B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14925 dwar Class Support fil-Kinder 2 fejn il-Ministru ma ippubblikax pjan long term, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni fil-konfront tal-Iskejjel tal-Knisja? Il-Gvern approva l-baġit biex dawn il-Class Support jitħallsu mill-istat? X’komunikazzjoni saret mal-Iskejjel tal-Knisja f’dan ir-rigward?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma jsir kull sena paripassu mal-iskejjel tal-Istat, l-iskejjel tal-Knisja jiddiskutu u jressqu t-talbiet tagħhom ta’ Capacity Building parti mill-Classification Exercise li jsir mad-Dipartiment tar-Riżorsi Edukattivi fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Wara li jkun hemm diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, jiġi ffirmat id-dokument ta’ capacity building approvat u maqbul bejn l-MEDE u s-Segretarjat tal-Knisja.
Ta’ min jinnota li dawn il-proċessi għas-sena skolastika 2020-21 huma lesti, ikkomunikati u waslu fl-aħħar fażi tal-proċess li jiġi ffirmat id-dokument maqbul.
Fil-każ ta’ LSEs marbuta mal-Kinder 2, id-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin minħabba ċ-ċirkostanzi kurrenti marbuta ma’ miżuri ta’ saħħa meta jiftħu l-iskejjel u marbuta wkoll mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim Settorali (2017) fejn biex tingħata l-LSE Class Support ma’ klassi, irid ikun hemm aktar minn 14-il student f’dik il-klassi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'kull parti tar-reġistru f'Malta u Għawdex fl-aħħar ta' Mejju 2020? Jista' jgħid minn dawn, kemm kienu qed jirreġistraw f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Malta u Għawdex sa l-aħħar t’April 2020 (li huma l-aħħar ċifri ppublikati) fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-registru kien ta’ 3,979 persuna. Minn dawn, 3,719-il persuna kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, filwaqt li 260 persuna kienu qed jirreġistraw fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Sa l-aħħar t’April 2020, in-numru ta’ Għawdxin li kienu qed jirreġistraw kien ta’ 306 persuna li minnhom 284 kienu fuq l-ewwel parti tar-reġistru filwaqt li 22 kienu fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Jista' l-Ministru jagħti break down tas-safar li marret fuqu s-CEO tan-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) fis-snin 2018 u 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif se nsemmi:
Data/i
Pajji
ż
18 - 19 ta’ Ottubru 2018
Vienna - Awstrija
1 ta’ Frar 2019
Tirana - Albanija
12 ta’ Frar 2019
Brussels - Belġju
19 - 21 ta’ Marzu 2019
Strasbourg - Franza
3 - 4 ta’ April 2019
Bucharest - Rumanija
5 - 7 ta’ Ġunju 2019
Bucharest - Rumanija
24 - 26 ta’ Ġunju 2019
Bologna - Italja
2 ta’ Ottubru 2019
Helsinki - Fillandja
1 ta’ Awwissu 2019
Iżlanda
16 - 18 ta’ Ottubru 2019
Strasbourg - Franza
26 ta’ Novembru 2019
Venice-Italja
9 ta’ Diċembru 2019
Brussels - Belġju
Jista' l-Ministru jagħti break down tal-persuni kollha li telqu jew tkeċċew min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) fis-snin 2019 u 2020 s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li ġie mħabbar pubblikament li fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ tiftaħ SkolaSajf, jista’ l-Ministru jgħid xi preparamenti kienu saru biex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal li jattendu f’dawn iċ-ċentri? Ħafna ġenituri jinsabu mħassba dwar klassijiet żgħar biex tinżamm distanza soċjali, dwar il-ħin tal-logħob, tgħanniq, l-ilbies tal-maskra, il-mess tal-ġugarelli, pniezel, imqassijiet eċċ u anke dwar nuqqas ta’ sapun fit-toilets?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa u stakeholders oħra. Kif il-linji gwida jkunu pubbliċi, il-ħaddiema kif ukoll il-ġenituri jkunu infurmati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kollha vakanti fi ħdan id-direttorati hekk kif inhuma llum? Jista' jgħid min minn dawk li qed iservu fil-kariga taw ir-riżenja tagħhom u dawk li x-xogħol tagħhom ġie estiż għal ftit xhur skont l-esiġenzi tas-servizz?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fi ħdan id-Direttorati hemm ħames postijiet vakanti kif ġej:
· Vakanza waħda ta’ Kap tal-Kulleġġi
· Director Education Resources
· Director General Curriculum, Lifelong Learning and Employability
· Director Learning Assessment Programmes
· Head Education Logistics & Administration
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, hemm riżenja waħda ta’ Direttur Ġenerali Curriculum, Lifelong Learning and Employability peress li applika u ntagħżel għal pożizzjoni oħra barra mis-settur pubbliku, u estensjoni waħda skont l-esiġenzi tas-servizz ta’ post ta’ Kap tal-Kulleġġi.
