Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dranaġġ fil-Pjazza tal-Mqabba u t-toroq tal-madwar xi ġimgħat ilu faru fil-water culvert li hemm fl-istess pjazza? Tista’ tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-ħsarat u jekk dawn tranġawx? Tista’ tgħid jekk il-ġibjun li fihom jagħtu dawn il-water culverts ġiex ikkontaminat bid-dranaġġ, u jekk fl-affermattiv x'sar biex ma tiġix ikkontaminata l-water table peress li dan il-ġibjun huwa tat-tip 'soak away'?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona ndikata kien hemm xi ħsarat fin-network tad-drenaġġ li ġie kkaġunat minn materjal sanitarju u li dan ma jiddisolvix fl-ilma. Din il-ħsara ġiet solvuta immedjatament skond il-proċedura stabilita tal-Korporazzjoni. Testijiet għadhom għaddejin biex jiġi ddentifikat jekk kienx hemm kontaminazzjoni tal-ġibjun fl-akkwati.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22733 u tgħid kemm kienet it-talba għal ħsarat lill-Enemalta mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm kien l-ammont approvat mill-Enemalta? Kemm kien l-ammont rifjutat? Kemm hija t-talba li s’issa għad m’hemmx deċiżjoni fuqha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tieħu azzjoni u tara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ msemmi huwa kaġun ta’ ħsara maġġuri fiż-żewġ rising mains tas-sistema tad-drenaġġ ta’ dawk l-inħawi. Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet passi mmedjati biex tiġi rranġata din il-problema u jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti u min juża dawn l-inħawi.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22182, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifisha iżda għall-Ministeru tagħha jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għar-Riżorsi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett li tħabbar fit-13 ta' Jannar 2021 ta' sistema "e-paperless" u d-diġitazzjoni tal-"fleet management system"? Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsistu dawn iż-żewġ proġetti ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tieħu ħsieb li tara li d-dawl f'toroq fl-inħawi ta' San Anton Abbati ilu jiem ma jinxegħel u ma' dawn hemm toroq oħra li għandhom l-istess problema fl-inħawi Ta' Bistra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li malli l-Enemalta ġiet infurmata li fl-inħawi ndikati kien hemm dwal tat-toroq mitfija, ħadet azzjoni mmedjata biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.
Ħaż-Żebbuġ – Triq l-Indipendenza – main tad-dranaġġ u main tal-ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-main tad-dranaġġ u l-main tal-ilma li saru fi Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbuġ (Malta) saru fil-wiċċ tat-triq u mhux skont il-fond stabbilit? Tista’ tikkonferma wkoll li qabel issir it-triq jiġu mgħoddija l-cables kollha tad-dawl biex wara li jingħata t-tarmak ma jkollhiex għalfejn terġa’ tinqala’ t-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li reċentament ma kien hemm l-ebda xogħol relatat mat-tqegħid ta’ mains tal-ilma tad-dranaġġ fit-triq imsemmija. Dawn il-mains kienu saru fil-perjodu 2011-2013.
Rigward il-cables tad-dawl l-Enemalta plc m’għandha ppjanat l-ebda xogħolijiet relatati ma’ tqegħid ta’ cable fl-imsemmija triq, hekk kif dan diga’ sar matul is-sena 2020.
Enemalta – Average Duration period għal kumpens fuq ħsarat
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22734 u tgħid kemm huwa l-average duration period li wieħed jistenna sabiex jingħata tweġiba għal kumpens ta' ħsarat li jkun sofra, minn meta jagħmel l-ilment mal-Enemalta għal meta jieħu tweġiba finali? Kemm kien l-average duration period għas-sena 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal tali kumpens jiġu investigati permezz ta’ proċess stabbilit. Kull każ huwa differenti u jiġi investigat fuq il-mertu tiegħu. Il-perjodu biex jiġu deċiżi dawn il-każijiet jiddependi wkoll minn diversi fatturi fosthom id-dokumentazzjoni u evidenza neċessarja li tgħaddi lill-Enemalta sabiex isir l-evalwazzjoni tal-każ.
