Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li ma jafux il-Malti – Miżuri ta’ appoġġ għat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex studenti li ma jafux il-Malti sew jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jitgħallmu l-lingwa Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li studenti li jaslu Malta u ma jkunux kapaċi jikkomunikaw la bil-Malti u lanqas bl-Ingliż jattendu programm ta' Induction. Dawk l-istudenti li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'waħda miż-żewġ lingwi uffiċjali imorru fil-Mainstream u jieħdu sapport addizzjonali fil-lingwa l-oħra Dan is-sapport jissejjaħ pull-out. Infurmat li L-International Learners' Directorate (ILD) jorganizza wkoll il-Language to Go, li huwa programm li jsir fis-sajf biex l-istudenti jiksbu aktar ħiliet fil-lingwa komunikattiva (Malti u Ingliż). Dan il-programm jibbenefikaw minnu l-istudenti internazzjonali.

Studenti internazzjonali – Lezzjonijiet tal-Malti flimkien ma’ studenti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin li bħalissa qed jattendu l-istess lezzjonijiet tal-Malti ma’ studenti Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqija parlamentari numru 3333.

Studenti internazzjonali – Lezzjonijiet tal-Malti flimkien ma’ studenti Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li bħalissa qed jgħallmu studenti Maltin u studenti internazzjonali tal-istess livell fl-istess klassijiet tal-Malti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-iskejjel tal-istat għandhom l-obbligu li joffru kull tagħlim neċċessarju inkluż il-linġwa maltija.

Programmi tat-tagħlim tal-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi tat-tagħlim tal-Malti humiex adattati għal studenti li m’għandhomx il-Malti bħala l-ewwel lingwa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li studenti li m’għandhomx il-Malti bħala l-ewwel lingwa, hemm il-programmi tat-tagħlim apposta tal-Malti bħala lingwa barranija.

Studenti internazzjonali – Kompetenza fil-lingwa Maltija – Evalwazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni dwar il-livell tal-kompetenza fil-lingwa Maltija fost l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat, u jekk iva, jista’ jgħid kemm studenti ħadu sehem f’din l-evalwazzjoni u x’kienu r-riżultati miksuba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-istudenti barranin fl-iskejjel tal-Istat jiġu assessjati skont il-ħtiġijiet tagħhom u jingħataw is-sapport meħtieġ sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom. Dan anke permezz tal-International Learners Directorate. Dan il-proċess isir permezz ta’ diversi forom ta’ assessjar u monitoraġġ matul is-sena skolastika, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.

Skejjel tal-Istat – Guidance Teachers – Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm guidance teachers neqsin jew postijiet vakanti fl-iskejjel tal-Istat sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li s-servizz tal-guidance meħtieġ qed jingħata fl-iskejjel kollha bl-għalliema tal-guidance u bis-servizz tal-Blossom li jingħata mill-professjonisti.

Il-Qawra - Skola Primarja - Tneħħija ta’ faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi faċilitajiet li kienu jiffurmaw parti mill-iskola primarja tal-Qawra kellhomx jitneħħew biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-klassijiet f’dik l-iskola? Jekk iva, liema kienu dawn il-faċilitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa’ għan-numru ta’ studenti, matul is-snin saru diversi aġġustamenti fl-użu tal-faċilitajiet eżistenti. Il-Ministeru jkompli jissorvelja l-ħtiġijiet tal-infrastruttura edukattiva madwar il-pajjiż. Kwalunkwe intervent jew investiment futur jiġi evalwat skont il-ħtiġijiet edukattivi, id-domanda u l-prijoritajiet stabbiliti fiż-żmien rispettiv

Skejjel - Programmi ta' edukazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni finanzjarja fl-iskejjel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-edukazzjoni finanzjarja hija integrata permezz ta' suġġetti bħall-Matematika, l-Istudji Soċjali u l-PSCD, fejn l-istudenti jiżviluppaw għarfien dwar l-immaniġġjar tal-flus, l-iffrankar u l-ibbaġitjar. Barra minn hekk, l-edukazzjoni finanzjarja tkompli tissaħħaħ permezz ta' diversi inizjattivi u programmi, fosthom iċ-Centre of Excellence, ĠEMMA Outreach, il-programmi edukattivi tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Financial Literacy Challenge, kif ukoll il-programm MoneyWise ta' Aġenzija Żgħażagħ, li huwa programm ta' edukazzjoni mhux formali akkreditat.