Kemm ilu li ġie fdat bid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk il-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni inkluż il-konsulenti kollha li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permananeti, id-direttorati u l-bordijiet, kunsilli u awtoritajiet, li spiċċaw mill-kariga u min kienu dawk li bdew, kemm ilu Ministru hu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet - lista ta' persuni appuntati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14864 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li huma appuntati fuq diversi bordijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu kif ukoll jgħid xi kwalifiki għandhom għal dik il-kariga u x’remunerazzjoni qed jieħu għal dik il-kariga kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14864 se tingħata f'seduta oħra.
Wara li ġie mħabbar pubblikament li fil-ġimgħat li ġejjin se jerġgħu jiftħu ċ-Childcare Centres, jista’ l-Ministru jgħid xi preparamenti kienu saru biex tiġi assigurata s-saħħa u s-sigurtà tat-tfal li jattendu f’dawn iċ-ċentri? Minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni, ħafna ġenituri jinsabu mħassba dwar x’inhuwa l-pjan biex tiġi żgurata distanza soċjali f’każijiet ta’ trabi li jridu jbidlulhom u jitimgħawhom u qed jistaqsu jekk hux se jkun meħtieġ u kif se jkun possibbli li dawn it-trabi jilbsu l-maskri; u ġenituri ta’ tfal akbar qed jistaqsu kif se żżomm it-tfal milli jgħannqu lil xulxin meta jerġgħu jiltaqgħu peress li dan huwa stint naturali tat-tfal u x’se jiġri fil-ħin li dawn normali jilagħbu meta nafu li l-logħob f’din l-età huwa mod ta’ tagħlim; u qed jistaqsu wkoll dwar l-isfidi ta’ ċerti tfal li jneħħu ż-żarbun u l-kalzetti għax idejquhom u għax ikunu jridu jħossu l-art (a sensory experience) u allura kif se tassigura li dawn it-tfal iżommu l-maskra għal tul ta’ ħin? Jista’ jixħet dawl fuq l-istrateġija li se jadotta fil-ftuħ mill-ġdid taċ-Childcare Centres filwaqt li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-protokolli ta’ saħħa u sigurtà li se jiġu addottati? X’inhi d-data li se jiftħu fiha dawn iċ-Childcare Centres?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa. Kif il-linji gwida jkunu pubbliċi, il-ħaddiema kif ukoll il-ġenituri jkunu infurmati.
Wara li ġie mħabbar pubblikament li fil-ġimgħat li ġejjin se jerġgħu jiftħu ċ-Childcare Centres jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru ta’ tfal imfarfrin għal kull carer hux se jibqa’ 1:6 jew hux se jinbidel, biex il-carer tkun tista’ tlaħħaq mat-tfal fiċ-ċirkostanzi l-ġodda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa. Kif il-linji gwida jkunu pubbliċi, il-ħaddiema kif ukoll il-ġenituri jkunu infurmati.
Wara li ġie mħabbar pubblikament li fil-ġimgħat li ġejjin se jerġgħu jiftħu ċ-Childcare Centres, jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qiegħed jieħu ħsieb aspetti importanti ta’ tagħlim f’ċirkostanza li timponi social distancing? X’se jiġri waqt il-ħin tal-ikel, meta f’dan il-mument it-tfal jitgħallmu kif jissoċjalizzaw fi grupp filwaqt li jitgħallmu ċerti manjieri? Kif se tiġi assigurata s-soċjalizzazzjoni f’din iċ-ċirkostanza? Xi ħsibijiet hemm fuq il-logħob li huwa aspett importanti ta’ kif jitgħallmu t-tfal fis-snin bikrin? Wieħed mill-prinċipji importanti fis-snin bikrin huwa l-iżvilupp tal-lingwa, li fil-każ tat-tfal żgħar tissejjaħ ‘serve and return’. Kif jista’ jkun assigurat li ċ-childcarer tagħti importanza lil dan l-aspett mingħajr ma tilbes maskra biex it-tarbija tkun tista’ tħares lejn u ssegwi ħalq il-carer?