Iż-żmien biex jiġi deċiż il-kumpens ivarja minn każ għall-ieħor skont in-natura tagħhom. Bħala medja l-każi investigati matul l-2020 ħadu madwar 197 jum. Matul din is-sena dawn niżlu għal 105 t’ijiem.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il trakk tal-fuel inxtara mill-Enemed mill-2013 sal-lum, kemm sewa kull trakk, kif intgħażel l-offerent u meta nxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara 20 sena ta’ nuqqas ta’ investiment f’trakkijiet li jġorru l-fjuwil, il-kumpanija Enemed rat li tagħmel investiment fuq medda ta’ 5 snin fejn inxtraw 29 trakk, inkluż 11-il aircraft refueller. Dawn it-trakkijiet b’teknikalitajiet speċifiċi inxtraw b’diversi modi, inkluż auction, tender u direct order.
B’dan l-investiment kapitali, l-Enemed investiet ‘il fuq minn €5.5 miljun għall-immodernizzar tal-flotta u biex tissaħħaħ is-sigurta.
Tista' l-Ministru tirrapporta lill-Kamra bl-inċident ta' overspill tal-fuel li seħħ fit-22 ta' Ottubru 2021 fl-impjant il-ġdid ta' Ħas-Saptan? X'kienet il-kawża ta' dan l-ispill? Tikkonferma li dan wassal għal ħsara rreparabbli lil wieħed mit-trakkijiet tal-fuel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li kien qiegħed jimtela trakk, deher ħiereġ il-petrol minn fuq. Immedjatament ġie mwaqqaf ir-refuelling u l-Enemed segwiet il-proċeduri ta’ health and safety. Il-post tnaddaf, u wara li ġie ċċertifikat li ma kienx hemm periklu, ix-xogħol tal-mili tkompla b’mod normali.
It-trakk involut ittieħed fil-garaxx li għandha l-kumpanija sabiex jiġi eżaminat għal xi ħsara li seta’ ġarrab. Kuntrarjament għal dak li qed jigi allegat fil-mistoqsija parlamentari, t-trakk ma sofra l-ebda ħsara irreparabbli.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għalfejn uħud mit-trakkijiet il-ġodda tal-fuel tal-Enemed ġarrbu ħsara strutturali ftit wara li nxtraw u kellhom jissiefru biex jittranġaw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sena, kien hemm tliet trakkijiet li fl-2019 ħarġilhom difett ikkawżat mid-diżinn tagħhom. Peress li dawn it-trakkijiet kienu għadhom taħt garanzija, intbagħtu lura sabiex tissewwa l-ħsara. Dan ix-xogħol kien sar kollu a spejjeż tal-manifattur.
Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet it-talba għal ħsarat lill-Enemalta mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm kien l-ammont approvat mill-Enemalta? Kemm kien l-ammont rifjutat? Kemm hija t-talba li s’issa għad m’hemmx deċiżjoni fuqha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Enemalta – Average Duration period għal kumpens fuq ħsarat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-average duration period li wieħed jistenna sabiex jingħata tweġiba għal kumpens ta' ħsarat li jkun sofra, minn meta jagħmel l-ilment mal-Enemalta għal meta jieħu tweġiba finali? Kemm kien l-average duration period għas-sena 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-substation fi Triq Malta f'Għajnsielem għadha mhux qed taħdem? Tista' tgħid meta hu mistenni li din tibda taħdem? Tista' tgħid jekk l-Enemalta kellhiex ilmenti mir-residenti ta' Triq Malta dwar problemi fil-vultaġġ u ħruq fl-appliances tagħhom? Jekk iva x'passi ħadet l-Enemalta biex tindirizza dan kollu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq is-substation fi Triq Malta f’Ghajnsielem jinsab fi stadju avvanzat u huwa ippjanat li din tibda topera sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Din is-sena l-Enemalta rċeviet total ta’ tlett rapporti dwar varjazzjonijiet fil-vultaġġ f’din il-lokalità.
