Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10076, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u jgħid kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema għajnuniet / skemi qed jirreferi.
FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7615, peress li l-mistoqsija ma kenitx dwar min għamel id-due diligence iżda dwar min kienu s-sjieda benefiċjarja wara l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema kumpanija ngħatat il-konċessjoni tal-isptarijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk inbidlux jew le matul il-konċessjoni? Jekk inbidlu, min kienu s-sjieda benefiċjarja l-ġodda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Vitals Global Healthcare llum jisimha Steward Malta Ltd. Fl-2017 l-Malta Business Registry ma kellhiex il-poter legali illi tiġbor l-informazzjoni fuq is-sidien benefiċjari. Madankollu skont il-liġi, din l-informazzjoni hija aċċessibbli għal persuni ġuridiċi kif jiddefinixxi fl-artikolu 10 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 16.18.
Peress li dan l-aħħar kien spjegat li l-istatwa taż-żiemel fix-Xwejni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiet wara open call, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-ġurija li ħadu d-deċiżjoni u min kienu l-artisti l-oħrajn li ġew shortlisted?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6096 u jgħid kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena li għaddiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus minfuqa minn klijenti mhux ‘dataset’ li jinġabar mill-Awtorità. Minħabba l-fatt li in termini ta’ flus milgħuba (wagers), dawn l-istess flus jekk ma jintilfux, jistgħu jiġu milgħuba drabi oħra, u r-rebħ jista' jerġa' jiġi milgħub, ma jagħmilhiex possibbli li wieħed jiddetermina l-ammont eżatt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9994 u ċjoè: B’referenza għall-porzjon ta’ art indikata bl-aħmar fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament, jista’ l-Ministru jispeċifika min huma s-sidien ta' din l-art (inkluż jekk hemmx proprjetà tal-Gvern) u jgħid liema porzjon ta’ art hija proprjetà tas-sidien rispettivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra kopja tas-site plan ‘updated’ fejn proprjetà li s-sid tagħha huwa l-Gvern hija mmarkata bil-linji blu.
Konċessjoni ta’ Evans Building — evalwazzjoni tal-offerti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-offerti li daħlu waqt il-perjodu tas-sejħa għall-proposti dwar il-konċessjoni ta' Evans Building?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ċ-Chairperson u l-membri attwali tal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) ġew appuntati għall-ewwel darba, meta tiġi fi tmiem il-ħatra attwali tagħhom u abbażi ta’ liema kriterji kull membru ġie appuntat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt.
Title
Surname
Name
Position on Board
Date of 1st Appointment
Term of Appointment
Mr.
Grixti
Wayne
Chairperson
26/09/2022
25/09/2023
Mr.
Ablett
Daniel
Board Member
26/09/2022
25/09/2023
Mr.
Micallef
Sandro
Board Member
01/11/2020
25/09/2023
Ms.
Busuttil
Patrizia
Board Member
01/11/2020
25/09/2023
Ms.
Falzon
Nicole
Board Member
26/09/2022
25/09/2023
Mr.
Vella
Omar
Board Member
01/11/2020
25/09/2023
Mr.
Vella
Nigel
Board Member
01/11/2020
25/09/2023
Mr.
Camilleri
Mark
Board Member
26/09/2022
25/09/2023
Mr.
Galea
Anthony
Board Member
26/09/2022
25/09/2023
Dr.
Attard
Ramona
Secretary
01/11/2020
25/09/2023
Dawn inħatru abbażi ta’ diversi fatturi u kwalitajiet fosthom esperjenza, u li jkollhom ħiliet ta’ tmexxija u ġudizzju meħtieġ biex iwettqu dik il-funzjoni skont l-objettivi li l-entità tkun imwaqqfa għalihom.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Kuntratti mogħtija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabe¿ l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - kuntratti mogħtija
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Awtorità tal-Artijiet — San Ġiljan - encroachments għall-Bajja ta' San Ġorġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet approvatx xi encroachments ġodda għall-Bajja ta’ San Ġorġ, ġewwa Paceville f’San Ġiljan? Jista’ jagħti lista ta’ min għandu encroachments fuq din il-bajja pubblika?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom qed jiġu kkunsidrati kif dawn il-propjetajiet għadhom jiġu disponuti bl-aħjar mod possibbli u fl-interess nazzjonali tal-pajjiż.
Fid-dawl li l-kumpanija li d-detatlji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat is-somma ta’ €270,000 f’għajnuna mill-fond Ewropew taħt l-Iskema ERDF u fid-dawl li mill-istess fond ingħatat is-somma ta’ €450,000 lil kumpanija oħra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ dawk kollha li bbenefikaw minn dan il-fond mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jingħataw dawn il-fondi u min huma l-membri tal-bord li jagħmlu din l-għażla?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – direct orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm ingħataw direct orders u x’kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab infurmat li hemm 259 ħaddiem kollha ċittadini Maltin fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li tefgħu offerta għall-izvilupp/Privatisation ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Kemm kienu l-offerti mitfugħa rispettivament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini sar f'Għawdex u Kemmuna sena b'sena minn Novembru 2016 sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kull każ x'kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi fuq il-Casino di Venezia u l-lukanda li kienet qed tinbena maġenbu, għaliex ilhom mitluqin għal aktar minn għaxar snin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Peress li t-terminu tal-programm ta’ fondi Ewropej wasal biex jiġi fi tmiemu, u nbeda jew ħa jinbeda wieħed ġdid, jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti spiċċaw u dawk li għadhom għaddejjin jew ħa jinbdew f'kull Ministeru minn dawn il-fondi? Kemm intefqu flus għal dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imposti penalitajiet finanzjarji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) da parti tal-Malta Gaming Authority (MGA) mill-bidu ta’ din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? Jekk fl-affermattiv, jista’ f’kull każ jgħid:
a. kemm kien l-ammont tal-penali imposti;
b. jekk deċiżjoni tal-MGA fejn imponiet il-penali, ġietx appellata; u
ċ. jekk fil-konfront tal-istess deċiżjoni sarx rikors kostituzzjonali minħabba allegazzjoni li d-deċiżjoni meħuda kienet bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u/jew l-artikolu 6(1) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob enforzat ħdax-il multa (11) amministrativa minn Jannar tas-sena għelfejn u tlieta u għoxrin (2023) sa Ġunju tal-istess sena.
L-ammonti relattivi qegħdin jiġu mqassmin skont ix-xahar meta ġew maħruġa:
Xahar
Total għal kull xahar
Jannar
€33,000
Frar
€66,000
Marzu
€11,200
April
-
Mejju
€12,000
Ġunju
€4,500
L-ebda multa amministrativa ma ġiet appellata quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.
L-ebda multa ma tat lok għal kawża kostituzzjonali b’allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u l-artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
B’referenza għall-Att dwar il-Condominia, jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiġbor dan it-tagħrif? Jista’ jgħid kemm ġew reġistrati minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità responsabbli hija l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet. Din tirreġistra l-amministraturi tal-condominia.
Mill-ewwel ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata tat-23 ta’ Ġunju ġew irreġistrati 567 il-amministrattur ta’ Condominium.