Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — wage suppliment għal chefs f'supermarkets

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex chefs f'supermarkets mhux intitolati għal wage suppliment mill-Malta Enterprise bħalma huma intitolati chefs f'restoranti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Malta Enterprise – kumpaniji li ngħataw Letter of Intent

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw Letter of Intent mill-Malta Enterprise skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati għajr dawk li huma diġà pubbliċi.

Air Malta plc – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-kumpanija Air Malta plc?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ahhar sett ta financial statements tal-Kumpanija Air Malta plc.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkunsidra li jerġa' jagħti lura l-Palazz ta' Selmun lill-poplu wara li fl-aħħar snin tħalla jiddeterjora?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-ħsibijiet u l-pjani tal-Gvern dwar dan is-sit jimmaturaw, jinħareġ it-tagħrif meħtieġ flimkien mas-sejħiet pubbliċi li jkun hemm bżonn skont il-każ.

Lukanda ta’ Selmun

Question

Jista' l-Gvern jgħid jekk dik li qabel kienet il-Lukanda Selmun, tinsabx viċin li tinbiegħ? Jista' l-Gvern jindika x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern dwar it-triq 'l quddiem għal din l-istess binja li tinsab f'Selmun, limiti tal-Mellieħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li meta l-ħsibijiet u l-pjani tal-Gvern dwar dan is-sit jimmaturaw, jinħareġ it-tagħrif meħtieġ flimkien mas-sejħiet pubbliċi li jkun hemm bżonn skont il-każ..

COVID-19 — Għaqdiex Mhux Governattivi – ħaddiema li se jibbenefikaw minn pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ Għaqdiet Mhux Governattivi (u ma' liema għaqdiet jaħdmu) li se jkunu qed jibbenefikaw mill-hekk imsejjaħ pakkett finanzjarju li l-Gvern ħabbar b'rabta mal-imxija tal-COVID-19? Fl-istess risposta, jista' jgħid kemm kien l-ammont fi flus li dawn l-istess għaqdiet ser ikunu qed jingħataw mill-Gvern?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninfroma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.

Trade Malta – servizz lill-kumpaniji u intrapriżi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra lil kemm-il kumpanija u intrapriża kummerċjali tat servizz Trade Malta min-Novembru 2019 sal-aħħar ta’ Marzu 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li bejn Novembru ta’ 2019 u Marzu ta’ 2020 TradeMalta tat servizz lil 180 intrapriża.

Ghana u Kosta tal-Avorju — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba ż-żjarat kummerċjali li kellhom isiru lejn il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju f’Marzu ta’ din is-sena humiex ser isiru iktar ‘il quddiem u jekk iva meta? Kemm kien hemm expressions of interest minn kumpaniji għal dawn iż-żjarat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żjara kummerċjali fil-Ghana seħħet bejn it-2 u l-5 ta’ Marzu 2020. Din iż-żjara kienet immexxija mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. TradeMalta ħarġet sejħa pubblika biex intrapriżi lokali jingħaqdu fuq din iż-żjara u rżeviet interess mingħand 19-il intrapriża. Minn dawn, 17-il intrapriża ngħaqdu ma TradeMalta għaż-żjara fil-Ghana. Ma dawn intrapriżi ngħaqdu wkoll uffiċjali gholja minn 4 entitajiet pubbliċi u governattivi. ‘Għal raġunijiet li TradeMalta ma kelliex kontroll fuqhom, iż-żjara lejn il-Kosta tal-Avorju ma seħħietx u għalissa ma hemmx pjan li din iż-żjara sseħħ fil-futur.

COVID-19 — Kera b'kuntratt vinkolanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanaijiet ta' għajnuna lil dawk il-membri tal-pubbliku li qed jikru proprjetà għal finijiet ta' residenza jew negozju, li huma marbutin b'kuntratt ta' kera vinkolanti u li għandhom diffikultà biex iħallsu l-kera minħabba l-effett ta' Covid-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħabbiriet simili jsiru mill-Gvern f’mument propizju u jkunu pubbliċi, kif sar fil-każ tal-miżuri eċċezzjonali li tħabbar il-Gvern fl-aħħar ġimgħat minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