Għawdex – roadside electric vehicle charging infrastructure — periti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-periti (isem u kunjom) li għamlu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal-'ROADSIDE ELECTRIC VEHICLE CHARGING INFRASTRUCTURE' ġewwa Għawdex? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu u kemm ħa jitħallsu ta' kull applikazzjoni li ssottomettew jew ħa jissottomettu u ta' xogħol ieħor li jistgħu jiġu mitluba jagħmlu bħal xogħol ta’ superviżjoni tat-twettiq taċ-Charging Infrastructure? Tista’ tgħid kemm-il applikazzjoni għamlu dawn il-periti ġewwa l-gżira ta' Għawdex, u kemm għad fadal jagħmlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-periti li għamlu l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) jinsabu mniżżla pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-PA. Fl-ewwel fażi tal-proġett il-periti ġew magħżula permezz ta’ sejħa għall-offerti fis-sena 2020 u dawn ġew mħallsa skont ir-rekwiżiti li hemm fil-kuntratt. Fit-tieni fażi tal-proġett, il-Ministeru uża r-riżorsi professjonali interni.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li b’kollox hemm 23 applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ charging pillars ġodda ġewwa Għawdex li dawn jiżdiedu mat-8 li hemm diġà eżistenti.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi
Question
B’referenza għall-avviż numru 1344 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta’ Ottubru tista’ l-Ministru tgħid:
a) kemm hu ż-żmien tal-ħatra ta’ kull wieħed mill-membri tal-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) appuntati skont kif mgħarraf f’dan l-avviż?
b) kemm minn dawn il-membri kienu diġà membri tal-Bord tar-REWS u jekk hemm xi membri li qed jerġgħu jiġu riappuntati jekk ir-re-appointment tagħhom hiex l-ewwel re-appointment?
c) a bażi ta’ liema kriterji ‘oġġettivi’ u ‘trasparenti’ ġew appuntati bħala membri u fejn ġew ippubblikati tali kriterji?
d) x’kienet il-proċedura ‘indipendenti u imparzjali’ li ġiet segwita biex jiġu appuntati dawn il-membri?
e) liema skema ta’ rotazzjoni xierqa qed tiġi applikat a tenur tal-artikolu 3(7) tal-Kap. 545?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'rabta mal-avviz Nru 1344 li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-12 t'Ottubru, il-bidla li ġiet ikkomunikata hija minħabba li waħda mill-membri tal-bord ġiet nieqsa. Intant, iż-żmien tal-ħatra ta' kull wieħed mill-membri tal-Bord tar-Regolatur ghas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma (REWS) huwa ta' 5 snin. L-iskema ta' rotazzjoni li qed tiġi applikata hija a tenur tal-artiklu 3(7) tal-Kap. 545.
Ix-Xewkija — Triq Ta' Sannat - ħofra fit-tarmak magħmul minn WSC
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għala Triq Ta' Sannat fix-Xewkija li f'dawn l-aħħar ġimgħat ingħatat kollha kemm hi bit-tarmak mil-WSC, f'parti minnha f'dawn l-aħħar ġranet tfaċċat ħofra kbira li tagħtit bi pjanca tal-ħadid, u l-madwar tagħha beda jċedi? Tista' tgħid min kien il-perit responsabbli minn xogħlijiet ta' asphalt u xogħol ieħor li saru f'din it-triq mil-WSC u min kien il-perit li ċċertifika dan ix-xogħol u jpoġġi ċ-ċertifikazzjonijiet kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għadu ma sar l-ebda pagament għax-xogħolijiet fit-triq imsemmija għax ix-xogħol li sar għadu ma ġiex iċċertifikat.
Il-KSI għamlet l-istudji tagħha biex tasal għal konklużjoni ta’ x’wassal għal din il-ħsara wara maltempata kbira li kien hemm. Irriżulta li l-ħsara ġiet kawżata minn servizzi eżistenti li ma kienux jagħmlu parti minn dan il-proġett. Għaldaqstant ħarġet ordni biex l-ewwel isiru t-tiswijiet neċessarji fuq is-servizzi impattati u wara jerġa jsir il-wiċċ tat-triq fuq il-parti żgħira li ġarrbet ħsarat.
Mosta – Triq Nicolò Isouard, Triq it-Tama u Triq San Ġużepp — bozoz
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-bozoz f’Triq Nicolò Isouard, f’parti minn Triq it-Tama u fi Triq San Ġużepp fil-Mosta, issir it-tiswija li jkun hemm bżonn sabiex dawn il-bozoz ma jibqgħux ħin twil mitfija, b’riżultat li f’dawn it-toroq ikun hemm id-dlam għal ħin twil?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiswijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Enemalta tlestew.