Skejjel - Programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali jimplimenta diversi programmi u inizjattivi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel. Dawn jinkludu attivitajiet għall-istudenti u taħriġ kontinwu għall-edukaturi biex jippromwovu ċ-ċittadinanza diġitali, l-użu responsabbli tat-teknoloġija u s-sigurtà online. Dawn l-inizjattivi huma wkoll parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetenzi diġitali tal-istudenti u tal-edukaturi. Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Wellbeing Services, permezz tat-tim kontra l-bullying, jintervjeni wkoll f'każijiet ta' bullying ta' natura diġitali jew online, billi jipprovdi appoġġ kemm lill-vittmi kif ukoll lill-istudenti involuti.

AIMS – Rifużjonijiet ta’ allowances imħallsa lill-Kapijiet Eżekuttivi – Laqgħat tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) li fihom ġew diskussi u deċiżi r-rifużjonijiet ta’ allowances imħallsa lill-Kapijiet Eżekuttivi li okkupaw din il-kariga bejn Jannar 2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ma saru l-ebda tali rifużjonijiet ta’ allowances lill-Kapijiet Eżekuttivi.

European Week of Sport 2026 – Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ kuntratturi li taw is-servizzi tagħhom waqt il-European Week of Sport 2026? Jista’ jgħid x’tip ta’ servizzi taw u kemm tħallsu, inkluż il-kantanti u l-mużiċisti li ħadu sehem?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex tressaq nies ta’ kull età u ħila lejn l-isport u l-attività fiżika. Aktar minn 64 organizzazzjoni sportiva, 30 kunsill lokali, diversi postijiet tax-xogħol u 46 skola ħadu sehem f’total ta’ aktar minn 150 attività, kollha ffinanzjati minn €54,769.55 (excl.VAT) f’fondi Ewropej.

AIMS – Rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti amministrattivi u finanzjarji annwali tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) għas-snin 2023, 2024 u 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rapporti se jkunu ppubblikati wara li jitlestew il-proċessi interni.

SportMalta u AIMS – Onorarja tal-Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-Onorarja taċ-Chairman, Viċi Chairman u l-membri tal-Bordijiet ta’ SportMalta u tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) fis-snin 2023, 2024, 2025 u kemm hi attwali fis-sena 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-membri kollha tal-bordijiet jiġu remunerati skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u rumenerazzjoni ta’ bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern. Kopja tal-manwal diga tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Atleti, kowċis u uffiċjali sportivi Maltin – Miżuri ta’ protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri beħsiebu jieħu sabiex jiżgura li l-atleti, il-kowċis u l-uffiċjali sportivi Maltin ikunu protetti minn kull forma ta’ indħil politiku, pressjoni indebita jew żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni, u sabiex każijiet simili jiġu investigati b’mod indipendenti u trasparenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3475.

It-tim nazzjonali tal-waterpolo – Investigazzjonijiet – Komunikazzjonijiet mal-midja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, SportMalta jew xi entità oħra taħt ir-responsabbiltà tiegħu għamlux xi komunikazzjoni mal-midja dwar l-investigazzjonijiet relatati mat-tim nazzjonali tal-waterpolo qabel ma din l-informazzjoni saret pubblika? Jekk iva, jista’ jispeċifika d-dati, l-entitajiet involuti u n-natura ta’ dawn il-komunikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3475.