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa. Kif il-linji gwida jkunu pubbliċi, il-ħaddiema kif ukoll il-ġenituri jkunu infurmati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti Għawdxin li jattendu korsijiet tal-MCAST f'Malta ma jistgħux joqogħdu għall-eżamijiet f'Għawdex stess bħalma qed isir fil-maġġoranza kbira tal-istudenti Għawdxin li jattendu korsijiet fl-Università fejn dawn qed jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-eżamijiet fiċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex? X'qed jagħmel il-Ministeru biex dan ikun possibbli u x'kienet it-tweġiba tal-Ministeru għal talba li saret f'dan is-sens mill-Grupp Universitarji Għawdxin diversi xhur ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li fis-snin li għaddew saru diversi arranġamenti biex studenti Għawdxin li jattendu korsijiet fuq bażi full-time f'wieħed mill-istituti tal-MCAST ġewwa Malta joqogħdu għal xi eżamijiet tagħhom ġewwa l-kampus t'Għawdex. It-talbiet isiru mill-istudenti konċernati lill-istitut tagħhom li mbagħad jara x'arranġamenti jistgħu isiru mal-kampus t'Għawdex. Wieħed irid jifhem li s-sistema ta' assessjar użata mill-MCAST hija bbażata fuq continuous assessment u mhix ibbażata biss fuq eżamijiet. Ċertu assessments jinvolvu wkoll element prattiku. Apparti minn hekk, assessments bil-miktub bħal Time Constrained Assessments mhux bilfors isiru fi żmien dedikat għall-eżamijiet (examination period) imma wkoll waqt ġranet normali tal-iskola fejn l-istudenti jkunu mistennija jattendu għal-lezzjonijiet skont l-iskeda. Però l-MCAST huwa kommess li fiż-żmien ta' synoptic assessments (resits) li normalment isiru fi tmiem is-simestru, dawn it-talbiet jibqgħu jintlaqgħu sa fejn huwa possibbli. Fejn l-eżami jinvolvi element prattiku, dan irid isir bilfors fl-istitut fejn l-istudent jattendi taħt is-superviżjoni tal-assessor.
Din it-talba kienet diskussa fl-MCAST Council of Institutes f'Diċembru tal-2019 fejn kien deċiż li talbiet bħal dawn jibqgħu isiru mill-istudent lid-Direttur tal-Istitut fejn jattendi li mbagħad jevalwa n-natura tat-talba u jekk ikun possibbli jagħmel l-arranġamenti meħtieġa mad-direttur tal-kampus t'Għawdex. L-MCAST huwa kommess li jagħmel dak kollu possibbli biex jiffaċilita l-ħajja tal-istudenti, inkluż dawk Għawdxin.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
2 mis-Segretarjat tal-Ministru u 1 mis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari.
Studenti li gradwaw fil-qasam tal-Allied Health – impjieg mal-istituzzjonijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13815 u jgħid kemm minn dawk li ggradwaw mill-Universtià jew MCAST f’xi kors f’qasam tal-Allied Health, sabu impjieg ma’ istituzzjoni governattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-entitajiet msemmija ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba. Infurmat ukoll mill-HR, Dipartiment Strateġija u Sapport, li filwaqt li Allied Health Practitioners mill-MEDE kienu marru ma’ Aġenzija Appoġġ meta s-servizzi ACTU mxew taħt l-istess aġenzija, Allied Health Professional ieħor li kien fil-MEDE ġie detailed ma’ Aġenzija Sapport b’seħħ minn Novembru 2019.
COVID-19 — Malta Racing Club – komunikazzjoni mal-horse owners
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saret komunikazzjoni bil-miktub mal-horse owners, biex dawn jinżammu aġġornati b’kull żvilupp mill-Malta Racing Club minn kemm ilha li faqqgħet il-pandemija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru u qed isiru laqgħat regolari mal-Kunsill tal-Malta Racing Club li hu kompost minn diversi membri, fosthom tliet membri li huma eletti b’mod demokratiku mill-Horse Owners Association.
B'referenza għall-istqarrija pubblika tal-Prim Ministru nhar il-Ħadd 24 ta' Mejju dwar il-ftuħ mill-ġdid taċ-Childcare Centres u skejjel tas-sajf, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li ġie ffinalizzat il-qafas dwar il-ftuħ tal-iskejjel u Childcare Centres? Jekk dan hu l-każ, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-qafas? Jekk dan mhux minnu, jista' jgħid x'linji gwida u rakkomandazzjonijiet ingħataw lid-diretturi ta' dawn l-iskejjel u ċentri in vista ta' dan il-ftuħ mill-ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jaħdem id f'id mal-awtorità tas-Saħħa. Dawn l-obbligi u l-gwidi qed isiru wkoll f'qafas ta' konsultazzjoni mal-imsieħba konċernati wkoll.
Nieħu l-opportunità li nfakkar li f'pajjiżna għandna Child care centre f'San Ġwann li ilu miftuħ sa mis-16 ta' Marzu, 2020 u li ħadem b'mod tajjeb ħafna.