Trade Malta – ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma ser issir minn Trade Malta tul din is-sena? X’żjarat u missjonijiet hemm jew kien hemm ippjanati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t- TradeMalta organizzat żewġ żjarat ta’ kummerċ fl-ewwel xahrejn ta’ l-2020. L-ewwel waħda kienet immirata lejn intrapriżi ta’ manifattura ta l-ikel u z-żjara lejn Dubai u saret fl-istess perjodu ta waħda mill-ikbar fieri ta’ l-ikel fil-Lvant Nofsani, ‘Gulfood. Din iz-żjara saret fil-bidu ta Frar u għaliha attendew 8 intrapriżi. Fl-ewwel Ġimgħa ta’ Marzu TradeMalta organizzat żjara fil-Ghana li kienet immexxija mil-Onorevoli Silvio Schembri. 17-il intrapriża ingħaqdu ma TradeMalta għal din iż--żjara fil-Ghana. Ma dawn intrapriżi ingħaqdu wkoll uffiċjali għolja minn 4 entitajiet pubbliċi u governattivi kif wkoll rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ. Min Jannar sa Marzu TradeMalta organizzat kors ta tahrig ghal imprendituri lokali li jixtiequ jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom barra min xtutna. Din kienet il-ħames sena li sar dan it-tahrig li jsir b’kollaborazzjoni ma l-Università ta’ Malta u bank lokali. Minħabba il-pandemija l-ahhar sessjonijiet saru online. TradeMalta għandha wkoll il-programm ‘Global Growth’ li minnu jibbenefikaw il-fuq minn għoxrin intrapriża biex ikunu jistaw jkabbru l-bejgħ tagħhom barra min xtutna. Dan il-programm huwa miftuħ is-sena kollha. Fl-ahhar ġimghat ta Frar TradeMalta organizzat seminar mal-Bank Ewropew tar-Rikostruzzjoni u Żvilupp biex toħloq iktar opportunitajiet għal intrapriżi Maltin biex japplikaw għal tender internazzjonali. Min mindu faqqet il-mewġa tal-Koronavirus, TradeMalta bdiet toffri numru ta servizzi ġodda online, bħal webinars u introduzzjonijet onlajn biex jikkomplementaw servizzi oħra li kienu diġà offruti fuq il-pjattaforma elettronika ta TradeMalta. TradeMalta rat żieda fid-domanda ta dawn is-servizzi min mindu feġġet il-pandemija. Qed isiru wkoll tħejjijiet biex jiġu ntrodotti miżuri godda biex jgħinu intrapriżi jesportaw fid-dawl tad-diffikultajiet li ġabet magħha il-pandemija. Fejn għandu x’jaqsam żjarat kummerċjali huwa diffiċli biex TradeMalta torganizza dawn z- zjarat meta l-ivjaggar bl-ajru lejn pajjizi ohra mhux permess. Madankollu TradeMalta kienet qieghda tahdem thejjijet fuq zjarat fl-iRwanda (waqt ic-CHOGM(, Dubai Expo, u l-Etijopja

COVID-19 — Kirjiet ta' proprjetà pubblika – tħaffif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kirjiet ta' proprjetà pubblika lil negozji, entitajiet privati jew volontarji jew inkella persuni privati, li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex il-piż ta' dawn il-kirjiet jitħaffef minn fuq il-kerrejja sakemm itul l-effett ta' COVID-19? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji ta' dawn il-pjanijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 — Malta Enterprise – skemi u għajnuna lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14008 u jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet u numru ta’ impjegati benefiċjarji li rċieviet il-Malta Enterprise sal-lum b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti? Fil-każ tal-Wage Supplement jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaqgħu f’Annex A u f’Annex B separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 — Lista aġġornata ta' setturi/NACE Codes tal-wage supplement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14009 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk is-setturi/NACE Codes li jaqgħu taħt Annex A u Annex B tal-Wage Supplement ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jgħid x’inhi l-proċedura li permezz tagħha s-setturi rispettivi jistgħu jiddaħħlu jew jinħarġu mill-annexes rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.

Malta Air — ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta Air ordnatx xi ajruplani f’dawn l-aħħar 18-il xahar? Jekk iva, x’tip huma, u meta se jiġu Malta, jekk mhux diġà ġew?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Malta Air hija entità kummerċjali privata. Il-Gvern ma jindaħalx fl-operat tal-Malta Air u għaldaqstant it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant la jista’ jinġabar u lanqas mhu magħruf.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12587 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fittabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.