiswijiet neċessarji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-evidenza, jidher ċar li l-ħsara ġiet ikkawżata minn ankra ta’ bastiment, liema bastiment ġie identifikat. Ġie avviċinat il-P&I Club ta’ dan il-bastiment tant li ngħatat letter of undertaking. Is-survey li qed jitwettaq huwa mistenni li jitfa’ aktar dawl fuq il-gravita’ tal-ħsara kkawżata.
Enemalta plc għandha fis-seħħ polza ta’ assigurazzjoni komprensiva rigward ħsara fiżika diretta u l-assiguraturi saritilhom talba taħt din il-polza. Dwar din il-kwistjoni qed tittieħed kull forma ta’ azzjoni meħtieġa biex jiġu assigurati l-aħjar interessi ta’ Enemalta plc kif ukoll tal-Assiguraturi kontra dawk il-partijiet li x’aktarx huma responsabbli.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġar tal-Ilma — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12373 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immanniġar tal-Ilma — impjieg ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12296 u jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli nterpelant li l-ebda entita’ li hija fid-dekasteru tal-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma, ma tat impjieg taħt kwalsiasi titlu lill-persuna msemmija.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12397, fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12460
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12328 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jinbidlu t-tappieri kbar li hemm fit-Triq Alfred Cachia Zammit fiż-Żejtun minħabba li kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqhom, dawn qed jagħmlu ħafna ħsejjes minħabba li niżlu ’l isfel? Billi ħaddiema marru jagħmlu l-lastku aktar minn darba u kull darba dan qed jitqatta’ wara ftit, minħabba l-mod kif it-tappieri sfrundaw ’l isfel u peress li rċevejt diversi ilmenti li din it-triq, li hi tant traffikuża, li r-residenti ma jistgħux jorqdu minħabba l-ħsejjes kbar li qed jagħmlu dawn it-tappieri kull darba li tgħaddi karozza, jista’ l-Ministru ġentilment jara li jiġu rranġati jew mibdula kif ġew imwiegħda dawn ir-residenti? Wara li din it-triq damet snin biex titlesta u din il-problema nħolqot wara li t-triq ġiet irranġata, jista’ l-Ministru jintervjeni biex isir ix-xogħol meħtieġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma iwweldjat it-tappieri fil-jiem li għaddew u allura ma hemmx aktar ħsejjes.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – trinek u xogħol simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlu trinek u xogħol ieħor simili ġewwa Għawdex u Malta biex jgħaddu s-servizzi tagħhom minn proprjetà privata matul is-snin mit-8 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant illi minn stħarriġ li sar mid-data rikjest sal-llum, instabu erbgħa każijiet, fejn kien hemm in-neċessita li servizzi jgħaddu minn propjeta privata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġibjuni tal-ilma tax-xorb f'Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid kemm jesa' kull ġibjun? Jista' jgħid meta saret l-aħħar darba manutenzjoni fuq kull ġibjun minn dawn? Jista' jispjega għaliex ċertu ġibjuni bħala dak tan-Nadur l-faċċata tagħhom tinsab fi stat ħażin ħafna?
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol għat-tfassil ta’ leġiżlazzjoni biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/944, u jekk hux se ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi u jekk iva meta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
It-tfassil tal-leġiżlazzjoni biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/944 qiegħed fi stadju ta’ diskussjoni bejn il-partijiet konċernati fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika.
Għaldaqstant f’dan il-mument ma jistax jingħad jekk hemm ħtieġa ta’ konsultazzjoni pubblika, billi din issir biss meta l-leġislazzjoni li tittrasponi l-leġislazzjoni Ewropea tmur ‘il hemm mill-obbligi minimi ta’ trasposizzjoni.
Illi ta’ min jgħid li l-artikolu 70(5)(a) tad-Direttiva (UE) 2019/944 li jemenda l-Artikolu 15 tad-Directive 2012/27/UE, ġie traspost permezz tal-avviż legali 336 tal-2019 li jemenda ir-Regolamenti dwar Effiċjenza fl-Enerġija u l-Koġenerazzjoni u dan sar qabel l-aħħar tas-sena 2019 kif meħtieġ mill-istess Direttiva.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Safar, Fuel u Hospitality - nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12092, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Jista' l-Ministru jgħid kienx stabbilit liema opra tal-baħar għamlet il-ħsara lill-interconnector u min ser ikun qed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż finanzjarji marbuta mat-tiswijiet neċessarji?