B'referenza għas-sitwazzjoni kkawżata minn COVID-19, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament dan li ġej: Jista' jagħti spjegazzjonijiet separati għal Malta u għal Għawdex?
a) liema servizzi għall-persuni b'diżabilita waqfu jingħataw;
b) liema minn dawn is-servizzi għad ma reġgħux inbdew;
c) kemm persuni b'diżabilità intlaqtu mis-servizzi li twaqqfu;
d) x'qed isir jew x'sar biex il-konsegwenzi kawżati mill-interruzzjoni tas-servizzi, tiġi limitata kemm jista' jkun;
e) kif qed jiġu megħjuna l-persuni b'diżabilità issa li l-miżuri restrittivi qed jiġu rilassati u dawn il-persuni jridu jkomplu b'ħajjithom bħal bqija tan-nies; u
f) ma’ liema aġenziji jew assoċjazzjonijiet ikkonsulta l-Gvern biex jara li verament jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal dak li jikkonċerna l-MEDE, ir-risposti fl-istess ordni alfabetiku tad-diversi mistoqsijiet li saru f'din l-interpellanza, huma kif ġej:
a) Ma twaqqfu l-ebda servizzi għall-istudenti b'diżabilità fl-erba’ Ċentri ta’ Riżorsa rispettivi, f’Malta kif ukoll fiċ-Ċentru f’Għawdex, anzi t-tagħlim mill-għalliema baqa’ jsir b’mod remot kif ukoll bl-użu ta’ attivitajiet onlajn. L-istess jista’ jintqal għal servizzi oħra li jingħataw permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ NGOs u assoċjazzjonijiet fejn is-servizzi kollha baqgħu jingħataw permezz ta’ riżorsi li jintbagħtu lill-istudenti u b’kuntatt regolari mal-ġenituri minn professjonisti varji hekk kif ikun hemm bżonn. Qegħdin isiru wkoll sessjonijiet onlajn ukoll mal-istudenti minn professjonisti mħarrġa f’dan il-qasam.
b) Ara t-tweġiba li ngħatat f’ittra a)
c) Ara t-tweġiba li ngħatat f’ittra a)
d) Il-MEDE ra li s-servizzi kollha li kienu jingħataw qabel l-imxija tal-COVID-19 jibqgħu jiġu mogħtija lill-istudenti b’diżabilità b’mod effettiv permezz ta’ mezzi teknoloġiċi adekwati.
e) Mill-mod edukattiv, l-istudenti qegħdin jiġu megħjuna u mħarrġa li jagħmlu dan permezz ta’
social stories
. L-istudenti ġew imfiehma kemm ir-raġuni għalxiex twaqqfu milli jattendu l-iskola kif ukoll issa li xi miżuri restrittivi qed jiġu rilaxxati ħalli b’hekk jibdew jiġu ppreparati biex jerġgħu jkomplu b’ħajjithom mal-bqija tan-nies, bħal pereżempju fejn jidħol l-użu tal-maskri fil-pubbliku.
f) Il-MEDE qiegħed jikkonsulta ma’ msieħba soċjali differenti speċjalment mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Qed isiru kuntatti regolari ma’ NGOs u assoċjazzjonijiet fejn qed naħdmu flimkien biex naraw li nkomplu nsaħħu l-ħiliet ħolistiċi tagħhom saħansitra dawk indipendenti permezz ta’ attivitajiet u tagħlim b’mod remot minn professjonisti mħarrġa apposta f’dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru għall-Edukazzjoni għandu pjan lest għall-possibilità ta’ ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel? Peress li sal-lum ħadd mhu informat b’xejn u jekk il-pjan huwa lest, jista’ l-Ministru jiċċirkolah mal-Kapijiet tal-Iskejjel u l-għalliema kif ukoll iqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għall-benefiċċju u s-serħan tal-moħħ tal-ġenituri u l-istudenti? Jekk il-pjan għadu mhux lest, jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jkun lest u meta se jiġi ċċirkolat mal-istakeholders kollha biex kulħadd ikollu linji gwida ċari ta’ kif se jaħdmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'laqgħa li saret miegħu stess hu ġie infurmat li dan hu eżerċizzju ta' tħejjija li qed isir f'fażijiet u bħala proċess. Infakkar li l-pjanijiet qed isiru f'framework li ġie żviluppat u li ser ikun qed jiġbor lill-istituzzjonijiet edukattivi differenti miċ-childcare sal-Università ta' Malta u l-MCAST. Il-framework, kif jinsab infurmat diġà l-Onor. interpellant, qed iħejji għal xenarji varji u għal kull wieħed qed isiru tħejjijiet f'ħames aspetti ewlenin. Dan il-framework hu bbażat fuq dak propost min-Nazzjonijiet Uniti. Bħalma saret laqgħa mal-Onor.interpellant, saru u qed isiru oħrajn ma' msieħba varji inkluż ma' unjins u assoċjazzjonijiet, waqt li l-uffiċċjali fid-Dipartimenti, fil-Kulleġġi u fl-entitajiet rispettivi jinsabu għaddejjin bit-tħejjijiet tagħhom.